Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Valletta F'SENA waħda biss, matul l-2016, il-parkeġġ f 'Tas-Sliema naqas bi kważi 200 post u dan meta l-parkeġġ ilu snin waħda mill-akbar problemi li taffaċċja din il-lokalità. Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema kien ressaq ilment lill-Uffiċċju tal-Ombudsman kontra l-Awtorità tal-Ippjanar u l-mod kif qed tapplika l-policy fir- rigward ta' applikazzjonijiet għal żvilupp f 'din il-lokalità b'nuqqas ta' spazju għall-parkeġġ. Matul l-2016, l-Awtorità tal- Ippjanar ipproċessat għadd ta' applikazzjonijiet għal żvilupp f 'Tas-Sliema u skont il-Kunsill Lokali l-ammont ta' permessi li ngħataw ma kinux qed jipprovdu għall-ammont ta' parkeġġi meħtieġa. Mal-ILLUM, is-Sindku ta' Tas- Sliema Anthony Chircop wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li din il-problema kienet diġà gravi 10 snin ilu, "aħseb u ara llum." Il-Kunsill Lokali qed jisħaq li permessi għal numru sostanzjali ta' appartamenti, uffiċċji u lukandi f 'din il-lokalità, mingħajr il-provediment ta' parkeġġ adegwat, qed iġib miegħu konsegwenzi oħra, fosthom traffiku akbar b'detriment għas-saħħa minħabba t-tniġġis tal-ajra. "Inqas parkeġġ ifisser inqas użu ta' karozzi privati"... Iżda, fl-ispjegazzjoni tagħha lill-Ombudsman, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha spjegazzjoni għal kollox differenti. Ikkwotat il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp u saħqet kif il-fatt li jkun hemm inqas parkeġġi disponibbli jfisser inqas persuni jużaw il- karozzi privati, jiżdied l-użu tat- trasport pubbliku jew inizjattivi bħall-car pooling u għalhekk jonqos it-tniġġis. Ma tiqafx hemm. Tgħid ukoll li jekk ikun hemm konċentrazzjoni ta' żvilupp fil-qalba ta' żona urbana, aktar tgħin biex ikun hemm massa biżżejjed ta' nies li jeħtieġu t-trasport pubbliku li jagħmel is-servizz ikun aktar viabbli. "B'dan il-mod tinkoraġixxi tnaqqis fit-traffiku permezz ta' żoni pedonali, aktar spazji miftuħa u tnaqqis ta' użu ta' karozzi fit-toroq biex aktar toroq ikunu jistgħu jsiru pedonali," saħqet l-Awtorità tal-Ippjanar. "Aħjar aktar parkeġġ flok aktar fondi" Iżda l-Kunsill Lokali baqa' jinsisti li t-tnaqqis tal-parkeġġ qed imur kontra dak stipulat fid-Development and Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 u fl-iStrategic Plan for Environment and Development, għax fost affarijiet oħra, jinjoraw il- ħarsien tal-interess pubbliku u l-aspett soċjali, joħolqu tniġġis tal-arja u jimponu li tingħata kontribuzzjoni lill- Commuted Parking Payment Scheme minflok jiġi mpost il-provvediment li jkun hemm parkeġġ fuq l-istess sit. Il-Commuted Parking Payment Scheme tisħaq li żviluppatur iħallas 'multa' jekk ma jkunx se jipprovdi biżżejjed parkeġġ għall-iżvilupp. Il- fond imbagħad jintuża għall- faċilitajiet ta' parkeġġi pubbliċi. Iżda ma' din il-gazzetta, is-Sindku staqsa "Fejn se żżid il-parkeġġi jekk kullimkien mibni?" Skont Mistoqsija Parlamentari, datata 16 ta' April 2017, bejn l-2014 u l-2017 din l-iskema kienet ikkalkulata għal 525 parkeġġ. Apparti minn hekk, Mistoqsija Parlamentari oħra, tat-3 ta' April 2017, naqqsu 47 parkeġġ biex minflok tpoġġew imwejjed u siġġijiet. 'Għandha ssir reviżjoni tal- Commuted Parking Payment Scheme' Min-naħa tiegħu, l-Uffiċċju tal-Ombudsman għalkemm innota li wħud mill-permessi li ngħataw tul l-2016 huma ġustifikati, jisħaq li f 'permessi oħra, l-Awtorità setgħet uriet aktar sensittività lejn il- problema tal-parkeġġ u obbligat lill-applikanti biex jipprovdu aktar spazji għall-parkeġġ kif stabbilit fid-Development Control Design Police. Innota kif meta ġew approvati dawn il-permessi, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tat l-ebda ġustifikazzjoni għaliex f 'dawn l-iżviluppi ma ntalbux li jiġu pprovduti aktar spazji ta' parkeġġi. 25 minn dawn il-permessi mogħtija, kienu għal bini addizzjonali fuq bini eżistenti li fuqhom l-Awtorità tal- Ippjanar imponiet il-Commuted Parking Payment Scheme. Iżda, l-Ombudsman saħaq li l-impożizzjoni ta' €2,096 għal kull spazju ta' parkeġġ "mhijiex biżżejjed fid-domanda ta' parkeġġi fit-triq, speċjalment f 'lokalitajiet b'ammont estensiv ta' karozzi simili għal dik ta' Tas- Sliema." Kien għalhekk li l-Ombudsman saħaq li din l-iskema li għal Tas-Sliema titlob €2,096 għal kull spazju ta' parkeġġ u li ilha fis-seħħ 20 sena, għandha tiġi riveduta, anke għax minn dak iż-żmien 'l hawn, in-numru ta' vetturi kważi rdoppja. Dwar it-tliet permessi mogħtija għall-imwejjed u s-siġġijiet barra minn stabbilimenti, l-Ombudsman saħaq li l-Awtorità, meta approvat dawn il-permessi ma qisitx il-problemi ta' parkeġġ li F'sena waħda biss jonqos 200 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema jilmenta dwar il-parkeġġ dejjem jonqos minħabba l-iżvilupp. L-Awtorità tal-Ippjanar tgħid li inqas parkeġġ ifi sser arja aktar nadifa Ebba von Fersen Balzan In loving memory of artist Ebba von Fersen Balzan, who passed away aged 50 on the 16, March, 2008. Born in Darmstadt, Germany and who lived in Naxxar, Malta. Her memory lives on in her works and her paintings. Fondly remembered by Saviour Balzan, Antoinette and Ray Balzan, Mariella and Alan Dimech and niece and nephew Matthew and Francesca.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018