Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum SPORTSillum Tottenham Hotspur jibdew b'rebħa barra minn darhom kontra Newcastle United TOTTENHAM Hotspur bdew l-istaġun 2018/19 fuq nota pożittiva meta għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jan Verthongen u Dele Alli. Min-naħa l-oħra, Joselu, kien ġab id-draw momentarju għall-Magpies fil-11-il minuta. Cheslsea barra minn darhom għelbu lil Huddersfield Town bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn N'Golo Kante, Pedro Rodriguez u minn Jorginho permezz ta' penalty. Watford ġewwa darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion bl-iskor ta' 2-0 biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Roberto Pereyra. Crystal Palace barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Fulham bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Jeffrey Schlupp u Wilfried Zaha. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn AFC Bournemouth u Cardiff City b'tal-ewwel ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Ryan Fraser u Callum Wilson, b'dan tal-aħħar ifalli wkoll penalty fl-34 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 11 ta' Awwissu Newcastle United vs Tottenham H. 1-2 AFC Bournemouth vs Cardiff City 2-0 Fulham vs Crystal Palace 0-2 Huddersfield Town vs Chelsea 0-3 Watford vs Brighton & H.Albion 2-0 FIXTURES Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 14:30 Liverpool vs West Ham United 14:30 Southampton vs Burnley 17:00 Arsenal vs Manchester City Dele Alli jifraħ ma' Harry Kane wara li skorja l-gowl tar-rebħa għal Tottenham Hotspur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018