Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Sports 30 ILLUM il-Ħadd 18 ta' Marzu, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' se torganizza s-seba' attvità mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Il-Programm jibda fl-10am fejn is-sezzjoni Autocross tagħmel kompetizzjoni ta' tiġrijiet li jkunu maqsuma f 'żewġ klassijiet - dik Modified u oħra Standard. Kull klassi trid tagħmel tliet rawnds ta' kwalifikazzjoni li jagħżlu l-kompetituri għall-finali tal-ġurnata minn kull klassi. Il-programm jilħaq il-qofol tiegħu fit-3pm fejn jingħata bidu għall- edizzjoni oħra tal-Mini Car Demolition Derby 2018. Għal din l-edizzjoni tad- Demolition irreġistraw 41 karozza li ma jkunux itwal minn erba' metri (13-il pied). Fil-fatt din tissejjaħ id- Demolition tal-Karozzi Żgħar għall-fatt li hemm il-qies marbut mal-karozza li jikkontrolla x'karozza wieħed jista' juża f 'din l-attività. Bħas-soltu l-Assoċjazzjoni tagħti ftit ċans lill-karozzi jiġu esebiti billi jduru żewġ dawriet mal-korsa qabel jibdew l-aħħar vjaġġ tagħhom lejn l-iscrapyard fejn jiġu mqattgħin u riċiklati għall-ħadid u materjali oħra. Illum ukoll se tkun qed tittella' attività bit-Trials fid- 9am. Din ħa ssir fil-Barriera Tarġiet Għomor Limiti ta' San Pawl tat-Tarġa u se tkun organizzata r-raba' attività mill-Kamjonat Nazzjonali Trials 2017/2018. Intant, nhar il-Ħadd 4 ta' Marzu 2018 l-Assoċjazzjoni organizzat r-raba' attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 liema attività saret fil-Barriera Tat- Tarġiet Għomor Limiti ta' San Pawl Tat-Tarġa fejn ikkompetew 24 riders. Din il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi klassijiet għal riders skont il-ħiliet u l-esperjenza f 'dan il-qasam. Il-korsa għal din l-attività kienet twila 3.5 kilometri. L-attività bdiet bil-Pole Postion biex l-Għaqda jkollha lista tat-tluq uffiċjali. Hawn rajna lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM jirbaħ il-pole segwit minn Bernard Sammut fuq Beta u James Zahra fuq Sherco. Matul il-ġurnata kellna dawn ir-rizultat. Fi Klassi A rajna lil Sammut jiddomina fl-ewwel Heat tal-ġurnata segwit min Scicluna u Zahra rispettivament. Fit-tieni Heat l-istorja inbidlet meta Zahra rnexxielu jkompli jtejjeb il-ħin tiegħu biex spiċċa l-ġurnata bl-aħjar ħin ta' 4 minuti 6.166 sekondi u b'dan il-ħin Zahra rrnexielu jirbaħ il-klassi tiegħu kif ukoll il- ġurnata Overall. Zahra kien segwit min Matthew Gauci fuq mutur KTM b'ħin ta 4 minuti u 14.633 sekondi. Daqstant Scicluna kellu jikkuntenta bit-tielet post bl-aħjar ħin tiehu ta 4 minuti 20.497 sekondi. Mill-Klassi B rajna lil Matthieu Salomon fuq KTM jiddomina fl-ewwel Heat tal-ġurnata fejn dan irreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 4 minuti 58.732 sekondi segwit min Alex Sant Fornier fuq KTM b'ħin ta' 5 minuti 29.253 sekondi. Matul it- tieni Heat tal-ġurnata rajna lil James Grima u Gabriel Muscat ikomplu jtejbu il-ħin tagħhom b'Grima jirreġistra ħin ta' 5 minuti 7.329 sekondi filwaqt li Muscat irreġistra ħin ta' 5 minuti 13.558 sekondi. Minkejja li Salomon ma kompliex il-ġurnata għax kellu jitlaq kmieni spiċċa biex rebaħ il-klassi segwit min Grima u Muscat il- għalqu l-ġurnata fit-tieni u it-tielet post rispettivament. Mill-Klassi C kellna dawn ir-riżultati: Darren Borg fuq KTM rebaħ din il-klassi b'ħin ta' 5 minuti 51.96 sekondi. Borg kien segwit minn Dale Galea fuq Honda b'ħin ta' 6 minuti 47.658 sekondi. Fit-tielet post daħal Kurt Muscat fuq Yamaha b'ħin ta' 8 minuti 33.447 sekondi. