Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
ILMINISTERU għat- Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ma weġibx mistoqsijiet tal-ILLUM dwar kemm se jkunu qed jiswew it-tiswijiet li għaddejjin bħalissa fuq il-pont tal- breakwater tal-Port il-Kbir. Minkejja li sewa €2.8 miljun u kellu jservi għal 120 sena, il- qawwa tal-mewġ qed tħabbat mhux ħażin lill-pont ta' 109 tunellati tant li f 'seba' snin kellu bżonn numru ta' tiswijiet u kellu jingħalaq għall- pubbliku diversi drabi. Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, il-pont tal- breakwater kien infetaħ mill-ġdid għall-pubbliku wara ħsara li kienet ikkawżata minn maltempata f 'Ottubru tal-2016. Iżda, ftit tal-ġimgħat wara, f 'Jannar tas-sena li għaddiet, feġġet toqba oħra fil-pont ikkawżata mill-maltemp u l-pont kellu jerġa' jingħalaq kif għadu sal-ġurnata tal-lum. Għalkemm qalet li r-restawr se jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin, kelliema għall-Ministeru ma tatx indikazzjonijiet meta l-pont se jerġa' jinfetaħ għall- pubbliku. Qalet biss li jinfetaħ wara li Transport Malta tiżgura li huwa sigur għan-nies u li minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, ix-xitwa mhijiex iż-żmien ideali biex tagħmel xogħol ta' manutenzjoni u xogħol bħal welding u żebgħa. Sa issa, uffiċjali wettqu spezzjoni biex il-ħaddiema bdew isewwu u jbiddlu l-injam imkisser u aċċessorji biex il-gverta tinżamm f 'postha. Reġa' sar ukoll xi xogħol fuq iż-żebgħa u xogħol ieħor fuq il-bieba. Bħalissa qed isiru testijiet fuq il-welding biex ikun żgurat li ma hemmx danni moħbija. Skont il-Ministeru, jekk ma hemmx ħsara oħra, il-gverta tkun tista' titwaħħal fi żmien qasir. Mistoqsija kemm se jiġu jiswew dawn it-tiswijiet, il-Kelliema tal-Ministeru qalet biss li "l-ispejjeż ta' manutenzjoni huma koperti bil-kuntratt bejn l-Awtorità u l-kuntrattur." Ma weġbitx lanqas kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru matul is-sena li għaddiet, qabel ma feġġet ħsarta ġdida. Fost dawn kienet installata sistema ġdida ta' dawk. Il-pont tal-breakwater huwa twil madwar 70 metru u kien reġa' nħadem wara li dak oriġinali ġġarraf bil- bordamenti fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Ma jwassal għal imkien u ma nafux kemm qed jiswiena Aħbarijiet 36 Mhux magħruf kemm se jiswew it-tiswijiet li qed jerġgħu jsiru fuq il-pont li sewa €2.8 miljun OWEN BONNICI Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali €170,000 GĦALL-KMAMAR TAN-NAR LI JAĦDMU FUQ BAŻI VOLONTARJA MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI @ArtiUKultura "Min jaħdem il-logħob tan-nar huwa wkoll artist għaliex joħloq prodott kulturali li tant jattira interess kemm fost il-Maltin u anka dawk it-turisti li jżuruna. Aħna għandna għal qalbna t-tradizzjonijiet kulturali ta' pajjiżna u rridu li jkomplu jimxu 'l quddiem."