Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet 200 parkeġġ f 'Tas-Sliema kienu se jinħolqu b'riżultati tal-iżviluppi. Apparti reviżjoni tal- Commuted Parking Payment Scheme, l-Ombudsman appella lill- Awtorità tal-Ippjanar biex "tikkunsidra aħjar u tkun aktar stretta fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet" li jistgħu jżidu d-domanda fuq il-parkeġġ. Tibdil drastiku u imminenti fil-mod kif isir l-iżvilupp... Jirrakomanda li għandha tadotta sistema "aktar pożittiva" fejn tippremja l-iżviluppi li jipprovdu parkeġġ mhux fit-triq minflok timponi skemi ta' penali għal dawk li ma jagħmlux dan. Jipproponi wkoll tibdil drastiku u imminenti fil-mod kif isir l-iżvilupp billi jkunu ppromovuti żviluppi kollettivi permezz ta' inċentivi varji. Skont l-Ombudsman dan jista' jgħin biex jipprovdi parkeġġ fuq is-sit billi jsir użu effiċjenti tal-ispazji permess ta' aċċessi u anke żoni ta' ċirkolazzjoni li jkunu komuni. Min-naħa tagħha, l-Awtorità wieġbet li l-Commuted Parking Payment Scheme hija regolata minn Ċirkolari tal- Ippjanar u l-applikazzjoni għal 'penali' dejjem titħalla bħala l-aħħar rimedju. Fost oħrajn, qalet ukoll li "kif ġie ddikjarat fil- Manifest Elettorali tal- Gvern ser issir skema biex jiġu pprovduti parkeġġi fuq is-sit. Qalet li diġà identifikat numru ta' siti flimkien mal-pjanti relattivi tagħhom għall- kunsiderazzjoni tal- Ministeru. Dwar il-parkeġġ, il- Manifest Elettorali tal-Partit Laburista kien iwiegħed aktar sejħiet għal public- private partnership biex isiru parkeġġi pubbliċi u li jkunu akkumpanjati bi spazji miftuħa u landscaping ta' ġonna pubbliċi. Dan apparti proposti oħra fosthom dwar smart- parking technology, inqas taxxa għal min jikri l-garaxx għall-parkeġġ u rata ridotta ta' taxxa, fl-ewwel seba' snin tal-operat tagħhom, għal dawk l-intrapriżi li jużaw art privata biex joħolqu żoni ta' parkeġġ. Approved and issued by HSBC Bank Malta p.l.c. 116 Archbishop Street, Valletta VLT 1444 which is regulated by the Malta Financial Services Authority. Licensed to conduct investment services business by the Malta Financial Services Authority. www.hsbc.com.mt/fusion (Ref No.100756 – 3/18) Because you're balancing the books and the holiday fund, you can access your business and personal banking in one place Stay in control of your life's work with Lifeview by HSBC Fusion. The combined service for your business and personal life. Find out more at hsbc.com.mt/fusion Together we thrive

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018