Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt 'Future-proof ' I l-futur ħadd ma rah, imma nistgħu nimmaġinaw x'se jkollna l-futur jekk se nibqgħu ninsistu li ngħixu illum, ngħixu għal-lum u ninsew x'se jiġri mill-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu. L-istorja li għandna fil- faċċata tal-gazzetta turi illi ppjanar mhu qed isir xejn jew ftit li xejn f 'dak li għandu x'jaqsam maż-żoni urbani tagħna u l-ambjent fihom. Tas-Sliema, apparti li hija waħda mill-ikbar lokalitajiet f 'Malta, hija wkoll ċentru turistiku importanti ħafna fil-ħolqa tal-industrija turistika u bħal lokalitajiet oħrajn, primarjament San Ġiljan, il-Qawra u Buġibba, huwa importanti li meta jsir l-iżvilupp dan ikun parti minn pjan komprensiv u ħolistiku. U aħna nistaqsu, dan qed isir bħalissa? Il-fatt illi jirriżulta li f 'sena waħda biss, meta nikkunsidraw l-iżvilupp li approvat l-Awtorità tal-Ippjanar, naqqsu 200 parkeġġ f 'lokalità fejn il- problema tal-parkeġġ diġà hija waħda akuta għandha tħassibna lkoll u tħassibna sew. Ir-raġuni li tat l-Awtorità tal-Ippjanar mal- Ombudsman, daqslikieku dan in-nuqqas ta' ppjanar huwa fil-fatt ippjanar biex in-nies jużaw it-trasport pubbliku, hija redikola. Hemm modi ħafna iktar effiċċjenti ta' kif nistgħu nattiraw aktar persuni lejn it-trasport pubbliku. Uħud qed isiru bħal app biex tkun taf xħin ġejja tallinja u b'hekk ma jkollokx għalfejn toqgħod tistenna fuq stejġ u oħrajn li nisperaw illi l-Malta Public Transport taħdem ħafna iktar fuqhom, primarjament il-puntwalità ta' rotot diretti (bi tliet numri). Li tħalli tinħoloq geġwiġija sħiħa minħabba nuqqas serju ta' ppjanar, mhux il-mod illi permezz tiegħu tħeġġeġ lin-nies jibdew jużaw it-trasport pubbliku. Għalhekk huwa importanti li l-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mal-awtoritajiet lokali u l-Gvern ipoġġu naqra bilqiegħda u qabel ma nkomplu bl-iżvilupp bla rażan li għaddej bħalissa kull fejn tmur, naraw naqra dan l-iżvilupp kemm se jżid fil-popolazzjoni tal- lokalità u allura kemm se tiżdied il-pressjoni fuq l-infrastruttura; fuq it-toroq, fuq is-servizzi tad-drenaġġ, fuq is-servizzi tal-ilma, dawl u ħafna iktar. Għax donnu l-unika diskussjoni dwar l-iżvilupp qawwi ħafna li għaddej f 'żoni bħal Tas- Sliema u l-Qawra bħalissa tiċċentra biss ma' dak li huwa estetiku, jiġifieri kemm dak il-bini se jidher sabiħ jew ikrah fiż-żona. Din il-gazzetta mhix kontra l-iżvilupp. U lanqas hija kontra bini għoli, sakemm dan isir fiż-żoni speċifiċi u fejn jippermetti l-Pjan Lokali. Li qed ngħidu huwa li hemm bżonn li kollox ikun parti minn pjan li jitratta, l-impatt ta' bosta blokok t'appartamenti fuq il-komunità, is-servizzi u anke t-traffiku. U dan ma bdejniex ngħiduh illum. F'Marzu tas-sena l-oħra konna ppubblikajna storja fejn żvelajna kif fiż-żona ta' Buġibba/Qawra fl-2016 saru xejn inqas minn 92 applikazzjoni għal bini residenzjali ġdid jew inkella għal estensjoni fuq żvilupp diġà eżistenti. Dawn l-applikazzjonijiet ammontaw għal 1,085 residenza li jfisser illi b'medja ta' tliet persuni f 'kull residenza mill- applikazzjonijiet tal-2016 u dejjem jekk approvati kollha, qed inħarsu lejn żieda ta' 3,200 persuna li temporanjament jew permanentament jgħixu f 'din iż-żona. Qisek qbadt l-Imqabba kollu u żidtu ma' Buġibba/Qawra f 'sena waħda biss. U x'ippjanar sar? Qed naħsbu għat-tagħbija kbira li se tkompli tiżdied fuq komunità li diġà tgħodd mal-21,000 resident? Ħsibna għall-parkeġġi ġodda biex ma tkomplix tiggrava s-sitwazzjoni diġà kritika ħafna ta' parkeġġ u traffiku f 'din iż-żona turistika? Qed nippjanaw aktar spazji miftuħa biex naċċertaw li mal-iżvilupp qawwi li għaddej niżviluppaw aktar spazji miftuħa għall-familji u għat-tfal? Qed jerġgħu jsiru t-toroq kollha biex naċċertaw li jifilħu għat- traffiku akbar li se jkollhom jiffaċċjaw? Wisq nibżgħu li r-risposta hija le, għal kull waħda minn dawn. Wisq nibżgħu li għax, għal grazzja t'Alla hawn ħafna flus li qed iduru u jdawru l-ekonomija qed nagħmlu bħal dak in-nemlu l-għażżien fl-istorja tat- tfal miktuba minn Charles Casha fl-1982, li fis-sajf qagħad igawdi u jilgħaq ix-xemx u malli waslet ix- xitwa u l-kesħa spiċċa bla ikel. Il-każ li ħareġ mill- pubblikazzjoni tal- Ombudsman din il-ġimgħa u li juri illi f 'Tas-Sliema bl-iżvilupp li sar naqsu 200 spazju ta' parkeġġ, juri li minflok nippjanaw biex inkunu 'future-proof ' qed inħaddnu l-mentalità ta' 'imbagħad għada naraw'. B'mod speċjali jekk inti omm jew missier, taf sew li dan ma jissejjaħx għaqal. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018