Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum IRREALIZZAJT li taħt imnieħri twieldet dinja oħra, b'mod qawwi ħafna, li lanqas indunajt li kienet qed titwieled. Għal ħafna nies, inkluż jiena, sa ftit ilu s-social media kienet essenzjalment tibda u tispicca bil-Facebook, u possibbilment Twitter, meta niġu għal affarijiet iktar serji. Naturalment, xejn ma jirbaħ lill-kuntatt personali u l-kelma mitkellma, li tindokra b'ħafna attenzjoni, sagrifiċċji, xogħol u perseveranza. Biss, Facebook u Twitter huma għodda b'saħħithom immens, u jagħtuk il-prodott eżatt malli joħroġ mill- forn mingħajr il-biża' li jiġi mbagħbas jew spinjat kif jiġri fuq il-media tradizzjonali bħat-televixin u l-gazzetti. Onestament ma nafx inwieġeb id-domanda jekk l-aħbarijiet tat-tmienja għadhomx iktar b'saħħithom mill-Facebook, naħseb li iva, iżda l-Facebook qed ipoġġi lill-persuna sid tat-teknoloġija li biha tkun tista' xxandar direttament mingħajr il- ħtieġa li tirrikorri għand sid it-teknoloġija u l-editur tal-istampar f 'każ ta' gazzetta, jew xandir f 'każ ta' televixin jew radju. Naturalment, ikun hemm min jgħidlek li dan ħażin għad-demokrazija, għaliex b'hekk il-pajjiż ikun qed jitlef mezzi li bihom il-Gvern jinżamm taħt skrutinju. Iva u le, għax għad li l-Facebook jippermettilek tippubblika l-affarijiet direttament, hekk ukoll dak li jikkritikak għandu iktar faċilità li jaqbad u jippubblika messaġġ kritiku. Jien personalment iktar ninkwieta meta xi ħadd jgħidli: "Isma', dik id-deċiżjoni li ħadt niżlet ħażin ta, faqgħu Facebook!", milli meta naqra xi editorjal tat-Times of Malta jaqlgħalna left, right and centre. Editorjal jiktbu bniedem waħdu. Il-Facebook hu kollezzjoni ta' ħsibijiet u fehmiet ta' mijiet u eluf ta' nies. Għal xi raġuni għamilt l-iżball li waqajt f 'comfort zone fejn għidt: "Kollox sew, mela d-dinja soċjali hi Facebook u possibbilment Twitter. Biss, fil-frattemp splodiet dinja oħra fuq Instagram. Jiena dħalt tard fid-dinja ta' Instagram, iżda issa li dħalt ninsab grat. Is-soltu, meta jkun hemm xi ħaġa gdida u innovattiva, inkun minn tal-ewwel li nissieħeb. U ġieli lanqas taqbad. Eżempju barra minn Malta jeżisti sit soċjali popolari jismu Badoo. Kif qrajt fuqu dħalt minnufih għax għidt Malta dan jaqbad żgur. Biss ma qabadx f 'pajjiżna. Fil-każ ta' Instagram kont tassew tard, u rrabbjat ftit miegħi nnifsi li ma sseħibtx qabel. F'dawn l-aħħar ftit ġimgħat flejt l-Instagram sew u sibt realtà u dinja kompletament differenti minn postijiet oħra. Sirt naf, pereżempju, li jeżistu dawk li jgħidulhom nies influwenti, jew aħjar nies li tant għandhom segwaċi (ngħidu aħna 30,000) li dak li jieklu, jilbsu u jisimgħu jħalli effett fuq il-bqija tas- soċjetà. Għamilt daqsxejn analiżi bl-għajnuna ta' kollega tax-xogħol tiegħi tal-iktar nies influwenti popolari u sibt elenku ta' qisu 20 persuna li għadhom mhumiex household name, u li jattiraw għexieren ta' eluf ta' segwaċi. Fil-biċċa l-kbira ssib tfajliet żgħar u sbieħ li huma mudelli, u allura jimmudellaw il- ħwejjeġ, jitfgħu ritratti fuq il-makeup, jitfgħu ritratti ta' x'jieklu u ritratti ta' fejn imorru jgħumu. Lill- irġiel jattirawhom għax ma