Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum Sena mill-aqwa għall-Malta Self- Defence Academy ISSENA 2018 kienet waħda li ġabet ħafna riżultati pożittivi għall- Malta Self-Defence Academy, skola tal-arti marzjali li tispeċjalizza fil-klassijiet ta' Mon Lung Dragon Kung-fu u Self-Defence. Aktar kmieni din is-sena din l-Akkademja rnexxielha tgħaddi b'suċċess minn proċess rigoruż ta' reġistrazzjoni li permezz tiegħu ngħaqdet mal-Federazzjoni Tradizzjonali Dinjija tal- Kung Fu. Issa l-Malta Self-Defence Academy hija membru attiv fil-fergħa Ewropea ta' din il-federazzjoni, European Kung fu Federation. Dan jagħti opportunità lill-membri f 'din l-akkademja biex jipparteċipaw f 'numru ta' avvenimenti tal-arti marzjali li jsiru matul is-sena. Lokalment, f 'Marzu, l-Akkademja rnexxielha wkoll tiġi aċċettata bħala membru ma' SportMalta. Dan ukoll kien mument kburi għall- klabb u l-membri kollha tiegħu fejn issa hemm rikonoxximent uffiċjali tal-Mon Lung Kung-fu fil- komunità sportiva lokali . Ix-xahar li għadda, numru ta' studenti pparteċipaw fl-eżamijiet ta' gradwazzjoni f 'din l-akkademja li saru ġewwa Fleur-De-Lys. Dawn l-eżamijiet saru taħt il- gwida ta' Sifu Mark Spiteri, fejn l-istudenti kellhom l-opportunità li juru serje ta' tekniċi differenti li jvarjaw minn numru ta' blocks , strikes bl- idejn u kicks. L-istudenti wrew ukoll sensiela ta' movimenti koreografiċi msejħa 'taolu' kif ukoll firxa ta' applikazzjonijiet realistiċi bħala difiża kontra numru ta' avversarji. Dawn inkludew difiżi kontra kicks, holds u attakki b'armi. Wara l-eżamijiet tal- gradwazzjoni, l-istudenti li għaddew b'suċċess ġew ippreżentati biċ- ċertifikat tal-gradwazzjoni u s-sashes tagħhom waqt ċerimonja ta' premjazzjoni. Sifu Mark kellu kliem ta' tifħir għall-istudenti kollha u rringrazzja lil kulħadd għad-dedikazzjoni u x-xogħol iebes tagħhom matul is-sena. L-istudenti li kellhom suċċess fl-eżami tagħhom huma: Yellow sash: Jonathan Borg, Samantha Camilleri, Julia Laine, Hugo Borg Plotnikov, Jean Borg Plotnikov, Shayenne Bonello, Shayenne Bonnici, Lara Laudi, Mauro Montebello. Orange sash: Jaden Spiteri, Evan Gauci, Kyle Tabone-Betts, Dominic Camilleri, Lara Tabone- Jacono. Green sash: Nicole Spiteri, Liam Fenech Purple sash: Noel Galea, Yanik Galea. Il-Malta Self-Defence Academy qiegħda tistieden persuni li huma interessati jibdew jipprattikaw fi ħdanha biex jikkuntattjawha mill-aktar fis għal iktar informazzjoni. Il- lezzjonijet huma miftuħa għal nies ta' kull età (tfal u adulti). Dan jista' jsir jew permezz tal- email fuq l-indirizz elettroniku, info@ maltaselfdefenceacademy. com inkella bit-telefown fuq in-numru ċellulari 99841134. Wieħed jista' jżur ukoll il-paġna fuq Facebook għal aktar informazzjoni: www.facebook.com/ selfdefencemalta. Charles Camilleri eċċellenti fir-Russja FILJIEM li għaddew, is-sewwieq Malti Charles Camilleri kien qed jikkompeti fil-Korsa ta' Moska r-Russja hekk kif saret it-tieni tappa tal- Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Is-sitt sewwieqa parteċipanti apparti l-Malti kienu mir- Russja, is-Serbja, Franza, l-Italja u l-Alġerija. B'żiemel tajjeb, iżda skont it-trainer tiegħu numru ħażin, Camilleri rnexxielu jieħu tluq mill- aqwa fejn mar fuq quddiem u kkontrolla mill-bidu sal-aħħar tul id-distanza ta' 1600m sabiex ħareġ rebbieħ biż-żiemel RAP. Sagħtejn wara s-sitt ġerrejja reġgħu saqu. Iż-żwiemel kienu l-istess iżda kull sewwieq bidel iż-żiemel, fejn min kellu n-numru 1 jieħu n-numru 6, biex fisser li Charles Camilleri issa kellu jitlaq bin-numru 1 u ż-żiemel Caspian Sin. Sfortunatament Camilleri seta' biss jispiċċa fil-5 post bħalma kien għamel fl-ewwel heat it-Taljan Francesco La Rosa, li inċidentalment ħareġ rebbieħ ukoll biż-żiemel li saq Charlie aktar kmieni. Dan fisser li bħalma ġara fl-ewwel tappa, Malta u l-Italja akkwistaw l-istess ammont ta' punti sabiex flimkien rebħu t-tieni tappa. Charles Camilleri ġie ddikjarat u premjat bħala l-aqwa ġerrej tat-tieni tappa peress li fir-rebħa rreġistra ħin aħjar mit-Taljan Francesco La Rosa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018