Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Sports 31 ILPROMONTORJU tal- Munxar, li jinsab fil-parti tan-nofsinhar ta' Malta, ospita kważi mitt atleta tat-trail running li kienu qed jieħdu sehem fit-tielet tellieqa tal-Eurosport Trail Running League organizzat mill-Agones SFC. Ir-rotta ta' kważi 10km toffri xenarju tal-irdumijiet tal-Munxar, veduti mill-isbaħ ta' St. Peter's Pool u Delimara u l-park naturali ta' Xrobb l-Għaġin. Ir-rotta offriet terren mħallat mimli blat, xgħari u trejqiet żgħar fil- kampanja. L-ammont ta' atleti rat taħlita tajba ta' dawk bl-esperjenza fuq dan it-tip ta' terren, li kienu qedin jimmiraw li jtejbu l-ħinijiet tagħhom u possibbilment jilħqu pożizzjoni mal-ewwel atleti, kif ukoll atletli ġodda li kienu ser jesperjenzaw dan it-tip ta'ġiri għall-ewwel darba. Jonathan Ebejer u Alan Curmi stabilixxew il-pass kwazi mill-bidu nett, iżda kif waslu mal-ewwel għolja, Ryan Farrugia għaddihom u żamm postu fuq quddiem biex jiċċelebra t-tieni rebħa tiegħu ta din is-Serja. Farrugia, li riċentament rebaħ Serje ta' tlielaq ġewwa Sqallija, għandu l-aħjar ħin irreġistrat fuq din ir-rotta - 38 minuta u 18-il sekonda. Curmi u Ebejer segwew, biex jirreġistraw ripetizzjoni tal-pjazzamenti li ġabu wara t-tellieqa li saret f 'Birżebbuġia ftit ġimgħat ilu. Il-Klassifika Ġeneral bħalissa hija mmexxija minn Jonathan Ebejer, Ackerly Hili u Darius Goodwin. "Il-varjetà tat-terren fuq din ir-rotta tagħmel din it-tellieqa pjuttost teknika, iżda l-parteċipazzjoni f 'dan il- kampjonat tassew kiber u dan huwa posittiv għall-ġejjieni tat-trail running f 'Malta - Inħeġġeġ lill-atleti u dawk kollha li jħobbu l-kampjana biex jipparteċipaw. L-ambjent huwa pjaċevoli ħafna u hija opportunita perfetta biex tesperjenza l-isport fin-natura "- Ryan Farrugia, rebbieħ tal-Kategorija tal- Irġiel. Il-parteċipazzjoni femminili kompliet tikber. Bidu tajjeb minn Tara Abdilla u Danica Bonello Spiteri raw lil dan id-duo jersaq lejn possibilita ta'rebħa oħra. Madankollu żball kmieni fir-rotta rathom, ma xi atletli oħra, jitilfu ħin prezzjuż u jżidu ftit kilometri mar-rotta. Minkejja li spiċċaw wara l-aħħar atletli, l-isforzi siewja tagħhom rawhom jersqu fuq quddiem biex jieħdu posthom fost l-ewwel għaxar atleti nisa. Rebbieħa tat-tellieqa kienet l-atleta veteran Carmen Hili. Hili hija mgħarufa sew fl-ambjent tar-road running, iżda dan kienet l-ewwel rebħa tagħha fit-trail running. It-tieni post ġie meħud minn Dzintra Grech, segwita minn Isotta Rossoni. Minkejja ir-rizultat tal-ġurnata, Abdilla, Bonello Spiteri żammew posthom fl-ewwel żewġ postijiet tal- klassifika ġenerali. Magħhom ingħaqdet Dzintra Grech fit-tielet post. "Agones SFC jinsab verament soddisfatt għall- passi kbar li qedin isiru f 'dan l-isport. L-atletli qegħdin jirrealizzaw il-benefiċċji ta' dan l-isport - rotot ġodda, 'l bogħod mit-traffiku u l-ħsejjes. Għalkemm il-kompetizzjonji hija b'saħħitha, ħafna atleti kkummentaw dwar il-fatt