jiddejqux iqaċċtu, u lin-nisa jattirawhom għax jagħtu ideat ta' kif wieħed jista' jkun iktar attraenti u jgħix il-ħajja tar- rivisti! Però ssib nies oħra li ma jaqgħux f 'din il-kategorija, għad li kollha qishom jagħmlu sforz sabiex jieħdu ħsieb id-dehra tagħhom (gym, sport eċċetera). L-iktar ħaġa innovattiva huma l-hekk imsejħa stories, li huma filmati żgħar ta' qisu 20 sekonda li wara ġurnata jitilqu u ma jibqgħux jidhru iktar. Allura ssib lil xi kantanta popolari, li normalment taraha biss fuq it-televixin, ittellagħlek story dwar kif inħarqitilha l-borma, jew xi attur famuż itellagħlek storja fuq kif telgħetlu ponta fuq imnieħru. Jew inkella xi sportiv joħroġ ilsienu, u bl- effett tal-Instagram li jissejjaħ boomerang dan l-ilsien jibda dieħel u ħiereġ. Insomma, dawn l-istejjer divertenti mhux ħażin. Is-sigriet donnu hu "keep it fresh and simple and as normal as possible"; iktar ma tkun xi ħaġa ta' kuljum u informali, iktar tinżel tajjeb. Għadni qed niskopri min huma l-aqwa nies influwenti globalment. U hawn m'iniex qed nirreferi għal nies famużi bżalma huma Trump jew Macron. It-tifla tiegħi Ema, pereżempju, semmietli lil ċerta waħda Wengie li jien ma kellix idea li teżisti. Din Wengie milli qaltli t-tifla għandha preżenza fuq Youtube (u allura tissejjaħ Youtuber) u toqgħod ittella' biċċiet dwar xi ċajt li tagħmel lil ħaddieħor, dwar ideat fuq kif issebbaħ xagħrek u dwar xi DIY, li tgħallmek tagħmel b'mod divertenti. Kif bdejt insegwiha fuq Instagram (u allura ngħaqadt mal-miljuni tas-segwaċi l-oħra ta' din Wengie!) insib ritratt ta' qattusa. "Din Mia," qaltli Ema. Inkredibbli kif kienet taf kollox fuq din Wengie. L-ikbar tagħlima tal- Instagram hija li l-ħajja sabiħa immens, u n-nies jgħixu biex jieħdu gost u jieħdu pjacir, specjalment bl- affarijiet iż-żgħar u sempliċi. Naturalment dawn il-gzuz ta' ritratti, speċjalment tan-nisa li qishom mudelli, jitfgħu pressjoni enormi fuq it-tfal tagħna, iktar milli qatt kienet titfa' kwalunkwe media oħra, għax il-messaġġ donnu hu li biex tkun popolari u n-nies tħobbok trid tkun sabiħ qisek ta' Hollywood. Dan ovvjament mhuwiex il-każ, għad li wieħed għandu dejjem jara kif jagħmel sabiex itejjeb u jmexxi 'l quddiem is-saħħa u d-dehra tiegħu, jekk xejn għall-ġid ta' saħħtu iktar minn kull ħaġa oħra. Insomma, din id-dinja ta' Instagram u stories qed togħġobni ħafna. Nieħu gost jekk min qed jaqrani bħalissa jżidni. L–isem tiegħi fuq Instagram hu bonnicio (għax owenbonnici diġà kien laħaq ħadu l-kollega Owen Bonnici, li huwa personalità televiżiva). Inwegħedkom li kemm jista' jkun se ntella' ritratti u stejjer divertenti u mingħajr kontenut politiku! Nieħu l-opportunità biex nawgura l-festa ta' Santa Marija t-tajba lil kulħadd, mhux l-inqas lir-residenti tal-Imqabba, il-Qrendi u Ħal Għaxaq! Opinjoni OWEN BONNICI Naturalment dawn il-gzuz ta' ritratti, speċjalment tan-nisa li qishom mudelli, jitfgħu pressjoni enormi fuq it-tfal tagħna, iktar milli qatt kienet titfa' kwalunkwe media oħra, għax il-messaġġ donnu hu li biex tkun popolari u n-nies tħobbok trid tkun sabiħ qisek ta' Hollywood Instagram

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018