Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921
Sports 31 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum Tajba ħafna wkoll nista' ngħid! Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Kont għamilt żmien nilgħab Sqallija mal-Virtus Ragusa imma dak iż-żmien kelli 14-il sena u ma kinux tawni skola fejn nistudja, u għalhekk kelli niġi lura. Illum il-ġurnata naħseb diffiċli biex immur barra minn Malta minħabba l-età u x-xogħol. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-court il-ġdid fil-Padiljun f 'Ta' Qali li fih tilagħbu f 'Malta, speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Bħala court, imqabbel mas-snin ta' qabel, morna 'l quddiem, imma naħseb għad jonqos ħafna xi jsir. Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Le, il-media hawn Malta ma tagħtix biżżejjed pubbliċità lill-basketball, imma mhux il-media biss. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball, kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili, jkun jista' jgħix esklussivament permezz tal- basketball? Naħseb li hawn Malta huwa diffiċli ħafna, għax aħna żgħar u l-media u r-reklamar huma ffukati fuq sport wieħed, li huwa l-futbol. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara l-aħħar staġun ta' suċċess li kellek ma' Hibernians? Nirringrazzja lill-familja tiegħi li tagħti kontribut kbir sabiex jien nibqa' nitħarreġ u nilgħab il-basketball. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali, u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jibnu karriera fil-basketball. Il-basketball huwa logħba sabiħa u tintlagħab bħala tim, jiġifieri tirbaħ u titlef bħala tim. Dan ifisser li minbarra li qiegħed iżżomm ruħek f 'saħħtek, qiegħed ukoll tagħmilha ma' ħafna individwi oħra, allura qiegħed tissoċjalizza ruħek u lil ħaddieħor. U dan kollu f 'ambjent nadif, sportiv u iġeniku.U x'hemm isbaħ minn dan?! Il-basketball huwa logħba għall-familja kollha u tieħu gost meta tara l-Court mimli b'dawn il-familji u t-tfal. Kellu bżonn din il-logħba jerġgħu jagħtuha imbottatura 'l quddiem, speċjalment fl-iskejjel primarji u sekondarji, ħalli terġa' tiffjorixxi u jkollna aktar timijiet fil-kampjonat, bħalma kien hawn fil-passat. żgħażagħ, stabbiliti u barranin BC Twieled l-15 ta'Mejju 1991 f 'Tal-Pietà. Huwa fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f 'dawn l-aħħar snin. Flimkien ma' oħrajn kien strumentali sabiex Hibernians BC rebħu titli maġġuri fosthom il-Kampjonat u n-Knock-Out matul l-istaġun li għadda. ANTON AXIAQ Ritratt: James Bianchi