Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Balzan ....................... 2 Mosta ........................ 0 BALZAN għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu wieħed f 'kull taqsima, biex komplew jersqu lejn ir-rebħ tal-ewwel titlu storiku. Balzan fetħu l-iskor fl- ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil-25 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu u fil-baxx minn barra l-kaxxa ta' Milos Lepovic ħasad għal kollox lil-goalkeeper żagħżugħ ta' Mosta, Andreas Vella. Il-Balzanin komplew jattakkaw u tliet minuti biss wara, Alfred Effiong kellu daqqa ta' ras mill-viċin tiġi mdawwra f 'korner minn Andreas Vella. Balzan komplew jattakkaw u fit-42 minuta, Carlos Eduardo De Fiori Mendes indirizza corner lejn Alfred Effiong li kien sfortunat meta ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-wieqfa. Mosta ħolqu l-ewwel periklu fit-80 minuta meta Damir Bartulovic avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel fajjar xutt b'saħħtu li għadda ferm għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper żagħżugħ ta' Balzan Sean Mintoff. Madankollu, kienu Balzan li skorjaw it-tieni gowl biex issiġillaw ir-rebħa ħames minuti wara hekk kif Alex Da Paixao Alves xeħet kross preċiż lejn Jacob Borg li permezz ta' xutt fil-baxx u angulat tefa' l-ballun fix- xibka. Balzan Mintoff, Ljubomirac (Da Paixao Alves 80'), Effiong, Ascroft, Serrano Valero, Fenech, Lepovic, Bezzina, Kaljevic (Arab 87'), Grioli (Borg 74'), De Fiori Mendes Mosta Vella, Karba Bangoura (Grech 73'), Nuti (Brincat 81'), Veronese, Frendo (Tanti 63'), Mansi, Farrugia, Soare, Xuereb, Maric, Bartulovic Referi Alan Mario Sant SPORTSillum MILOS LEPOVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorka l-ewwel gowl mit- tnejn ta' Balzan f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Ritratt - Dominic Borg Balzan jegħlbu lil Mosta b'gowl f 'kull taqsima Justin Grioli jipprova jevita d-daħla ta' plejer ta' Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018