Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 5,000+ persuna ta' 'l fuq minn 50 sena f 'Malta biex jistudjaw l-Ingliż It-tagħlim tal-Ingliż f 'Malta hu għaż-żgħażagħ biss? Fl-2017 kienu 5,741 persuna ta' 'l fuq minn ħamsin sena li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż. HI fehma popolari li tagħlim tal-Ingliż għall- istudenti barranin f 'Malta hu limitat għaż-żgħażagħ għaldaqstant ċifri li ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, (NSO) juru stampa differenti. L-aħħar rapport tal-NSO juri li s-sena li għaddiet ġew Malta 5,741 persuna ta' 'l fuq minn 50 sena sabiex jistudjaw l-Ingliż. Minn dawn, 3,698 kienu nisa u 2,043 kienu rġiel. Meta mqabbla mas-sena preċedenti, jiġifieri 2016, is-sena 2017 rreġistrat żieda ta' 670 student iktar ta' 'l fuq minn 50 sena jew inkella żieda ta' 13.2%. Fuq in-naħa l-oħra, l-ikbar sehem kien tal-istudenti kellhom 15-il sena jew inqas, dawn b'kollox ammontaw 32.2% tat-total studenti kollha. Skont l-istess ċifri, l-istudenti li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż żdiedu b'10,460 jew inkella 13.6%. Tul is-sena 2017 b'kollox ġew Malta 87,190 student. Fl-2016 kienu ġew 76,730 student. Dawn l-istudenti kollha ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż fi skejjel liċenzjati li jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija. Fuq nota differenti, il- maġġoranza tal-istudenti li attendew għall-korsijiet tal-lingwa Ingliża f 'Malta ġew mill-Italja 29.4%. Dawn kienu segwiti minn studenti li ġew mill-Ġermanja 11.8% u Franza 10.5%. Għalhekk l-istudenti li ġew minn dawn it-tliet pajjiżi Ewropej ammontaw għal aktar minn nofs dawk l-istudenti kollha li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż. Lulju kien l-iktar xahar li fih ġew studenti hekk kif b'kollox ġew 21,567 student, 2,233 aktar student mis-sena ta' qabel. Dan ammonta għal 24.7% tat-total annwali ta' studenti li ġew Malta. Dan ix-xahar bieżel kien segwit minn Awwissu u Marzu, b'10.8% u 10.0 % tal- wasliet totali rispettivament. Apparti minn dan il-fatt, l-istudenti kollha li ġew Malta f 'Awwissu ffurmaw 8.6% tat- turisti kollha li ġew Malta tul dan ix-xahar li kienu 251,066. Minkejja r-rata għolja ta' wasliet f 'Awwissu, dan ix- xahar flimkien max-xahar ta' Diċembru kienu l-uniċi xhur li fihom waslu inqas studenti mis-sena ta' qabel, jiġifieri l-2016. B'kollox meta mqabbla mat-total tat-turisti li ġew hawn Malta fl-istess sena, il- persentaġġ totali tal-studenti barranin li attendew korsijiet tal-lingwa Ingliża fl-2017 kien ta' 3.8% tal-ammont globali ta' turisti li ġew Malta. Minn dan is-sehem imbagħad, 3% kienu rġiel u 4.7 % kienu nisa. Intant mil-lat ta' għalliema, skont l-istess ċifri, fl-2017 kien hemm 1,225 għalliema fi skejjel tal-ELT. Il-maġġoranza tal-għalliema kienu nisa (71.4%) filwaqt li (37.6%) kienu tal-età bejn 18-24. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Sejħa għal Espressjoni ta' Interess Il-Parlament ta' Malta qed jitlob proposti għal xoghol ta' Konsulenza sabiex tkun assigurata Konformità tal-Provvista tal-Ilma mal-Istandards Lokali ta' Saħħa. Il-Parlament ta' Malta jilqa' Espressjonijiet ta' Interess mingħand kumpaniji stabbiliti li joffru konsultazzjoni u li għandhom l-esperjenza neċessarja u r-riżorsi biex jidħlu għal dan il-kompitu. Fl-ewwel stadju, il-kumpaniji interessati għandhom jikkomunikaw mal-Parlament ta' Malta permezz tal-indirizz elettroniku hawn taħt indikat, sa mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tas-27 ta' Marzu 2018, sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom li jidħlu għal dan ix-xogħol. Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata kif indikat hawn taħt: Kap tat-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni Kamra tad-Deputati Parlament ta' Malta Pjazza Ħelsien Il-Belt Valletta VLT 1111 Email: dcs.parlament@parlament.mt Tel: (+356) 25596352 Iktar informazzjoni rigward din is-Sejħa għal Espressjoni ta' Interess tista' titniżżel mis-sit www.parlament.mt Approvat il-bini ta' lukanda f 'Delimara Minn Yendrick Cioffi ILBORD tal-Awtorità tal- Ippjanar approva l-bini ta' lukanda fiż-żona magħrufa bħala Ta' Kalanka f 'Delimara. L-iżvilupp kien approvat b'10 voti favur u 3 kontra. Kienu d-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli, iċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi Victor Axiak u rappreżentant tal-NGOs, Annick Bonello, li oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp. Il-Kunsillier ta' Marsaxlokk Daniel Zerafa kien wieħed minn dawk li vvota favur. Preżenti kien hemm il- President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti li faħħar dan il-proġett li fi kliemu mhux se jsir f 'art verġni imma se jkun qed jieħu post lukanda abbandunata. Minkejja dan, Axiak insista li din iż-żona għandha tingħata n-nifs mill-ġdid u insista li l-proġett se jkun qed iżid iż- żona mibnija. Ilbieraħ, Birdlife Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar u Nature Trust-FEE, ingħaqdu biex iħeġġu lill-Awtorità tal- Ippjanar biex ma tapprovax l-iżvilupp. Bħal Axiak, huma saħqu li l-iżvilupp se jkun qed iżid il- footprint tal-bini eżistenti b'561 metru kwadru, u 480 metru kwadru oħra se tkun koperta minn terrazzi u swimming pool għal footprint totali ta' 1,050 metru kwadru li jinkludi sular addizzjonali. L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kienet insistiet li jitnaqqas sew id-daqs ta' dan l-iżvilupp biex jiġi mħares il- karattru rurali tal-inħawi kostali li jdawru dan is-sit. Il-case officer tal-Awtorità tal-Ippjanar kien tal-fehma li l-iżvilupp kellu jiġi approvat, kif fil-fatt seħħ. Intant, waqt is-seduta kellhom jissejħu l-Pulizija biex joħorġu wieħed mill-attivisti wara li ċ-Ċermen Vince Cassar akkużah b'nuqqas ta' rispett. Fost oħrajn, Cassar saħaq li ż-żagħżugħ naqas mir-rispett lil Victor Axiak meta ma sejjaħlux professur. Għalhekk Axiak ma kellu l-ebda problema li ż-żagħżugħ isejjaħlu b'ismu, l-argument kompla jisħon tant li s-seduta kellha tkun sospiża sakemm inħareġ iż-żagħżugħ.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018