Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum Mill-agħar sal-aqwa żmien (1) l-għaqdiet u unions li kienu favur sħubija ta' Malta mal-Unjoni Ewropea u 'Partnership l-aqwa għażla' għall-Partit Laburista, appoġġjat fil-pożizzjoni mill-General Workers Union. Il-Partit Laburista tilef bil- qawwi dan ir-referendum. Fil-fatt tilfu bl-akbar distakk politiku sa dakinhar. Il- kamp tal-'Iva', allura l-PN, kien ġab 19,466 vot aktar mill-kamp tal-'Le', dak iż-żmien il-Malta Labour Party. Għalkemm it-telfa kienet kbira, Sant kien fakkar illi l-għajta tal-MLP kienet li l-Laburisti ma jivvutawx, iħassru l-vot jew inkella jivvutaw Le, allura kien qal li l-kamp tal-'Le' kien rebaħ. Il-mod kif ġie interpretat dan ir-riżultat kien wieħed illi qajjem ħafna diskussjoni, hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet tal-'Iva' baqgħu għaddejjin sa filgħodu. Għal ħafna Laburisti dan kien mument ħażin ieħor, xi ftit imħawwad. Bejn riedu jimxu mal-Partit u bejn ħassew illi fil-verità l-'Iva' kien rebaħ. L-għada kellna dik il- famuża konferenza tal- aħbarijiet. Fiha Sant kien ħareġ il-vot u wera kif hu ma vvotax. Minn hemmhekk bdiet kampanja elettorali oħra msejħa mill-PM Eddie Fenech Adami, wara li Sant kien qabel illi elezzjoni biss tista' tiddeċiedi jekk Malta għandhiex issir membru tal-UE. L-elezzjoni saret u l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ b'distakk ta' 12,000 vot. Ħafna jinsistu illi Sant kien ikollu ċans imur aħjar elettoralment kieku aċċetta r-riżultat tar-referendum, għaliex l-elezzjoni ġenerali kienet tkun miġġielda wkoll fuq kwistjonijiet domestiċi, kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi. Uħud li jsegwu l-politika jaraw id-dikjarazzjoni ta' Sant li l-Partnership rebaħ bħala l-akbar żball tal-MLP dak iż-żmien, xi ħaġa li aċċertat telfa laburista oħra, it-tielet jekk tgħodd ir-referendum. Riżenja li kellha ssir, imma li ma saritx Wara din it-telfa, mill- ewwel bdiet it-tiġrija, mhux uffiċjali, għat-tmexxija tal- MLP. L-ewwel li kien wera interess kien John Attard Montalto. Alfred Sant kien diġà ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jispiċċa mill-kariga, aħbar li kienet infirxet mal- pajjiż kollu, anke fost dawk l-eluf ta' Nazzjonalisti li kienu ħarġu jiċċelebraw. Sakemm mingħajr wisq mistenni, saret id- dimostrazzjoni tal-1 ta' Mejju, illi fiha kienu ħafna dawk li rħewlha lejn Pjazza Ħelsien fejn talbu lil Alfred Sant jibqa' jmexxi lill-Partit Laburista. U hekk għamel! Sant baqa' jmexxi l-MLP minkejja kull stennija l-kontra. Kien hemm min qal li din id-deċiżjoni kienet dik li ddeterminat ir-riżultat tal- elezzjoni ta' wara. F'dawn il-ħames snin, l-ewwel snin ta' Gonzi bħala Prim Ministru, ir-riħ beda jidher li ħa jibda jonfoħ fil- qala' għall-Partit Laburista. In-nies bdew jiddejqu min- Nazzjonalisti fil-Gvern. Mill-2003 sal-2008 ma kienx baqa' dik il-kwistjoni partikolari illi kienet qed tiġbed eluf ta' votanti flimkien, fil-fatt il-kolla li twaħħal tant nies flimkien bdiet iddub minn wara l-elezzjoni tal-2008. Fl-2004 il-Partit Laburista rnexxielu jagħmel dak li ftit ħasbu li jista', u għalkemm mhux b'maġġoranza assoluta ġab l-akbar numru ta' voti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. L-MLP rebaħ bi 48.4%, waqt li l-PN ġab 39.7%, jew inkella ftit iktar minn 20,000 vot inqas mill-MLP. Madanakollu dan jista' jkun spjegat l-aħjar mill-fatt illi l-Alternattiva Demokratika kienet kisbet ftit inqas minn 10% tal-voti, b'Arnold Cassola jikseb 22,938 vot. Għaldaqstant dan kien jidher illi se jkun il-mument li l-Labour jibda verament jieħu r-ruħ. Fil-fatt, il- Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali tal-2004 stess, tal-2005 (53%), tal-2006 (53.9%) u tal-2007 (53%). Dawn kollha kienu qegħdin jimmarkaw għal rebħa mill- ġdid tal-Partit Laburista. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 kien hemm is- sensazzjoni illi l-Partit Laburista kien riesaq lejn rebħa, grazzi għal biżżejjed persuni Nazzjonalisti li ma jivvotawx. Kienet l-akbar dehxa għall-Partit Laburista li wara sigħat ta' stennija u għadd ta' voti f 'Ta Qali, tħabbar ir-riżultat li ssiġilla d-destin tal-Partit Laburista għal 15-il sena fl-oppożizzjoni. F'dawn l-aħħar 20 sena dan kien it-tieni l-agħar mument għal ħafna Laburisti. Kienet definittivament telfa kerha u kattiva għal-Laburisti, għax kienet ir-raba' telfa, telfa li ġiet wara riżultati fuq livelli lokali u Ewropej li kienu qed juru stampa differenti, u kienet bl-iżgħar distakk fl-istorja b'siegħa żieda fil- ħin tal-votazzjoni. Lawrence Gonzi ħa l-ġurament ta' Prim Ministru u Sant irreżenja minn Mexxej Laburista. Saret elezzjoni fl-MLP xi ftit miġġielda sew bejn Michael Falzon, George Abela u Joseph Muscat, u rebaħ Muscat. U minn hemm bdiet it-telgħa definittiva tal-Labour... (Ikompli fil-gazzetta ILLUM tal-ġimgħa d-dieħla.) L-arma tat-torċa tikkaratterizza l-MLP bejn is-snin 1998 u l-2008 Il-Partit Laburista kkampanja għal ftehim speċjali mal-UE; 'Partnership'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018