Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 16 Opinjoni Il-mina bejn Malta u Għawdex: il-qerda finali t'Għawdex wara l-bieb N har l-Erbgħa festa pubblika. Hi wkoll id-data tal-għeluq għall-konsultazzjoni pubblika li qed tagħmel l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq it-termini ta' referenza għall-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) tal-mina proposta bejn Malta u Għawdex. Is-sit elettroniku tal-ERA jippreżenta żewġ dokumenti sabiex jassistu lil dawk li qed jipparteċipaw f 'din il- konsultazzjoni pubblika. Dawn id-dokumenti jispjegaw il- proposta u jidentifikaw numru ta' fatturi li jistgħu jkunu jeħtieġu investigazzjoni, u dan biex dawk li jieħdu d-deċiżjoni jkunu megħjuna jagħmlu l-"aħjar" għażla. F'dawn id-dokumenti hemm numru ta' nuqqasijiet li jistunaw u juru kemm Transport Malta tiġi taqa' u tqum mill-wirt ambjentali tagħna. Transport Malta tibbaża l-proposti tagħha fuq ir-rapport ta' Mott MacDonald, datat Marzu 2012 u intitolat: Preliminary Analysis: Assessment of Road Tunnel Options between Malta and Gozo. Wara li kkunsidrat erba' proposti differenti għall-mina kif imfisser fir-rapport ta' Mott MacDonald, Transport Malta ddeċidiet li tagħżel il-proposta numru 4 b'emenda: hi proposta li tkun tikkonsisti f 'mina waħda b'żewġ karreġjati u tibda mill- inħawi taħt Ta' Kenuna fin-Nadur Għawdex u tispiċċa fl-Imbordin biswit il-Wied tal-Pwales f 'San Pawl il-Baħar. Fid-dokumenti jgħidulna li l-ewwel tliet proposti kienu skartati għax setgħu jikkawżaw ħsara ambjentali sostanzjali f 'qiegħ il-baħar jew lir-riżerva naturali tal- Għadira. Imma la Transport Malta u l-anqas l-ERA ma ħassew il- ħtieġa li jgħidulna fid-dokumenti li ppubblikaw li meta ntgħażlet il-proposta numru 4 u ġġebbdet sal-Imbordin biswit il-Wied tal- Pwales din ġiet viċin wisq tar- riżerva naturali l-oħra, tas-Simar, u tgħaddi dritt mill-Miżieb, mal-pjan tal-ilma. Ir-riżerva naturali tas-Simar hi sit ikklassifikat bħala Natura 2000 tal-UE, u l-pjan tal-ilma tal-Miżieb hu l-uniku wieħed sura li fadlilna. Allura hemm il-possibbiltà kbira li din il-proposta għal mina tmur kontra żewġ direttivi importanti tal-Unjoni Ewropea: id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Abitat. Fl-2015 il-medja ta' movimenti ta' karozzi bejn Malta u Għawdex, kif jirriżulta mill-istatistika uffiċjali, hi ta' madwar 3000 kuljum. Id-diversi studji u rapporti ppubblikati sal-lum jikkalkulaw li l-mina, meta tkun lesta, tista' twassal sabiex in-numru ta' karozzi li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer jitla' bejn 9000 u 10,000 kuljum. Gordon Cordina minn Ecubed, fir-rapport tiegħu kkummissjonat minn Transport Malta u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, jindika li ser tintlaħaq iċ-ċifra ta' 9000 karozza kuljum, filwaqt li r-rapport Mott MacDonald jipponta lejn l-10,000 karozza kuljum. Din iż-żieda konsiderevoli fil- moviment ta' karozzi teħtieġ li tkun analizzata fil-kuntest tal- politika kurrenti dwar it-trasport. Il-master plan dwar it-trasport addottat mill-Gvern preżenti u ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali hu ċar. Dan il-pjan jgħid li matul l-għaxar snin li fih ser ikun effettiv (2016- 25), wieħed mill-oġġettivi ewlenin tal-politika tat-trasport f 'Malta