Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Paceville: Sitt snin GĦAL darb'oħra l-mekka tad-divertiment ta' Paceville terġa' tinsab fiċ-ċentru ta' kritika hekk kif il-mewt taż-żagħżugħ Zack Meli kmieni l-Ħadd li għadda qajjem diskussjoni rigward is-sigurtà jew in-nuqqas ta' sigurtà fiż-żona li hi popolari ferm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti. Imma din l-ewwel darba li qed niddiskutu s-sigurtà f 'Paceville? Ir-risposta hi 'żgur li le'. Mhux biss għaliex minn natura tal-lokalità, is- sigurtà tibqa' problema (xorb, drogi, ġlied, eluf ta' nies fi spazju zgħir…) imma wkoll għaliex f 'Mejju tal-2012, sitt snin ilu Gvern Nazzjonalista kien ħejja rapport bl-isem ta' "Lejn iktar sigurtà u bon ordni f 'Paceville". Rapport li ħafna mill-miżuri proposti fih ma ġewx implimentati. Fl-ewwel ħames snin taż-żewġ amminstrazzjonijiet Laburista kien imwiegħed inkluż ma' din il-gazzetta li r-rapport se jkun attwat. Imma fil-verità dan ġara? 13 -il sena jitolbu għall- għassa tal-Pulizija f 'Paceville Fit-22 ta' Novembru 2015, propju ftit jiem wara l-inċident ġewwa l-club Plus One fejn aktar minn 70 persuna kienu weġġgħu, l-ILLUM kienet irrapportat kif il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan kien ilu minn tal-anqas 10 snin jitlob għal għassa f 'Paceville. Ikkuntatjat minn din il-gazzetta il-Viċi Sindku ta' San Ġiljan, Albert Buttigieg ikkonferma li din it-talba għadha qed issir sal-ġurnata tal-lum. Jiġifieri Paceville għadha mingħajr għassa separata minn dik ta' San Ġiljan. It-toroq tal-Ġiljaniżi, il-latrini pubbliċi ta' Paceville Ir-rapport tal-2012 kien aċċenna wkoll fuq il-fatt li sempliċiment latrina baqgħet ma saritx. Fir-rapport il-bżonn ta' latrina jissemma darbtejn, bir-rapport saħansitra jgħid li ħafna nies qed jispiċċaw "iħammġu t-toroq u l-parapetti ta' residenzi privati." Sal-lum, sitt snin wara għadha ma saritx latrina pubblika f 'Paceville. Bouncers bil-liċenzja, lebsin l-uniformi u jitkellmu bil-Malti… F'Lulju li għadda, wara l-inċident famuż li seħħ f 'Paceville fejn żewġt irġiel sfaw imsawta minn sitt bouncers, Mark Grima, sid ta' stabbiliment f 'Paceville kif ukoll Philip Fenech mill-GRTU kkonfermaw mal-ILLUM li sentejn wara l-inċident ta' PlusOne, minkejja diksussjonijiet u laqgħat, kien għadu ma ġie ppreżentat l-ebda pjan dwar is-sigurtà f 'Paceville. F'reazzjoni għall-istorja li rrapportat l-ILLUM l-Ministru Carmelo Abela kien żvela kif kienet se tinħoloq Awtorità li tassumi r-responsabbiltajiet tal- ħruġ tal-liċenzji tal-gwardjani privati u tirregolahom. Abela kien spjega li din il-proposta kellha tittella' quddiem il-kabinett u kienet tinkludi diversi emendi, fosthom li l-gwardjani privati jilbsu l-karti tal-identità apposta maħruġin mill- pulizija kif ukoll uniformi apposta. Dan flimkien mal-bżonn li min ikollu liċenzja jkun jaf jikkomunika, kemm bil-kitba kif ukoll bil-kliem, bil-Malti jew bl-Ingliż, żidied fil-multi għal min jonqos li jħares ir-regolamenti tal-liġi, l-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni bejn il-kumpaniji tas-sigurtà u l-impjegati tagħhom li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' gwardjani