Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Sports 28 Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. minn Cristian Antony Muscat Floriana ..................... 2 Naxxar L ..................... 0 FLORIANA kisbu rebħa ferm importanti ta' 2-0 kontra Naxxar Lions li żgur li għolliet il-moral tagħhom wara d-diżappunt riċenti f 'dak li għandu x'jaqsam ma' riżultati miksuba. Il-Greens fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta wara żball kbir fid-difiża Naxxarija, approfitta bis-sħiħ Junino Cabral illi għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li f 'lasta kompletament vojta tefa' l-ballun fix-xibka. Naxxar Lions wieġbu fit-tmien minuta meta Yuri De Jesus Messias approfitta minn żball ta' Emerson Marcelina u avvanza sabiex venven xutt b'saħħtu illi spiċċa ftit għoli. Fis-17-il minuta freekik ta' Juninho Cabral għal Floriana għadda ftit għoli. Ħames minuti wara kien hemm żball ieħor difensiv iżda din id-darba minn Floriana, bil-lob ta' Verissimo Casarotto għal- Lions jintemm għoli. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar Lions ħarġu aħjar u fid-49 minuta xutt ta' Djilali Belhadj spiċċa f 'sigurtà f 'idejn il-goalkeeper żagħżugħ Matthew Grech. Il-Greesns irduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir- rebħa fis-66 minuta meta wara li rċieva minn freekik mill-isbaħ ta' Maurizio Vella, għola tajjeb l-attakkant Taljan Mario Fontanella illi permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix- xibka. Floriana Farrugia, Nayar, Pepe, Ruiz, Vella, Cabral, Pisani, Cini, Grima (Borg Castaldi 56'), Fontanella, Marcelina Naxxar L. Gomes, Santos Caetano, Souza Duarte Junior (Falzon 57'), Grech, Micallef, Verisimo Casarotto (Bonnici 70'), Fenech (Debono 77'), Elhadji Ndoye, Belhadj, De Jesus Messias Referi Emanuel Grech CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irreġistra doppjetta personali f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa attakkanti li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. Rebħa importanti li tgħolli l-moral ta' Floriana Ritratti - Christine Borg Ritratt - www.orianafc.org Ryan Grech segwit minn Dylan Grima

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018