hi enfasi fuq l-użu ta' mezzi alternattivi għall-karozzi privati u li fil-gżejjer Maltin jonqos l-użu tal-karozza privata. Mela Transport Malta, għan- nom tal-Gvern Malti fl-2016, tistabbilixxi politika dwar it- trasport biex tkun indirizzata l-konġestjoni tat-traffiku billi tinkoraġġixxi bdil fl-imġiba favur mobilità sostenibbli, u mbagħad toħroġ bi proposti bħal dawn tal-mina bejn Malta u Għawdex, li biex jagħmlu sens jirrikjedu żieda enormi fit-traffiku! Id-dokumenti fuq is-sit elettroniku tal-ERA għall- informazzjoni ta' dawk li jridu jipparteċipaw f 'din il- konsultazzjoni pubblika dwar il-mina bejn Malta u Għawdex jinjoraw kompletament il-politika dwar it-trasport. Din hi s-sitwazzjoni li għandna llum. Drajna b'awtorità tal-ippjanar sinkronizzata mal-lobby favur l-iżvilupp. Sfortunatament jidher li l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi miexja fuq l-istess passi. Il-jiem huma magħduda. Bla dubju dan se jwassal għall-qerda ta' Għawdex ukoll. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Kandidat rebbieħ Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Nixtiequ ninfurmaw lill-qarrejja tal-gazzetta ILLUM li Ivan Camilleri huwa kandidat għall-Ġurnalist tas-Sena. Camilleri rnexxielu jasal s'hawn fuq il-kriterji stabbiliti, magħrufin bħala kriterji obbligatorji, għal min irid jirbaħ premju daqstant prestiġjuż. Dawn huma elenkati hawn taħt: 1) Tkun kiesaħ 2) Tobgħod iktar milli tħobb 3) Meta titkellem tkun qisek għandek tuffieħa f 'ħalqek 4) Ma vvutajtx fl-2013 għax il-mara ma baqgħetx Brussell 5) Ma tiddejjaq xejn ikollok karrozza f 'ismek mingħajr liċenzja 6) Tkun ħu Alan Camilleri, persuna ħelwa iktar minnu 7) Tħobb tgħajjar 'il-kollegi tat-Times bitch! 8) Meta tgħodd in-numru ta' ħbieb dan dejjem jibqa żero 9) Tkun l-editur veru tat-Times 10) Tkun iċ-ċermen tal-bord tad-diretturi tat-Times 11) L-iktar frażi li tobżoq minn ħalqek tkun "Għala ż**bi." 12) Meta ssiefer tħobb tuża l-Virtu Ferries 13) Meta ma tibqax tuża kunserva tal-Magro Brothers 14) Meta ma tgħirx. Tobgħod biss 15) Meta tikteb storja tiġi stmat talli int… 16) Meta ma tkunx se tivvota fl-elezzjoni li jmiss Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle CARMEL CACOPARDO Tifkiriet tal-ġimgħa 1) Aaron Farrugia, għax ma sibtx xi ngħid fuqu. 2) Robert Abela, għax wara li kien ser jegħreq fuq id-dgħajsa tiegħu barra minn Sqallija ddeċieda li dan huwa messaġġ ċar minn Alla li ma għandux joħroġ għal mexxej tal-Partit Laburista. 3) Nicky de Fremeaux, li fetħet qalbha ma kulħadd biex turina kemm huma krudili n-Nazzjonalisti vera u li indunat li forsi aħjar issir Lejburista. 4) Lil Lou Bondi, li qed nimmissjah u ilni biex niltaqa' miegħu, imma jaħasra tant għandu konsulenzi taħt il-Labour li, miskin, ma waqafx jimpala l-liri. 5) Lil Claudio Grech li jistenna l-mument opportun biex jieħu over Adrian. 6) U qabel tal-aħħar, f 'Manuel Delia, li ddeċieda jibda dieta biex meta jarawh in-nies ma jiħdux idea ħażina tiegħu u jagħrfu fih it-tajjeb u mhux il-ħażin. 7) U fl-aħħar Manuel Delia, li qal lil kulħadd li hu wara Claudio biss, u li kull min sema' hekk tah il-parir li jagħlaq ħalqu u jistaħba. Għax bħalma jgħid il-Malti, ħu l-fama u mur orqod! Arriva, Arriva!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018