Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Intervista 12 B ħal-lum ġimgħa l-gazzetti kollha, inkluż l-ILLUM irrappurtaw, dwar konferenza li kienet organizzata minn grupp ta' nisa li jiormaw parti mill-Women's Rights Foundation. Fiha saru diversi proposti, fosthom wħud biex l-abort ikun dikriminalizzat u aċċessibbli f 'ċirkostanzi partikolari. Naturalment, bħal dejjem, dan is-suġġett emottiv qajjem diskussjoni qawwija fuq il- mezzi tax-xandir, siti soċjali u anke fit-toroq dwar il-prospett li pajjiżna jintroduċi l-abort. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Lara Dimitrijevic, waħda min-nisa li qed jipproponu dawn il-bidliet, biex tifhem aħjar il-fondazzjoni x'qed tipproponi eżatt u x'taħseb dwar is-sitwazzjoni tal-mara f 'Malta llum. Ir-rati ta' mard trażmess sesswalment jiżdied mhux jonqos jekk ma nedukawx Nibdew billi mmorru lura għal storja li kienet żvelat din il-gazzetta u li turi kif minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea 'Health at a Glance' Malta kellha l-ogħla rata ta' nies infettati s-Syphilis mill-UE kollha, bi 11.5 persuni minn kull 100,000. Dan huwa aktar mid-doppju tal-medja fil-pajjiżi kollha tal-UE fejn ir-rata hija ta' 5 persuni minn kull 100,000. Imqabblin mal-ġirien Taljani fejn ir-rata hija l-aktar baxxa, Malta għandha rata 11-il darba iktar għolja ta' nies li ġew infettati bis-Syphillis. Rapporti fuq il-gazzetta The Times ftit ġranet wara żvela kif ir-rata ta' HIV fost dawk li għandhom 50 sena u aktar f 'pajjiżna hija fost l-ogħla. Dimitrijevic, għalfejn taħseb li Malta qed tikseb riżultati xejn sbieħ f 'dan il-qasam? "Jien ili ngħid li dawn ir-rati huma għoljin u xokkanti. U jekk se nibqgħu nitrattaw l-kelma sess bħala tabù u nibqgħu skomdi nitkellmu dwarha hekk se jibqa' jiġri... għalhekk għandna bżonn l-edukazzjoni sesswali," tinsisti bil-qawwi mal-ILLUM. Hija tgħid illi llum it-tfal ta' 11 jew 12-il sena diġà qed jesperimentaw bis-sess, f 'liema punt inwaqqafha u nistaqsiha jekk il-fatt li diġà qed issir tfisser li rridu nkomplu ninkoraġġixxu. "Le, imma ngħallmuhom ikunu aktar responsabbli. Jeħtieġ ngħallmuhom dwar l-użu tal-kontraċettivi, jeħtieġ ikollna open-policy u meta ngħid nedukaw mhux qed nirreferi biss għall-iskejjel imma qed nirreferi wkoll għalina bħala ġenituri." Is-subien qed jieħdu l-idea ta' x'inhu u x'mhux aċċettabbli mill-pornografija Dimitrijevic tħoss li s-sess f 'Malta għadu tabù? Tħoss li għadna pajjiż li naċċettaw is- sess jekk narawh f 'produzzjoni ta' Hollywood, imma mhux f 'produzzjoni Maltija? Hija twieġeb fl-affermattiv. "Għax għal ħaddieħor tajjeb, imma għalina le. Għax għandna nemmnu li s-sess huwa xi ħaġa mhux li nagħmlu aħna," tisħaq b'xi ftit sarkażmu. Mill-ewwel iżda tgħid li dak li vera jinkwetaha huwa l-ammont ta' pornografija aċċessibbli. "Is-subien qed jieħdu l-idea ta' x'inhu u x'mhux aċċettabbli mill- pornografija, fejn mara ssir oġġett għall-gratifikazzjoni sesswali." Nirrimarka illi filwaqt li ħafna jaqblu magħha nistaqsiha jekk hux xi ftit jew wisq idealiżmu dak li temmen jew l-għan li trid tilħaq hi, fis-sens illi l-pornografija hemm qiegħda u hemm se tibqa'. Imma hi ma taqbilx u tfakkar illi l-edukazzjoni, li għadha mhux qed issir f 'pajjiżna jew mhux qed issir biżżejjed minnha, saret u qed tingħata lil studenti f 'pajjiżi oħrajn bħall-pajjiżi Skandinavi u anke fir-Renju Unit. "Irridu ngħallmu u nedukaw li dik tal-pornografija mhux ir-realtà. Li hemm ir-rispett lejn il-mara li hemm l-ugwaljanza, li s-sess huwa turija ta' mħabba." Nistaqsi lil Dimitrijevic jekk il-Fondazzjoni titkellimx ma' nisa dwar il-kwistjoni li qed issemmi u xi tkun ir-reazzjoni tagħhom. "Ma tkellimniex b'mod ta' riċerka, imma niltaqa' ma' nies u nista' ngħidlek li bħala ġenituri qisna għadna niddejqu nitkellmu dwar is-sess. Jiena minn meta kelli t-tfal kont inħalli l-kontraċettivi fil-kamra tal-banju pereżempju, biex ikunu jafu li qegħdin hemmhekk. Illum kibru u hemm responsabbilità u rispett lejn is-sieħeb," tispjega f 'anedottu Dimitirjevic. Il-Fondazzjoni