Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
9 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Dak differenti u dak simili tal-Gvern u l-membri tiegħu kif ukoll tal-oppożizzjoni għal dan il-qtil. Fil-fatt ir-rapport dwar l-Islovakkja jgħid kif il-PM, il-Ministru tal-Intern u l-President tal-Pulizija (bħall-Kummissarju tal- Pulizija Malti) ilkoll esprimew li huma kommessi bil-qawwi li jsibu min qatel lill-ġurnalist. F'Malta Muscat qal li mhu se jħalli xejn għaċ-ċans, "we will leave no stone unturned." Ta' similarità pjuttost interessanti wkoll kien li kemm il-Gvern Malti u anke dak Slovakk offrew premju ta' €1 miljun għal persuna jew persuni li jagħtu aktar informazzjoni fuq il-każ. Kemm il-Kummissarju Malti f 'dik il-famuża konferenza tal-aħbarijiet li attirat ħafna kritika, kif ukoll il-President tal-Pulizija Slovakk sostnew illi l-prijorità tagħhom f 'dan il-każ huwa li jinqabdu dawk li wettqu dan l-att. Anke r-reazzjoni tal- oppożizzjoni hija simili, fil-fatt meta l-MEPs tkellmu mal- PM Fico dan wera ruħu ddiżappuntat għal ċerti messaġġi li hu qal li huma 'orribbli' meta membri tal- Gvern issejħu 'qattiela'. F'Malta wkoll ittellgħu messaġġi li membri tal- Gvern u dawk li jappoġġjawh ħassew li huma insulenti. Qed nirreferu għall-messaġġ li Malta hija stat tal-mafja. Naturalment dan apparti l-għajta tal-Oppożizzjoni kontra l-korruzzjoni, simli ħafna għall-għajta tal- oppożizzjoni Nazzjonalista f 'pajjiżna. L-Oppożizzjoni, fil-forma ta' għaqdiet non-governattivi kkritikat il-ħatriet fil-Korp tal- Pulizija fl-Islovakkja wkoll u qalet illi dawn huma mill-aktar politiċizzati. Kritika li saret hawn Malta wkoll mis-Civil Society Network. Simili: Jinġiebu Pulizija minn barra... Għal darb'oħra xi ħaġa li hija simili ħafna bejn iż-żewġ pajjiżi f 'dak li jirrigwarda ż-żewġ delitti huwa li kemm lokalment u anke l-Islovakkja ddaħħlu Pulizija barranija. Fil-fatt, eżattament bħal Malta, iddaħħlu biex isegwu l-każ l-FBI, Scotland Yard u l-Europol. Simili: Il-familja m'għandhiex fiduċja fil- Pulizija Il-familja Caruana Galizia mill-ewwel urew li m'għandhomx fiduċja fil-Korp tal-Pulizia u b'mod speċjali fil-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Tant hu hekk li ftit biss wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia, binha Matthew sostna hekk: "She is dead. She is dead because of your (il- pulizija) incompetence. Yes, incompetence and negligence that resulted in a failure to prevent this from happening." Fl-Islovakkja omm Martina, li nqatlet flimkien ma' Jan, pubblikament stqarret illi m'għandha ebda fiduċja fl- investigazzjoni li għaddejja biha l-Pulizija Slovakka. Differenti: Il-midja Il-midja b'mod ġenerali lagħbet parti importanti ħafna fiż-żewġ każijiet. Minkejja l-akkużi illi l-qtil innifsu kien attakk fuq il-midja sħiħa, jidher illi fl-Islovakkja s-sitwazzjoni tal-midja hija differenti minn ta' Malta; fil-fatt hija, skont ir-rapport, pjuttost ħażina. 'Teżisti atmosfera kontra l-ġurnalisti' jgħid ir-rapport xi ħaġa li f 'Malta teżisti imma fost faxex żgħar ħafna ta' nies. "L-għaqdiet non-governattivi huma mhedda," xi ħaġa li mhux il-każ lokalment, filwaqt li ssemma l-attakk dirett tal- PM Fico fuq ġurnalisti, xi ħaġa li lokalment Muscat (għallinqas fil- pubbliku) qatt m'għamel. Ir-rapport jgħid ukoll li ttieħdu passi kriminali kontra ġurnalisti li ppubblikaw informazzjoni li kellhom. Dan ma jfissirx imma li s-sitwazzjoni f 'Malta hija ward u żahar, hekk kif hu mifhum li entità privata, il-Bank Pilatus, fetaħ libelli barra mill-pajjiż kontra tliet kmamar tal-aħbarijiet. Il-fatt li fetaħ dawn il-libelli barra mill-pajjiż b'danni li jistgħu jeċċedu l-$40 miljun, hija inkwetanti. Id-Deputat Jason Azzopardi ressaq mozzjoni biex Malta tilleġisla kontra proċeduri ta' libell, magħrufin bħala SLAPP. L-aktar każ magħruf li qajjem furur kienet it-talba għall-mandat ta' sekwestru ta' €46,000 fuq l-assi ta' Daphne Caruana Galizia mill-Ministru Chris Cardona. Differenti: Arresti S'issa f 'Malta kienu arrestati tliet persuni b'konnessjoni mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat u bdew proċeduri fil-Qorti. Dawn it-tliet persuni qatt ma ssemmew mill-istess blogger fil-blogg tagħha 'Running Commnetary' u allura hu mifhum li hemm mandatur warajhom li għadu mhux magħruf. Fl-Islovakkja saru arresti, imma nhar it-3 ta' Marzu, nhar il-funeral ta' Kuciak, il-Pulizija ħelset lil dawn is-seba' kollha hekk kif kien jidher allura li ma kienx hemm bażi tajba biżżejjed biex jinfetħu proċeduri kontrihom. Differenti: Riżenji politiċi F'Malta ħadd ma rreżenja fid-dawl tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bl- argument ikun illi ladarba ġew arrestati l-ewwel nies u allura bdew il-proċeduri l-ġustizzja bdiet il-kors tagħha. Min-naħa l-oħra fl- Islovakkja l-ewwel riżenja ġiet mill-Ministru tal- Kultura Marek Madaric. Iktar kmieni din il-ġimgħa l-PM Slovakk Robert Fico indika li fid-dawl ta' protesti kbar hu lest li jirreżenja (sakemm kien qed jinkiteb dan l-artiklu kien għadu ma rreżenjax).