li l-pressjoni hija ħafna inqas f 'dawn it-tlielaq u l-atmosfera hija iktar rilassata minn tlielaq oħra", spjega Warren Muscat, President, Agones SFC. Immedjatament wara t-tellieqa, il- parteċipanti kollha ngħataw tifkira mingħand VivianCorporation u vouchers ta' flus minn Eurosport Malta. Ingħataw ukoll trofej lill-ewwel tliet atleti f 'kull kategorija. It-tellieqa li jmiss tal- Eurosport Trail Running League ser tkun dik tal- Victoria Lines. It-tellieqa taqsam il-wesgħa kollha ta' Malta mill-Madliena għal Fomm ir-Riħ, u tikkonsisti f '19km. It-tellieqa ser ssir nhar il-Ħadd 22 ta 'April. Ir- reġistrazzjoni hija miftuħa u tista' ssir fuq l-internet fuq www.agones-sfc.eu jew fuq Eurosport f 'Birkirkara nhar il-Ħamis 19 ta' April. Rebħa oħra għal Ryan Farrugia u tasal l-ewwel rebħa għal Carmen Hili l-Eurosport Trail Running League Ryan Farrugia jifraħ wara li rebaħ it-tielet tellieqa tal-Eurosport Trail Running League Ritratt - Nigel Fleri Soler L24 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta' Malta taċ-ċikliżmu ser titella' bejn nhar il-Ħamis 22 ta' Marzu u l-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 fejn huwa mistenni numru rekord ta' partecipanti barranin b'mod partikolari Nisa. Is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, sport u għaqdiet tal-volontarjat Clifton Grima filwaqt li awgura kull suċċess liċ- ċiklisti Maltin ħabbar li bdew l-istudji neċessarji sabiex jiġi identifikat sit fejn tkun tista' ssir il-velodrome, li hija għodda eċċellenti għal dan l-isport u anke sabiex il-Gvern iżomm mal-wegħda elettorali tiegħu. Matul is-snin dan it-Tour serva ta' opportunità tajba biex iċ-ċiklisti lokali jkunu jistgħu jikkompettu ma' oħrajn barranin f 'pajjiżna stess. B'hekk huma mhux biss jiggwadanjaw minn din l-esperjenza, iżda wkoll li dawn l-isportivi jkomplu jtejbu l-livelli tagħhom. II-klabbs lokali flimkien ma' diversi oħra barranin ser ikollhom iċ-ċiklisti tagħhom jikkompetu fl-edizzjoni ta' din is-sena. Il-maġġoranza tal-klabbs barranin ġejjin mill-Ingilterra u 1-Italja. Ma' dawn ser jieħdu sehem ukoll fuq bażi individwali, ċiklisti barranin minn diversi pajjiżi oħra. It-Tour Internazzjonali ta' Malta 2018 ser jittella fuq erbat' ijiem. L-ewwel tappa ser tkun tikkonsisti f 'Individual Time Trail fuq iċ-ċirkwit tal- iMtarfa fuq distanza ta' 12-il kilometru, it-tieni tappa, fuq distanza ta' 83.3 kilometru ser tkun fil-Bypass ta' San Pawl, t-tielet tappa fuq distanza ta' 60 kilometru ser issir fuq iċ-ċirkwit tal- Bypass ta' Ħaż-Żebbuġ u r-raba' u 1-aħħar tappa ser tkun tiġrija ta' 88 kilometru fuq iċ-ċirkwit ta' San Martin. B'kollox ser ikun hemm tliet kategoriji ta' ciklisti jiehdu sehem li huma tal- Elite, tan-Nisa u tal-Masters ta''l fuq minn 40 sena. Imnedija l-24 Edizzjoni tat-Tour lnternazzjonali ta' Malta taċ-ċikliżmu 2018 Mix-Xellug għal-Lemin: Joe Bajada, Dr Clifton Grima u John Zammit

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018