Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Sports 35 Nixtieq infaħħar il- faċilitaijiet ta' recovery minn injuries u pitches aħjar. Dan filwaqt li nammira l-fatt li l-kowċ nazzjonali, l-assistent kowċ u kowċis oħra jattendu l-logħob kollu biex dejjem jippruvaw jaraw it-tim nazzjonali sejjer 'il quddiem u jżommu l-istandard kemm jista' jkun għoli. Ġieli kellek xewqa illi tmur tilgħab barra minn Malta? Naħseb li kull plejer li jilgħab il-futbol jixtieq jasal sal-ogħla livell li jista' jasal. Jekk l-opportunità tiġi, bil- qalb kollha neħodha. X'sagrifiċċju jinvolvi li tkun plejer tal-futbol? Jiena nemmen li biex tirnexxi, trid tkun professjonali u tagħti qalbek f 'dak li qed tagħmel. Il-futbol jeħtieġ sagrifiċċji kbar. Trid tiekol sew, tistrieħ biżżejjed, tqatta' inqas ħin mal-familja, tittrenja kif suppost u tkun mentalment ippreparat. Is- sagrifiċċji huma parti mill- battalja li kull plejer jaffaċja meta jkun qed jammira għall-eċċellenza u huma parti mill-futbol. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol, mal-futbol u mal- familja? Biex ngħid il-verità, mhix faċli. Bħalissa qed naħdem full-time bħala PE teacher u trainer u qed nistudja Masters in Nutrition waqt li qed nittrenja kuljum. Nitlaq mix- xogħol, immur il-gym u wara dritt għat-taħriġ. Wara nasal id-dar u nistudja sagħtejn qabel ma norqod. Nixtieq li kont full-time futbol biex inkun nista' niffoka kompletament fuq futbol, però din hija r-realtà tiegħi u dawn huma eżempji ta' ostakli li kull plejer Malti jaffaċċja. Nazzarda ngħid li dawn l-ostakli jsaħħu l-karattru tal- bniedem fejn meta ħaġa tkun iktar diffiċli biex tinkiseb, iktar iġġiegħlek tiġġieled u taħdem. Fuq nota personali, nieħu pjaċir naħdem biex negħleb dawn l-ostakli u nkompli nitjieb biex nilħaq il-miri tiegħi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek dwar is- sabiħ illi fih il-futbol u kemm huwa importanti sabiex il-bniedem jimxi 'l quddiem fil-karattru tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi, l-iktar ħaġa importanti hija li tkun ferħan u għal qalbek f 'dak li qed tagħmel. Għalija dik il-ħaġa kienet il-logħba tal- futbol, li sal-lum għad għandi mħabba kbira lejha. Ritratti: James Bianchi bil-mod kif qed nilagħbu' Huwa wieħed mill-aqwa difensuri li jimmilitaw l-Kampjonat BOV Premier u li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu l-futbol. Jilgħab ma' Ħamrun Spartans u qabel ingħaqad ma' dan it-tim, lagħab ma' Pietà Hotspurs u Għargħur. Huwa ħu Ben Camille. Dale Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018