Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum imma x'ġara f 'pajjiżi oħrajn? Hyderbad u Bengaluru naqqsu t-traffiku b'mod sinifikanti. F'Dubaj, skont studji minn kumpanija internazzjonali bbażata Dubaj: l-Aurecon, linja li se tgħaqqad l-Emirat ta' Sharajah mal-Green Line mistennija tnaqqas it-traffiku b'aktar minn 30%. L-istudju qiegħed jgħid illi 30% ta' dawk li jużaw it- trasport pubbliku u karozzi jbiddlu l-mod li bih imorru minn post għall-ieħor, u għalhekk jibdew jużaw dan il-metrò ppjanat, li se jkun twil mas-7.3km. Fil-Belt ta' Riyadh għaddej proġett kbir ta' sistema ta' metrò. L-istess il-linja Colaba- Bandra, fl-Indja wkoll, hija ppjanata li se tnaqqas it-traffiku b'35% ġaladarba tibda topera. F'Hanoi, il-Vietnam, minħabba numru qawwi ta' muturi u żieda ta' karozzi, anki jekk kien hemm tnaqqis drastiku ta' roti, il-Gvern qed jippjana li sal-2030 ikun hemm sitt linji ġodda ta' underground, bil-pjan ikun li l-perċentwal ta' Vjetnamiżi li jużaw it-trasport pubbliku jiżdied minn 9% għal aktar minn 60%. Il-belt Vjetnamiża ta' Hoi Chi Minh ukoll qed tippjana underground, bl-ewwel fażi tiftaħ fl-2020. Studju mill-Università ta' Utah fl-Istati Uniti juri illi l-estensjoni ta' Light Rail, kif propost fil-programm elettorali tal-PN, tnaqqas it- traffiku ġewwa l-Belt ta' Salt Lake b'21%. Imma kulħadd pożittiv dwar il-Light Rail Metro? Le. Studju ippubblikat fil-Ġurnal għall-Ġeografija tat-Trasport jissuġġerixxi illi l-erba' sistemi li nbnew madwar l-Ingilterra matul id-90ijiet u l-2000ijiet ma kellhom ebda effett fuq it-traffiku tal-karozzi. L-istudju juri illi ħafna min-nies li kienu qed jaqbdu l-Light Rail, kienu xorta waħda jaqbdu tal-linja minflok, u mhux karozza. Fi kliem ieħor, din m'attiratx passiġġieri ġodda. Fil-fatt, ċerti żoni, jgħid l-istudju, raw l-ammont ta' nies li jużaw tal-linja jonqos ħafna, għax kienu qed jużaw il- Light Rail. Shin Lee u Martyn Senior, li fasslu dan l-istudju, waslu għal din il-konklużjoni: "Iż-żieda fin-nies li jużaw il-ferrovija ġiet l-aktar minn tal-linja u l-evidenza illi turi illi Light Rail tnaqqas il-karozzi hija inqas ċara. Dan huwa sinifikanti meta l-investiment f 'Light Rail huwa ġġustifikat permezz tal-abbiltà preżunta illi din kapaċi ġġib bidla minħabba li tattira numru sostanzjali ta' persuni li jsuqu l-karozzi." Brad Plumer, fuq il- Washington Post ('Do light-rail systems help cut down on traffic? Perhaps not') ifakkar kif minkejja s-suċċessi fl-Iżvezja, is- sistema ta' Light Rail ma tistax taħdem tajjeb jekk tittieħed f 'iżolament. Fi kliem ieħor, fil-każ ta' Malta, irid ikollok tal-linja li qed jaħdmu b'mod effiċjenti, u kkordinati mas- sistema tal-ferrovija wkoll, għaliex inkella l-kunċett kollu ma jaħdimx. L-ambjent: tajjeb jew ħażin? Din il-gazzetta tat ħarsa lejn studju mill- kumpanija Siemens dwar l-impatt ta' Light Rail fil-belt ta' Turku, fl-Iżvezja. Ir-rapport jgħid li l-akbar benefiċċju huwa li din il-vettura, meta mħaddma bl-elettriku, ma tħammiġx l-arja daqstant, allura dan iwassal għal tnaqqis fl-emmissjonijiet tad- dijossidju tal-karbonju, u dan minħabba li Light Rail ma jitfax ossidju tan-nitroġenu, u lanqas duħħan bħalma jipproduċu l-karozzi. L-istudju jispeċifika illi bl-użu ta' din it-tip ta' vettura, din il-belt tista' tesperjenza tnaqqis ta' 11% fl-emmissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju minħabba inqas sewqan tal- karozzi. Jikkonferma iżda illi ħafna mill-passiġġieri tal- Light Rail fil-fatt huma dawk li (kienu) jużaw tal-linja. Fil- fatt, dan il-perċentwal jitla' għal 85%. Huma 10% dawk li kienu jużaw karozza u 5% li kienu jużaw mutur. L-istudju jidħol ukoll fl-effett li proġett bħal dan jista' jkollu fuq l-ambjent mibni minn fejn tgħaddi l-ferrovija. Naturalment, il- proġett minnu nnifsu joħloq ammont kbir ta' skart tal- kostruzzjoni, u jkun hemm bżonn li jinbnew/jintużaw żoni 'l barra mill-urban. Dan sabiex 1) issir l-istruttura minn fejn tgħaddi l-ferrovija jekk issir barra, u 2) sabiex jinbnew vened barra mid-dħul/ħruġ tal-istazzjon taħt l-art minn fejn persuna tkun tista' taqbad tal-linja. F'Dubaj, skont studji minn kumpanija internazzjonali bbażata Dubaj: l-Aurecon, linja li se tgħaqqad l-Emirat ta' Sharajah mal-Green Line mistennija tnaqqas it- traffi ku b'aktar minn 30%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018