Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 M id-dehra, Adrian Delia ma jkunx inkwetat jekk flok id-dellijiet tas- siġar nispiċċaw bid-dellijiet tat-torrijiet li qed jinbnew. Dan joħroġ minn kummenti li media xandret wara li segwiet laqgħa bejn Adrian Delia u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ta' Malta li fiha Sandro Chetcuti għamel ħiltu biex iħeġġeg lill-partit ta' Delia li kien għaqli li jimxi fuq il-passi tal-Partit Laburista ta' Joseph Muscat u jindiehes iktar man-nies tan- negozju. Fi ftit kliem li jkun business-friendly. Din mhux l-ewwel darba li Sandro Chetcuti pprova jħeġġeġ lill-partiti politiċi ewlenin li jaqblihom jekk jisimgħu minnu. Drabi oħra qabbel lill-Partit Laburista u lill-Partit Nazzjonalista ma' żewġt iħwienet kbar li perjodikament ikollhom offerti speċjali tal-blieh. Il-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, kien jiftaħar Sandro Chetcuti, huma dejjem b'għajnejhom miftuħa għall-offerti speċjali, għax dak ikun il-mument li jaqilbu min-naħa għall-oħra. Li jkollok Gvern li jdub quddiem in-nies tal-flus hi opportunità tad-deheb għal dawk li jridu jdawru lira. Għax, mhux hekk, wara kollox ma hemm l-ebda differenza bejn id-dell tas-siġar u dak tat-torrijiet: it-tnejn jipproteġu mill-qilla tax-xemx! Jidher li Delia l-iżviluppatur ittrasforma ruħu f 'Delia l-Kap ta' Partit biex ipproduċa l-iżviluppatur-politiku tas- seklu 21. Tidher stramba l-biċċa, imma dejjem kienet hemm, kemm kemm ma tidhirx: bl-iżviluppatur jissielet bejn djun mal-banek u argumenti mal-awtoritajiet tat-taxxa. Fil-passat kellna politiċi li deffsu imnieħirhom fl-iżvilupp tal-art. Illum għandna sitwazzjoni bil- maqlub: għandna żviluppatur li qed ideffes imnieħru fil- politika! Il-kunflitt bejn dak li jsejħulu żvilupp u l-ambjent ma jispiċċa qatt. Il-problemi li jinħolqu mhux ser ikunu iktar faċli biex jissolvew jekk flok politiċi-żviluppaturi jkollna l-iżviluppatur-politiku. Adrian Delia ġie rappurtat jgħid li ried jiffoka fuq "ippjanar għal viżjoni fit-tul għall-industrija", ċioe għall-industrija tal- kostruzzjoni. Probabbilment li dak kien Delia l-iżviluppatur li kien qiegħed jitkellem. Jekk il-ħsibijiet ta' Delia l-politiku jikkuntrastawx ma' dan għadu ftit kmieni biex nintebħu. L-istampa kienet okkupata tirrapporta li Delia l-politiku kien medhi jitħakkek mal- iżviluppaturi tat-torrijiet. Kien hemm diversi laqgħat ta' Adrian Delia ma żviluppaturi stabiliti, b'mod partikolari ma dawk involuti fl-iktar proġetti kontroversjali li issemmew dan l-aħħar. Ovvjament li l-iżviluppaturi, b'mod organizzat, qed jaħdmu fuq l-Oppożizzjoni, jitolbu l-appoġġ tagħha huma u jgħumu fil-kontroversji kurrenti. Diffiċli tgħid jekk f 'din l-okkazjoni sarux jew ġewx imwiegħda xi donazzjonijiet (finanzjarji) li ċertament huma meħtieġa biex jittaffew id-djun kbar li l-PN hu mifni bihom. Dawn il-laqgħat ġew f 'mument interessanti ħafna, meta l-President tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi Maltin ġie appuntat konsulent tas- Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal- Proprjetà. Billi qed jintqal li din il-ħatra mhux ser tkun il-kawża ta' kunflitt ta' interess hu probabbli li din is- sitwazzjoni ser tkun rimedjata billi fl-istess ħin jingħata parir liż-żewġ naħat tal-Parlament. Hu ċar li l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin qed tinkoraġixxi lil Adrian Delia biex huwa jimxi fuq il-passi ta' Joseph Muscat billi anke hu jkun ħabib sew man- nies tan-negozju (business friendly). Delia mid-dehra dieħel bir-ras mingħajr mhu jirrealizza li bħala riżultat ta' dan, il-PN dieħel iktar 'il ġewwa fil-but tal- iżviluppaturi. Sadanittant l-istupru ta' pajjiżna jibqa' għaddej. Kif ilu għaddej għal iktar minn 40 sena. Jonqsu d-dellijiet ta' siġar u fl-istess waqt jiżdiedu d-dellijiet tat-torrijiet. Dan isejħulu progress! Id-dellijiet ta' Adrian Delia Il-membri tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi Maltin, kien jiftaħar Sandro Chetcuti, huma dejjem b'għajnejhom miftuħa għall-offerti speċjali, għax dak ikun il-mument li jaqilbu min-naħa għall-oħra. Wara kollox ma hemm l-ebda differenza bejn id-dell tas-siġar u dak tat-torrijiet: it-tnejn jipproteġu mill-qilla tax-xemx! CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com 20 Opinjoni