Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 ILĠIMGĦA li għaddiet, permezz ta' servizz tal- aħbarijiet fuq ix-xandir nazzjonali, kien indikat li l-Gvern qiegħed jaħseb bis-serjetà fuq proġett ta' trasport li jkun, jew parti minnu jkun, taħt l-art. Trasport taħt l-art (underground) mhux xi invenzjoni ġdida, b'diversi bliet madwarna jħaddmu din is-sistema. Dik ta' Londra, li tinkludi kemm underground imma wkoll overground (ferrovija fuq l-art) hija fost l-aktar sistemi antiki, tant li ilha għaddejja s-snin. Fil-fatt, l-Underground ta' Londra ilu għaddej 155 sena, tant li huwa fost l-ewwel tat-tip tiegħu fid-dinja. Illum, kull min mar Londra jaf sew illi l-belt għandha labirint sħiħ taħtha li jifforma sistema ta' ferroviji li jeħduk minn post għall-ieħor. Il-Victoria Line u l-Jubilee Line huma fost l-itwal, imma d-District Line għandha l-akbar ammont ta' waqfiet: 60 b'kollox. Minkejja l-popolarità kbira tas-sistema, l-underground mhuwiex irħis. Il-prezz sabiex tivvjaġġa fiż-żoni ċentrali wieħed, tnejn u tlieta ta' Londra huwa ta' madwar €45 fil-ġimgħa. Issa f 'Malta reġgħet qamet il-possibilità li jkollna trasport taħt l-art. Fid-dawl ta' dan il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dak li nafu s'issa dwar proġett bħal dan, mill-proposta tal-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u dak li wieħed jista' jara madwarna għall-fatti li ħarġu minn pajjiżi oħrajn dwar proġett bħal dan. Il-PN kien ippropona sistema b'erba' linji X'kien ippropona l-PN qabel l-aħħar elezzjoni? Fl-aħħar kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista għamel l-aktar proposta komprensiva li s'issa għandna lokalment. L-ILLUM tat ħarsa lejn id-dokument 'A Light Rail Metro for Malta' li kienet ħadmet fuqu Marthese Portelli. Din il-proposta hija li Malta jkollha ferrovija li tkun taħdem kemm fuq imma wkoll taħt l-art, skont il-bżonn u l-post. Il-PN kien ippropona li s-sistema tkun maqsuma f 'erba' linji. L-ewwel linja tibda mill-Belt u tispiċċa hemm, tmur l-Imsida, Tas- Sliema u tispiċċa, jew inkella tibda, San Ġiljan. Din ir-rotta tkun twila 14-il KM u skont il-proposta tiswa l-inqas, bi prezz ta' €425 miljun. It-tieni linja terġa' tibda jew tispiċċa l-Belt Valletta, u tmur Birkirkara, Ta' Qali, il- Mosta u tispiċċa n-Naxxar. Hija twila 26km u tiswa €625 miljun. It-tielet linja hija dik tan- Nofsinhar tal-pajjiż. Terġa' tibda, jew tispiċċa, mill- Belt Valletta, tmur Raħal Ġdid, l-Ajruport, il-Fgura, il-Kottonera, Ħaż Żabbar u Marsaskala. Din tkun twila 25km u tiġi tiswa €595 miljun. Għawdex jingħaqad ma' Malta L-aktar proposta interessanti li kien għamel il-Partit Nazzjonalista kienet dik għall-aħħar linja, dik numru 4, u li tieħu lin-nies lejn it-Tramuntana tal-pajjiż. Hija interessanti għaliex tgħaqqad is-sistema f 'Malta ma' dik ta' Għawdex, kuntrarjament għal dak li qed ikun propost bħalissa permezz ta' mina li tibda minn Għawdex u tispiċċa fil-limiti tax-Xemxija. Din tibda (jew tispiċċa) f 'San Ġiljan u tmur iċ- Ċirkewwa, l-Imġarr (Għawdex) u r-Rabat (Għawdex). Apparti li hija interessanti, din il-linja hija wkoll l-aktar waħda li tiswa flus, bil- proposta tgħid illi l-prezz, mingħajr il-mina taħt il-baħar, jitla' għal €700 miljun. Bit-€300 miljun li tiġi tiswa mina taħt il-baħar, din il-linja waħedha tiġi tiswa mal-biljun. X'għandu jieħu l-Gvern, minn dawn il-proposti Naturalment, il-Gvern jaf jerġa' jirrevedi l-lokalitajiet li minnhom jibdew, jispiċċaw u jgħaddu l-ferroviji, jekk jiddeċiedi li jmexxi fuq il-proġett. Bla dubju, iktar kemm iżid, il-proġett iktar se jiġi jiswa flus. Il-proposta tal-PN hija nieqsa mid-dettalji ta' fejn se jkunu qed jieqfu l-ferroviji, u allura f 'liema lokalitajiet il-passiġġieri jistgħu jieqfu u jitilgħu. Jiġifieri jekk il-Gvern jiddeċiedi li jimxi mal-proposta tal-PN, ikollu jara kif se jindirizza lokalitajiet bħal Buġibba u l-Qawra, li minnhom ikun hemm domanda qawwija ħafna ta' passiġġieri. L-ispiża totali prevista mill-PN lanqas ma tinkludi l-infrastruttura li trid issir madwar, jew viċin, id-dħul/ ħruġ tal-underground, sabiex min ikun irid imur fid-destinazzjoni jaqbad tal- linja mill-viċin. Pereżempju, jekk l-underground jieqaf ħdejn il-kumplessi u ħwienet li hemm ħdejn il-Mosta Technopark, il-passiġġieri li jgħixu n-Naxxar, il-Mosta, Ħal Lija, Ħal Balzan u fiż-żoni tal- madwar, ikun jeħtiġilhom jaqbdu tal-linja sabiex jaslu sad-destinazzjoni finali. Dan ikun jirrikjedi bini ta' vened ġodda eqreb id-dħul jew il-ħruġ tal-istazzjon tal- underground. Imma dawn il-flus kollha minn fejn se nġibuhom? Il-proposta ta' trasport PN, mingħajr it-€300 miljun tal-mina bejn il-gżejjer, tammonta għal €2.3 biljun. €2.3 biljun huma ħafna u ħafna flus, kważi 10% mill-ġid kollu li jinħoloq fil-pajjiż. Il-PN qiegħed jgħid li l-Gvern għandu jfittex fondi Ewropej permezz tal-politika tal-koeżjoni (2014-2020), u mekkaniżmu ta' fondi TEN-T. Apparti minn hekk jipproponu wkoll private public partnership. X'qegħdin jgħidu li huma l-benefiċċji? 1) L-ewwel nett meta tivvjaġġa ma teħel qatt fit- traffiku u tasal ħafna iktar malajr. Probabbilment f '20 minuta tkun qsamt il-pajjiż, mingħajr wisq inkwiet. 2) Ir-rapport tal-PN jgħid illi iktar kemm jibda jintuża dan il-mezz ta' trasport, aktar jonqsu karozzi, u naturalment it-traffiku fit-toroq tagħna. Apparti t-traffiku, il-PN ifakkar illi inqas karozzi fit-toroq ifisser inqas ħmieġ tal-arja. 3) Mezz ta' trasport bħal dan, jgħid ir-rapport, ifisser li jkun hemm interazzjoni akbar fost il-passiġġieri u ċans akbar ta' inklużjoni soċjali. U finalment 4) il-PN fakkar illi proġett bħal dan jista' jsalva aktar art milli tiġi ssagrifikata għat-twessigħ tat-toroq minħabba aktar karozzi. U x'ġara madwarna? Analiżi tad-dejta tat- traffiku turi li proġetti ta' metrò fil-bliet Indjani ta' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-metròà à lura fuq l-aġenda ... Pereżempju, jekk l-underground jieqaf ħdejn il-kumplessi u ħwienet li hemm ħdejn il-Mosta Technopark, il-passiġġieri li jgħixu n-Naxxar, il-Mosta, Ħal Lija, Ħal Balzan u fi ż-żoni tal-madwar, ikun jeħtiġilhom jaqbdu tal-linja sabiex jaslu sad-destinazzjoni fi nali. F'Londra ilha topera 155 sena, f 'Malta għadna qed niddiskutuha. Imma xi ppropona l-PN is-sena l-oħra dwar metrò f 'Malta? U kemm se tiswiena? U f 'pajjiżi oħrajn vera naqqset it-traffi ku? L-ILLUM tirriċerka...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018