Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 L -attakk fuq Joseph Muscat, familtu u l-Gvern bl-akkuża ta' Egrant ma kien xejn għajr komplott qarrieqi u kriminali. Filwaqt li r-riżultat tal-inkjesta kompla juri s-serjetà u l-għaqal tal- Prim Ministru, mhux l-istess jista' jingħad għal Adrian Delia, is-suppost Kap tal-Partit Nazzjonalista. Wara l-bużullotti li rajna fi ħdan il-PN f 'dawn l-aħħar ġimgħat, ħareġ biċ-ċar li Adrian Delia huwa kap bla sinsla. Ninsab ċert li kull persuna ta' rieda tajba trid tkun taf min kien imdaħħal f 'dan il-komplott premeditat u fl-akbar gidba politika Maltija. Kienet Daphne Caruana Galizia li xandret il-qlajja', biex issa nafu li provi u evidenza ma kellha xejn u bniet storja fuq gidba. Kellna lil Pierre Portelli, l-id il-leminija ta' Delia, li għadda d-dokument falz lill-Maġistrat. Min kien li tahulu? Ma ninsewx ukoll lill- MEPs Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola li ħadmu kemm felħu fl- Istituzzjonijiet Ewropej biex iħammġu isem Malta bl- iskuża tal-Egrant u s-saltna tad-dritt. U xi ngħidu dwar Maria Efimova, li l-ewwel wieħed Casa għamel minn kollox biex jiddefendiha u riedu jbellgħuhielna li hija whistleblower? Illum nafu li Efimova qatt ma kellha dokumenti f 'idejha, u nafu wkoll li biddlet il- verżjoni tax-xhieda tagħha ripetutament u li l-verżjoni tagħha u ta' Caruana Galizia ma qablux f 'diversi istanti. Kellna diversi sezzjonijiet tal-midja "indipendenti" u persuni oħrajn li ħadmu qatigħ biex jitfgħu pressjoni fuq il-Prim Ministru u l-Gvern. Kellna wkoll lill-familja Caruana Galizia li baqgħet iżżomm mistura l-laptops ta' Daphne wara li nqatlet meta dawn setgħu jitfgħu dawl fuq kif żviluppa dan il-komplott malizzjuż. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas kellna lil Simon Busuttil, il-perċimes ta' dan il-logħob maħmuġ, li kien lest jirkeb fuq gidba u komplott politiku bħal dan. Għal ġieħna, dan ipinġi lilu nnifsu bħala l-paladin tas-saltna tad-dritt u li jrid jiġġieled il-korruzzjoni. Il-fatti juru xorta oħra... Busuttil mhu xejn ħlief politiku fallut u ddisprat. Busuttil bil-fatti ried imexxi 'l quddiem vendikazzjoni personali kontra Joseph Muscat. Għad irridu nisimgħu ħafna dwar dan il-komplott u min kien hemm warajh. Dawk li kienu jqisu rwieħhom bħala l-paladini tal-ġustizzja u tas- saltna tad-dritt ngħidilhom li l-liġi tgħodd għal kulħadd, anke għalihom. Iż-żejt għad jitla' f 'wiċċ l-ilma, kif diġà beda jitla'. Il-bomba ta' Egrant tal-inqas serviet biex inkixfu l-kuluri veri ta' Simon Busuttil u l-istat tal-biki li jinsab fih il-PN. Delia talab lil Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-Partit. Fil-fehma tiegħi, ġaladarba Busuttil m'għandux l-iċken sens ta' diċenza u ma warrabx minn jeddu, din it-talba kienet waħda raġonevoli u loġika. Din kienet opportunità tad-deheb għal Delia biex juri li beda jħaddem "il-mod ġdid" li tant ftaħar bih waqt il-kampanja għall-elezzjoni għal Kap tal-PN. Iżda minflok, din is-sitwazzjoni kixfet il- kapaċitajiet ta' Delia bħala mexxej, jew aħjar, in-nuqqas tagħhom. Filwaqt li Delia għamilha ċara li xejn ma kien ser iġiegħlu jmur lura mid- deċiżjoni li ħa, Busuttil kien qed jikkonfoffa mal-klikka biex itajjar lil Delia minn postu, u Delia ħallieh jirkbu. Il-PN sar Partit tat-tribujiet u l-klikek. F'din it-taqtigħa ħarxa ħareġ biċ-ċar li l-klikka ta' Busuttil għandha kilba kbira għall-poter u li hija b'saħħitha aktar mill-Kap elett demokratikament u mill-Partit innifsu. Fuq kollox ħareġ biċ-ċar li wara kważi sena fit-tmun, Delia għadu ma rnexxilux jgħaqqad il-PN, anzi pjuttost kompla jgħarrqu bil-firda li ġab miegħu. Delia ma rnexxilux jikkontrolla l-merħla tiegħu u kellu jċedi għal Busuttil. Delia naqas kemm lill-PN u lill-membri li eleġġewh, iżda naqas ferm aktar lill-pajjiż li jixraqlu oppożizzjoni serja, b'saħħitha u magħquda. Bid- dgħufija tiegħu, Delia issa sar kompliċi ma' Busuttil għax baxxa rasu għall-politika maħmuġa tiegħu. Illum għandna l-akbar konferma li fil-PN ma nbidel xejn. L-establishment għadu jirrenja. Hija ħasra li l-PN għadu ma sabx saqajh wara l-elezzjoni tal-2013. Ħasra kbira li wara ħames snin il-pajjiż għadu b'oppożizzjoni dgħajfa u mfarrka. Jekk xi ħadd kien qed jittama li Delia huwa kontra t-tfigħ ta' tajn u l-komplotti, u favur politika ta' diskussjoni u ideat, illum ħa r-risposta. Ma kienx kapaċi jiffaċċja l-bużullotti ta' Busuttil u jikkontrolla l-grupp Parlamentari tiegħu, aħseb u ara kemm qatt jista' jmexxi u jżomm pajjiż magħqud. Kif jista' qatt il-poplu jafda partit maqsum, b'kap bla sinsla u b'politiċi falluti, iddisprati u foloz? Dawn in- nies mhux veru huma favur il-ġustizzja u s-saltna tad- dritt u kontra l-korruzzjoni. Il-komplotti u l-bużullotti li ħarġu fil-beraħ se jibqgħu jfakkruna li dawn in-nies mhux posthom fit-tmexxija tal-pajjiż. Delia wera li mhux mexxej, mhux bniedem ta' kelma u mhux ta' min jafdah. Il-Partit Laburista huwa l-unika partit li qiegħed u ser ikompli jaħdem għalik u għal Malta. 18 Opinjoni Komplotti u bużullotti ALEX SALIBA Bid-dgħufija tiegħu, Delia issa sar kompliċi ma' Busuttil għax baxxa rasu għall-politika maħmuġa tiegħu. Illum għandna l-akbar konferma li fil-PN ma nbidel xejn. L-establishment għadu jirrenja. Busuttil mhu xejn ħlief politiku fallut u ddisprat. Busuttil bil-fatti ried imexxi 'l quddiem vendikazzjoni personali kontra Joseph Muscat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018