Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet snin fuq l-ixkaffa Chris Fearne- Deputat Prim Ministru "Paceville kiber u qed jkompli jikber. Dan huwa suġġett emottiv però rridu nieħdu ħsieb il-fatti wkoll. Skont il-figuri li rajt jien il-kriminalità f 'Paceville minkejja l-każijiet li jiġru, qiegħda tonqos." Adrian Delia Kap tal-Oppożizzjoni "Irrispettivament minn xi nstab minn dan il-każ tal-mewt ta' Zack Meli, il-kriminalità u s-sigurtà f 'pajjiżna huma ta' inkwiet kbir. Dik iż-żona partikolari, hi ż-żona fejn iż-żgħażagħ tagħna mhux qegħdin f 'post sigur. Kelli okkażjoni nitkellem fl-aħħar sitt xhur dwar il-kriminalità li qed dejjem tgħolli rasha. Dwar il-biża' li l-anzjani tagħna ġewwa darhom u l-ġenituri tagħna li jħallu tfal tagħna joħroġu mid-djar tagħna. Ma nistgħux nieqfu ġurnata waħda biss, il-Gvern irid jikkometti r-riżorsi kollha tiegħu biex il- kriminalità f 'pajjiżna tiġi kkontrollata." Michael Farrugia- Ministru tal-Intern u s-Sigurtà "Kuntrarju għall-dak li qed jgħid il-Kap Nazzjonalista u l-midja tal-PN, huwa għalxejn li nippruvaw inbeżżgħu u nwerwru l-poplu Malti meta n-numri u l-istatistika juru li l-argument tal-oppożizzjoni rigward il-kriminalità mhux veru." Beppe Fenech Adami - Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà "Nitlob lill-Gvern jiftaħ għajnjeh li ġewwa Paceville reġa' għandna sitwazzjoni ħażina ħafna bħal sentejn ilu meta ġejna aħna tal-oppożizzjoni u għamilna 20 proposta ta' kif Paceville nistgħu nagħmluh aħjar."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018