Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat St. Andrews ................. 0 Valletta ....................... 1 VALLETTA kisbu rebħa drammatika ta' 1-0 kontra St Andrews bil-gowl uniku għalihom jasal fil-ħin miżjud minn Michael Mifsud. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta Matteo Piciollo avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu x-xutt tiegħu devjat f 'korner minn Jason Vandelannoite. Il-Beltin komplew jattakkaw u fid-29 minuata, Ibrahim Raed Saeh mill- viċin sab lill-goalkeeper żagħżugħ tas-Saints Matthew Calleja Cremona attent u salva tajjeb. Żewġ minuti biss wara, il-Lilywhites resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta l-ewwel Matteo Piciollo ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda biex mir- rebound, Albert Prosa ra d- daqqa ta' ras tiegħu tiġi maqlugħa minn fuq il-linja fatali minn difensur ta' St Andrews. It-team mill-kapitali kompla bl-assedju fuq il-lasti avversarji u fil-41 minuta, Matteo Piciollo kellu xutt insidjuż minn barra l-kaxxa jistampa mal-mimduda biex mir- rebound, Santiago Malano, kellu t-tentattiv tiegħu mill- viċin jintemm barra. Mill-azzjoni li segwiet, St Andrews għoddhom fetħu l-iskor iżda kienu sfortunati meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Tano Azian stampa mal-mimduda. Fil-45 minuta, xutt mid- distanza tas-solitu Matteo Piciollo għal Valletta għadda ferm għoli minn fuq il-lasti ta' Matthew Calleja Cremona. Fit-52 minuta, Valletta reġgħu ħolqu l-periklu meta s-sostitut Michael Mifsud kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Matthew Calleja Cremona. Il-Lilywhites komplew bl-assedju fuq il-lasti avversarji fejn fid-59 minuta, reġa' kien Michael Mifsud li ħoloq il-periklu meta ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Matthew Calleja Cremona. Fis-67 minuta, is-Saints kienu sfortunati li ma sabux ix-xibka meta xutt fil-baxx u angulat minn ġol-kaxxa ta' Kevaughn Atkinson stampa mal-wieqfa. Valletta skorja wil-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud, permezz ta' Michael Mifsud, li żmarkat u mill-viċin spara l-ballun fix-xibka. St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Farrugia, Vandellanoite, Martin, Azian (Walker 55'), Atkinson (Zampa 90'), Grima, Reid, Blagrove Valletta Bonello, S. Borg, Camilleri, Malano, Piciollo, J. Borg, Saleh (Mifsud 46'), Muscat (Nwoko 64'), Alba, Romao (Gill Cruz 90'), Prosa Referi Fyodor Zammit minn Cristian Antony Muscat Ħamrun S. ................ 2 Sliema W ................. 3 SLIEMA Wanderers ikkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 3-2. Kienu l-Wanderers li ħolqu l-ewwel periklu permezz wara seba' minuti permezz ta' freekick ta' Ricardo Calixto Correa Duarte li ġie salvat tajjeb minn Steve Sultana. Huma fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz ta' freekick dirett ta' Mathias Muchardi li ma ta l-ebda ċans lil Steve Sultana. Iżda l-Blues ma tantx damu jifirħu għal dan il- gowl hekk kif erba' minuti biss wara il-goalkeeper Glenn Zammit wettaq żball, li minnu approfitta Arthur Faria Machedo li permezz ta' lob delizzjuż minn barra l-kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. U fis-27 minuta Ħamrun Spartans qalbu l-iskor favurihom meta kross ta' Lydon Micallef tkompla għal ġewwa mid-difensur żagħżugħ tal-Wanderers, Kurt Shaw biex b'hekk irriżulta awto-gowl sfortunat. Fit-48 minuta Sliema Wanderers ġabu l-iskor indaqs minn freekick maħdum bizzilla minn tliet plejers tagħhom, biex fl- aħħar kien Ricardo Calixto Corea Duarte li tefa' l-ballun fix-xibka. Sliema Wanderers rebħu penalty fil-50 minuta meta Daniel Zerafa deher iwaqqa' lil Frenci Qeros fil-kaxxa biex ir-referi Darryl Agius kien pront u ordna penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu Mathias Muchardi li ma żbaljax biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Ħamrun S. Sultana, Criaco, Espindola de Paula, Souza de Silveira (Caruana 75'), Zerafa, Micallef (Galea 70'), Faria Machado, Camilleri, Micallef, De Castro, Nilsson Sliema W. Zammit, Bianciardi, Muchardi, Temile, Nortey Ashong, Agius, Sansone (De Assis 81'), Qeros, Calixto Correa Duarte, Mintoff, Shaw Referi Darryl Agius MICHAEL MIFSUD Skorja l-gowl tant importanti li ta tliet punti prezzjużi lil Valletta. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Malti. Barra minn Malta, lagħab ukoll f'diversi pajjiżi fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, il-Ġermanja u l-Ingilterra. MATHIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irreġistra doppjetta personali f'din il-partita. Qabel ingħaqad ma' Sliema Wanderers, kien jilgħab ma' Ħamrun Spartans u ma' Zebbug Rangers. Rebħa drammatika għal Valletta Sliema Wanderers jikkonvinċu u jegħlbu lil Ħamrun Spartans Ritratt - Dominic Borg Ritratti - Christine Borg Matteo Piciollo jipprova jevita d-daħla ta' Marcus Grima Mathias Muchardi jikkontrolla l-ballun segwit minn plejer ta' Ħamrun Spartans

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018