Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 16 Opinjoni Qed jonfoħ ir-riħ tal-bidla fl-Għarabja Sawdita Minn Dun Ang Seychell Q ed jinstema' riħ ta' bidla fl-Għarabja Sawdita. Dar-riħ qed jonfħu r-re l-ġdid Salman, imnebbaħ mill-prinċep eredi Mohammed bin Salman. Se nibda b'aħbar tajba li tferraħ ħafna Nsara: il-Patrijarka tal- Maroniti Kattoliċi fil-Lebanon, Bekara Raj, imsieħeb minn għadd ta' isqfijiet ltaqa' mar- Re Salman fil-Palazz tiegħu f 'Riyadh u l-aħbar taż-żjara tiegħu ngħatat prominenza kbira mill-aġenzija Sawdita tal-aħbarijiet. Qabel iż-żjajjar ta' awtoritajiet reliġjużi mhux Musulmani kienu jingħataw importanza siekta u sekondarja u jidhru biss bħala parti minn delegazzjoni mhux reliġjuża. Did-darba ż-żjara tal-patrijarka Maronita ngħatat importanza kbira u ritratti taż-żjara tiegħu. Il-moħħ wara r-riefnu Ir-riħ tal-bidla jsir riefnu. Il-werriet tat-tronn u Ministru tad-Difiża, huwa l-moħħ wara dan ir-riefnu. F'sensiela ta' digrieti li ħarġu mill-Palazz Irjali, ir-Re keċċa l-ogħla kmandanti militari fosthom liċ- Chief of Staff. Il-kapijiet militari tal-art u tad-difiża tal-ajru spiċċaw ukoll. Ebda raġuni ma ngħatat għal dawn il-passi kbar imma jidher li hemm rabta mal- gwerra fil-Jemen fejn il-qawwiet militari taħt it-tmexxija tal- qawwiet Sawditi diġà ilhom tliet snin jikkumbattu lir-ribelli. Fil-lukanda Ritz Carlton Is-sena l-oħra għexieren ta' personaġġi prominenti, fosthom prinċpijiet u ministri sfaw maqtula fil-lukanda Ritz Carlton wara li l-prinċep Mohammed mexxa kampanja kontra l-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter. F'din il-lukanda hemm miżmuma arrestati diversi kbarat – fosthom kbarat tal-industrija, kbarat tas-servizz pubbliku u nies politiċi, kollha akkużati b'korruzzjoni wara li tul dawn l-aħħar tliet xhur saret sikwit talba biex fl-Għarabja Sawdita jinħoloq ambjent għal kummerċ iżjed trasparenti. Biex il-kummerċ isir iżjed trasparenti beda eżami ta' dak li baqa' minn għexieren ta' snin ta' korruzzjoni industrijali u għassa kontinwa fuq dawk li jitqiesu r-rivali tal- prinċep Mohammed. Tliet kunflitti. L-Għarabja Sawdita tinsab imdaħħla fi tliet konflitti reġjonali. Hemm l-Għarabja Sawdita ilha s-snin imdaħħla fi tliet konflitti ma' pajjiżi Għarab oħrajn. Ilha s-snin tmexxi koalizzjoni militari kontra r-ribelli fil-Jemen.Tinsab f 'konflitt mal-Qatar. U tinsab f 'konflitt mal-mexxej Libaniż Saad Hariri. Tliet konflitti li kollha jafu bħala prim aġent lill- prinċep tal-kuruna. Iżda fi ħdan l-Għarabja Sawdita qed isseħħ rivoluzzjoni li qed tiġbed is-simpatija ta' ħafna mill-poplu Sawdita. In-nisa qed jinfetħulhom il- bibien. In-nisa qed jinfetħulhom ħafna bibien. F'Ġunju li ġej in-nisa se jistgħu jsuqu mingħajr ma jkollhom xi ħadd jikkumpanjahom kif jinsabu bħalissa. L-ilbies tan-nisa ma għadux obbligatorju li kien sal- bieraħ mimli restrizzjonijiet. In-nisa jistgħu issa jidħlu fil-korpi militari u fis-servizz sigriet. Jistgħu jkunu preżenti fl-areni sportivi u fis-swali tal- films. In-nisa dehru preżenti għall-ewwel festival tal-Jazz li sar fil-pajjiż. L-attenzjoni tal-pubbliku, b'mod speċjali l-istudenti qed tinġibed għall- ewwel darba lejn l-imgħoddi tal-pajjiż meta l-art ma kienx jisimha Għarabja Sawdita u r-reliġjon tal-maġġoranza ma kinitx ir-reliġjon ta' Mohammed. Saħansitra saret wirja kbira dwar l-identità storika tal-poplu Sawdita li tmur lura lejn iż-żmenijiet pre- Musulmani. Mistoqsija Il-mistoqsija l-kbira qed tkun – dawn ir-riformi għandhom ċans jirnexxu u jibqgħu jgħoddu, anzi jibqgħu mexjin 'l quddiem? Jidher li hemm rabta bejn ir- riformi radikali li inbdew isiru u l-qagħda ekonomika. Kien hawn min diġà innota li f 'dawn l-aħħar 9 xhur il-prezzijiet ta' diversi bżonnijiet irduppjaw. Barra minn hekk, dawk il-mexxejja li nqalgħu minn posthom jew jisabu mixlija b'korruzzjoni, x'qed tkun jew x'għad tkun ir-reazzjoni tagħhom? L-Għarabja Sawdita għandha ħafna għedewwa, anke fost il-pajjiżi Għarab, b'mod partikulari l-Iran, li għandu d-dixxipli tiegħu l-Hezbollah u partiti oħrajn fil-Lvant Nofsani u naħiet oħra tad-dinja Għarbija... Fost l-aħbarijiet pessimisti dwar il-preżenza Nisranija fil- Lvant Nofsani jista' jkun li r-riħ tal-bidla jonfoħ favur l-Insara fl-Għarabja Sawdita?â Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Ħallastha t-taxxa jew!?! Isma, għadni nistenna xi ħadd igħidli jekk Adrian ħallas tax- taxxa. Tgħidulix li għadu ma ħallasx? Uffa xi dwejjaq dan x'ser jibqa' sejjer hekk, u la darba qed nitkellmu fuq Drian tistgħu tgħiduli għalfejn biddel fehmtu fuq tal-pensjonijiet għall-membri parlamentari. L-ewwel tgħid iva u mbagħad tgħid le. U le, le. Jien naħseb li Drian għandu problema kbira. Problema ta' min qed itih il-pariri. Ikolli ngħid li għadu ma ndunax li fid-dinja ma tistax titbandel qisek qasba fir-riħ. Isma' jekk ikollu bżonn xi parir jien apparti li ninbaħ, nigdem u naħra naf nagħti pariri. Stupru f 'Delimara Misshom jistħu s-sinjuri tal-Planning Authority li jħallu s-sur Aiken tal-billboards tal-Partit glorjuż Laburista jkollu lukanda f 'Delimara. Kieku Duminku Mintoff kien ħaj kien jirvinhom bl-għajjat. Misskom tistħu u missu jistħi Sandro Chetcuti dak l-ambaxxatur tal-kruha li mar l-PA juri kemm hu bravu. Dan għal li jista' jkun irid jagħti l-impressjoni li favur il-bilanċ. Missu jistħi. Missu jistħi s-sinjur tal-Aiken li wara li kerrah Malta bil- billboards tiegħu issa jrid iċaħħad lill-Maltin li jżuru l-bajja ta' Delimara bil-kruha ta' lukanda. Bħala poodle ħa nkunu fuqu is-sur Aiken, joqgħod attent għax fejn hu sewwa hu sewwa u fejn hu ħażin ħażin!! Love is in the air Isma', jien m'iniex kontra li jkun hemm statwa għal Defni. Anzi mxennaq nara min ser ikun l-iskultur biex ntih xi ftit ideat. Imma kelma ċkejna, parir ta' ħabib. Post l-monument mhux il-Belt. Il-belt il-kapitali tal-Maltin mhix ta' dawk li jridu jagħtu l-impressjoni li din kienet ikona għall-Maltin kollha. Jien nissuġerixxi li tkun flok il-monument LOVE f 'San Ġiljan jew inkella f 'Ġnien l-Indipendenza f 'Tas-Sliema. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Therese skont l-Atti ta' San Mattew Jekk taqra l-Bibbja u nemmen li hemm ħafna nies li ma jaqrawx il-Bibbja, naqraw li San Pietru caħad lil Kristu tliet darbiet. Issa mhux l-ewwel darba li xi ħadd jaħsel idejh minn xi ħaġa. Imma jkolli ngħid Therese Comodini Cachia qiegħda viċin San Pietru. Għax isma', din il- ġimgħa l-MaltaToday ġabet li ħuha l-kbir Frank kien ġie arrestat. Insomma dawn kellhom żball għax mhux ħuha l-kbir kien imma ħuha ż-żgħir. Insomma meta staqsewha għal kumment Comodini Cachia għamlet bħal San Pietru u ċaħdet lil ħuha. Ma' Malta u Għawdex kollu s-sriedaq ħarġu u bdew jgħajtu qishom imġienen. Meta l-MaltaToday indunat li għamlet żball u korreġiet li ma kienx Frank imma ż-żgħir Pierre, kulħadd kien qed jistenna li Therese toħroġ tiċħad lil ħuha ż-żgħir. Minflok Therese ħarġet facebook post u staqsiet biex il-MaltaToday tiddeċiedi min minn ħutha kien arrestat, imma din id- darba ċċarat li ħuha ż-żgħir ikollu s-sapport tagħha. Issa wara dan l-avveniment sfortunat Therese ġiet avviċinata minn bosta klabbijiet tad-drama biex tagħmel il-parti ta' San Pietru. Qalulha li ma kienx hemm bżonn ħafna rtokk għax kienet au natural. Issa biex inkunu fair, din Therese ma għandhiex teħel għad-dnubiet ta' ħaddieħor. U aħna ċerti li żgur ħaddieħor kien jaħsibha l-istess. U aħna ċerti minn dak li qed ngħidu għax kien l-oppost u minflok Therese kien hemm ejja ngħidu xi Ian Borg jew inkella xi Rosianne Cutajar, mur ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Għax kieku rebus hawn. Minn hawn lil Therese ngħidulha do not worry, kulħadd jaf kemm int serja anke wara li għamilt dik il-bravura ta' wara l-elezzjoni meta kont sejra lura l-Parlament tal-Ewropa għax spiċċa ma telax Simon. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018