mhux qiegħda hawn biex tgħid li dak li temmen int jew il-valuri morali tiegħek huma ħżiena Naturalment l-intervista ddur fuq l-aktar suġġett li qajjem u mistenni jkompli jqajjem kontroversja; l-abort. Nibda billi nippreżentalha l-argument tal-bidu tal-ħajja. Ħafna jemmnu li l-ħajja tibda mal-konċepiment, għaliex huwa minn hawn li jibda l-proċess tal-ħajja u jekk m'hemmx konċepiment m'hemmx ħajja, bħal li jekk m'hemmx iż-żerriegħa ma jista qatt ikun hemm ix-xitla. Kif qed tgħid Dimitijevic li dan mhux minnu? Li l-ħajja ma tibdiex mal-konċepiment? "Aħna mhux qed ngħidu hekk," issostni mill-ewwel, "kulħadd għandu l-valuri tiegħu u kulħadd għandu dritt li jemmen li l-ħajja tibda mill- konċepiment. Il-Fondazzjoni mhux qiegħda hawn biex tgħid li dak li temmen int jew il-valuri morali tiegħek huma ħżiena, imma qiegħda hawn biex tgħid u tfakkar li l-abort qed isir." Fil-fatt, kif irrappurtat din il-gazzetta fil-faċċata nhar il- Ħadd li għadda, il-Fondazzjoni qed tgħid li, uffiċjalment, bejn 300 u 400 mara Maltija jew għamlu abort barra l-pajjiż jew inkella xtraw pilloli tal-abort. "Għalfejn għandhom imorru jfittxxu abort barra mill-pajjiż? Għaliex għandi nitfa' piż finanzjarju u tabù u stigma fuq min jiddeċiedi li jagħmel abort? Għandhom dritt jiddeċiedu..." Inwaqqafha hemmhekk u nfakkarha illi skont l-argument popolari wkoll, daqs kemm għandhom dritt il-koppja jiddeċiedu x'jagħmlu b'ħajjithom daqstant huwa d-dritt tat-tarbija li tgħix. Dimitrijevic iżda tfakkar illi min jirraġuna b'dan il-mod jagħmel hekk għax għandu dawk il-valuri morali u filwaqt li din il-persuna għandha kull dritt li temmen hekk hija tfakkar li mhux kulħadd għandu l-istess valuri morali. "Dan apparti li hemm każi fejn il-ħajja tal-mara tkun ipperikolata..." Infakkarha li l-valur tal- ħajja mhux suġġettiv, ma tistax tbiddel il-valur tal-ħajja skont x'taħseb persuna jew koppja. "Għaliex le?" Tistaqsi Dimitrijevic, "lanqas il-Knisja Kattolika m'għandha pożizzjoni ċara ta' meta tibda l-ħajja," ssostni Dimitrijevic anke jekk fil-fatt il-Knisja Kattolika dejjem saħqet illi l-ħajja tibda mal-konċepiment u allura l-ebda ħajja li tibda minn dak il-punt ma tista' titneħħa jew, fil-każ tal-IVF, tintrema minħabba diversi raġunijiet. Infakkarha wkoll li jekk niġu f 'dan lanqas pajjiżi bejniethom ma jaqblu eżattament dwar meta persuna tista' tagħmel abort. Hemm fejn l-abort jista' jsir sa ċerti ġimgħat u hemm fejn jista' iktar jew inqas kmieni, allura fil-verità lanqas ix-xjentisti stess għadhom mhuma qed jaqblu meta l-ħajja tibda jew le. "Hemm pajjiżi fejn jaqblu mod u hemm oħrajn fejn jaqblu mod ieħor. Hemm pajjiżi fejn anke abort meta l-mara jkollha disa' xhur tqala jagħmlu..." Inwaqqafha u nistaqsiha jekk hix qed timplika li f 'Malta għandna nippermettu wkoll li jsir abort meta t-tqala tkun fl-aħħar stadji. "Mhux jiena se niġġudika jew ngħid se jiġri. Jekk ix-xjenza tgħidlek li hemm każ fejn l-omm tista' tmut min jien, jien biex niġġudika u niddeċiedi?" Imma qed jissemma l-inċest u l-isturpru u qed tissemma l-possibilità li omm titlef ħajjitha. Fil-verità li ltqajt magħha jien meta għamilt 10 snin ngħallem l-Ingliż lill- barranin u konna niddiskutu dan is-suġġett jirriżulta ċar illi ħafna mir-raġunijiet għall- abort jew għax persuna tasal biex tagħmel l-abort ma jkunux dawn l-eċċezzjonijiet gravi. Ħafna drabi r-raġunijiet kienu Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Abort; imma mhux għal Il-Fondazzjoni mhux qiegħda hawn biex tgħid li dak li temmen int jew il-valuri morali tiegħek huma ħżiena, imma qiegħda hawn biex tgħid u tfakkar li l-abort qed isir " Jeħtieġ ngħallmuhom dwar l-użu tal-kontraċettivi, jeħtieġ ikollna 'open-policy' u meta ngħid nedukaw mhux qed nirreferi biss għall-iskejjel imma qed nirreferi wkoll għalina bħala ġenituri " " " L-abort jibqa' suġġett li jqajjem ħafna emozzjoni... imma l-Fondazzjoni għad- Drittijiet tan-Nisa xi trid? X'temmen? Kif tirrispondi għall-kritika? Lara Dimitrijevic twieġeb il-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018