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email fuq info@asmk.org. mt jew permezz tal-mowbajl fuq 9942 5489. Illum issir l-ASMK Mini Car Demolition Derby Tottenham Hotspur fis-semi-finali tal-FA Cup b'rebħa konvinċenti TOTTENHAM Hotspur kisbu l-passaport għas- semi-finali tal-FA Cup b'rebħa konvinċenti ta' 3-0 kontra Swansea City barra minn darhom f 'Wales, bIl-gowls għalihom jaslu minn Erik Lamela u minn doppjetta tad-Daniż Christian Eriksen. Intant, fil-Kampjonat Barclays Premier, AFC Bournemoth ġewwa darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jordan Ibe u minn Jordan Stanislas. Min- naħa l-oħra l-gowl uniku għal WBA jasal minn Jay Rodriguez fid-49 minuta. Bl-istess skor intememet il-partita bejn Everton u Stoke City, bit-Toffees li kienu qed jilagħbu barra minn darhom ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bl-awtur tal-gowls għalihom ikun Cenk Tosun li skorja doppjetta. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn Choupo- Moting fis-77 minuta. Crystal Palace barra minn darhom għelbu lil Huddersfield Town bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn james Tomkins u minn penalty ta' Luka Milivojevic. Marcus Rashford jifraħ wara wieħed miż- żewġ gowls li skorja għar-Red Devils RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 17 ta' Marzu AFC Bournemouth vs WBA 2-1 Huddersfield Town vs Crystal Palace 0-2 Stoke City vs Everton 1-2 FA CUP Kwarti tal-Finali Swansea City vs Tottenham Hotspur 0-3 FIXTURES Il-Ħadd 18 ta' Marzu 14:30 Wigan A. vs Southampton 17:30 Leicester C. vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM 12:30 Sampdoria vs Inter 15:00 AC Milan vs Chievo Verona 15:00 Benevento vs Cagliari 15:00 Crotone vs Roma 15:00 Hellas Verona vs Atalanta 15:00 Torino vs Fiorentina 20:45 Lazio vs Bologna 20:45 SSC Napoli vs Genoa Christian Eriksen jittanta xortih permezz ta' xutt lejn il-lasti ta' Swansea City Iffirmat kuntratt bejn Sportmalta u Neptunes Waterpolo & Swimming Club SPORTMALTA se tibda tħallas madwar €60,000 fi spejjeż operattivi u spejjeż tal-gass biex tisaħħan il-pixxina tan-Neptunes Waterpolo & Swimming Clubs Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li "permezz ta' dan il-kuntratt se nkunu qegħdin inżidu l-faċilitajiet għal pixxini alternattivi sabiex inkomplu nissodisfaw id-domanda li qed tiżdied fuq il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'tal- Qroqq, b'hekk aktar klabbs u għawwiema se jkollhom iktar postijiet fejn jitħarrġu" "Se nibdew ix-xogħolfuqil- Pixxinatal-Kottonera, pixxina li hemmtant bżonnha, ankeminnħabban- numru ta` atleti li qedikomplijikberfl- isportakwatiku. L-Għawmhuwa sport ieħor li huwaessenzjalifl-iżvilupp ta' persuna u għalhekk dan il-gvern qed ikompli jinvesti bi sħiħ fih" Permezz ta' dan il-kuntratt, se jkunu qed jiżdiedu il-linji biex jintużaw mill-pubbliku. Sportmalta se jkollha għad-disponibbilta' tagħha madwar 30 slot għat-taħriġ tal-Waterpolo u madwar 258 sigħat f 'linji għall-għawm fil-ġimgħa. Il-pixxina se tibda tiġi msaħħna bejn Ottubru u Diċembru u bejn Marzu u Mejju. Fix-xhur ta' Jannar u Frar il-pixxina mhux se tiġi msaħħna minħabba l-post li qiegħda fih din il-pixxina tkun milquta sew minn maltempati matul dawn ix- xahrejn. Matul Jannar u Frar it-timijiet kollha tan- Neptunes se jkunu jistgħu jitħarrġu fil-pixxini nazzjonali ta' Sportmalta bl-istess kundizzjonijiet, disponibbilta' u rati bħal klabbs lokali oħra.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018