u tibdil fil- kurrikulu tat-taħriġ. Nhar l-4 ta' Marzu li għadda din il-gazzetta rrapportat kif għal darb' oħra sitt snin wara kollox baqa' kif kien hekk kif sid ta' stabbiliment ilmenta dwar "kemm saret diffiċli li jħaddmu bouncers Maltin u bil-liċenzja." Stabbilimenti aċċessibbli għal kulħadd L-ILLUM tkellmet ukoll maċ-Ċermen tal- Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabilità ( K N P D ) Oliver Scicluna li għal darb'oħra reġa' kkonferma li fi snin li għaddew ma sar xejn dwar l-aċċessibbilità għal persuni b'diżabbiltà f 'Paceville. "Sfortunatament mil-lat ta' aċċessibbilità għal persuni b'diżabiltà kollox baqa' l-istess. Dan in-nuqqas ta' aċċessibbilità qed taffettwa l-ħajja ta' persuni b'diżabiltà anke mil-lat tal-interazzjoni u relazzjonijiet ma' nies oħra," saħaq Scicluna. Kompla jsostni kif il-problema mhix biss limitata għal Paceville. Fil-passat il-KNPD kienet ipproponiet li bħala emenda fil-Liġi għall-Opportunitajiet Indaqs tkun imposta multa massima ta' €5,000 fuq kull stabbiliment li ma jkunx aċċessibbli. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Ir-realtà ta' Paceville mhux bħal dik li qed tiġi mpinġija" Intant l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Philip Fenech mill-GRTU li skontu "għalkemm hemm ħafna affarijiet li għandhom bżonn irfinar, ir-realtà dwar Paceville hi differenti ferm minn dik li qed tiġi mpinġija." Fenech sostna li "attwalment f 'Malta qed jiġu mat-2.3 miljun turist u allura awtomatikament qed ikun hemm pressjoni kbira fuq l-infrastruttura ta' Malta, inkluż Paceville. Rigward is-sigurtà f 'Paceville skont Fenech, li hu wkolll sid ta' stabbiliment f 'Paceville jista' jkollok depot sħiħ tal-Pulizija "għaliex qatt mhu biżżejjed, għaliex fil-verità dejjem jista' jinqala' argument f 'post bħal Paceville." "Hemm bżonn ta' Masterplan Soċjali għal Paceville…" L-ILLUM tkellmet ukoll mal-Viċi Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttigieg li skontu "jeħtieġ iktar il-bżonn ta' 'Masterplan' Soċjali għall-Paceville milli master plan ta' infrastruttura. "F'Paceville hemm problema kbira li hi l-abbuż tal-alkoħol u tad- droga," saħaq il-Viċi Sindku filwaqt li żied jirrimarka illi "ċertu nies huma kuntenti bis-sitwazzjoni ta' abbuż f 'Paceville." Buttigieg iżda ma elaborax dwar dan. Il-Viċi Sindku spjega kif għal diversi snin talbu għal attenzjoni serja fuq iż- żona ta' Paceville. "Fl-2015 il-Gvern kien wiegħed diversi miżuri li kellhom jiġu implimentati (ara fuq), fosthom CCTV cameras fiż-żona kollha u anke żieda fil- Pulizija preżenti f 'Paceville." Buttigieg kompla jispjega kif, ilhom snin jitolbu wkoll sabiex jkun hemm għassa separata oħra f 'Paceville b'pulizija li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb l-esiġenza taż-żona. Apparti minn dan, skont Buttigieg, "Paceville nbidel matul iż-żmien. Qabel dan kien sempliċiment post tal-villeġġatura, illum sar post tad-divertiment issa qed jerġa' jinbidel f 'post immirat għal divertiment tal-adulti. Ilna ngħidu li l-post ma jiflaħx iktar nies," temm jgħid il-Viċi Sindku.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018