Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Għażilt il-basketball għax kien hemm persuna taħdem fl-iskola primarja fejn kont nattendi u kienet ħajritni u minn hemm qisu beda kollox. F'dawk iż-żminijiet kien hemm ukoll il-film 'Space Jam' li kien għoġobni ħafna u kompla jattirani lejn il-logħba. Li kieku jkollok tiddeskrivi l-aħħar staġun għal Hibernians, kif tiddeskrivih? Niddeskrivih bħala staġun ta' impenn u aktar akkanit, peress li kien hemm tliet timijiet li setgħu jagħtu sfida qawwija għar-rebħ tal-Kampjonat u għalhekk ridna nippreparaw bis-sħiħ. U x'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' Hibernians fosthom bir-rebħ tal- Kampjonat u tan-Knock-Out? Naħseb li s-sigriet kien li t-tim kien kompost minn taħlita ta' plejers li telgħin mill-Youths tal-Hibs, plejers stabbiliti kif ukoll il-barranin. Naħseb li din is-sena l-kumitat tal-Hibs għaqqad diversi elementi essenzjali fit-tim, li huma bżonjuzi sabiex ikollok tim kompetittiv. X'tikkummenta dwar l-isfida denja li kellkom minn timijiet oħra fosthom BUPA Luxol u Gżira Athleta? Fl-aħħar staġun naħseb li kull tim ried jirbaħ, imma timijiet bħal Luxol u Athleta kienu l-aktar żewġ timijiet li tawna sfida denja. Kienu żewġ timijiet, apparti aħna, li flimkien ikkompetejna għar-rebħ tal-Kampjonat. Niġu għall-esperjenza ta' meta kont tilgħab ma' Virtus u anki ma' Floriana. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza? Għandek nostalġija għall-plejers sħabek li kont tilgħab magħhom f 'dawn iż-żewġ timijiet? Dawk l-esperjenzi għenuni aktar sabiex niżviluppa bħala plejer u kif għandi naddatta għal kull tim biex b'hekk nagħti l-aħjar tiegħi. Ma' dawn it-timijiet kont nilgħab ma' wħud li kont ili nafhom minn mindu konna żgħar, bħal David Bugeja, Sean Borg u Shawn Pace, li apparti li huma sħabi fit-tim tiegħi, konna u għadna ħbieb barra l-court ukoll. Qabel dan l-istaġun qatt kont temmen li kien se jirnexxilkom taslu s'hawn? Wara li l-kumitat tal-Hibs u l-kowċ għaqqdu dan it-tim u kulħadd kien qiegħed jittrenja u jiġbed ħabel wieħed, kelli fiduċja kbira li konna se naslu s'hawn Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek, mat-taħriġ u mal-logħob li jkollok ma' Hibernians? L-immaniġġjar tal-ħin huwa s-sigriet ta' kollox! Mhux faċli dejjem għax ġieli jkollok xi affarijiet oħra u ma tkunx tista' tmur, imma jekk tkun trid tirranġa. Jekk tkun tħobb l-isport, tagħmel is-sagrifiċċju kollu li jkun hemm bżonn u tlaħħaq ma' kollox. Ippermettili ngħidlek li matul dan l-istaġun, bħal staġuni oħra, żgur li għenkom bis-sħiħ wieħed mill-aqwa plejers barranin, jekk mhux l-aqwa plejer barrani, li hawn f 'Malta - Chad Patus. Taqbel miegħi? Naqbel miegħek! Chad huwa team player tal-ġenn. Ilna nilagħbu fl-istess tim għal dawn l-aħħar tliet staġuni u huwa plejer u persuna li jara l-logħba tajjeb u jimmotivak, apparti li huwa shooter li ftit hawn bħalu f 'Malta. Ippermettili nirrimarka li d-difiża tagħkom matul dan l-istaġun kienet strumentali. Taqbel miegħi? Iva jien nemmen li jekk m'għandekx difiża b'saħħitha ma tirbaħx logħob, u waqt it-taħriġ il-kowċ jiffoka fuq id- difiża u kif irridu niddefendu kontra kull tim. Kif qed tħares lejn il-futur tat-tim ta' Hibernians? Naħseb li Hibernians qegħdin jikbru bħala tim. Din is-sena kienet sena fejn bdew jinvestu biex jibqgħu wieħed mill-aħjar timijiet fil-pajjiż. U l-futur tiegħek mat-tim ta' Hibernians? Naħseb li huwa wieħed sabiħ. Hawn ambjent sabiħ u aktar milli tim qisna familja. Nhar il-Ħadd 16 ta' Novembru tal-2014, int kont involut f 'inċident ikrah u sfortunat waqt waħda mill- partiti tan-knockout kontra BUPA Luxol. Hemmhekk sofrejt minn feriment serju u li ħalliek barra mil-logħob għal kważi erba' xhur. Kif għext dak iż-żmien twil barra mil-logħob? Ma kienx faċli. Naħseb li kien l-aktar żmien diffiċli ta' ħajti, għaliex apparti li titfgħek lura fiżikament, lanqas mentalment ma kienet faċli, għaliex sofrejt minn ħafna wġigħ ta' ras, nifs batut u aktar. Kelli naħdem ħafna fuqi nnifsi u nikkonċentra sabiex niġi lura u nilgħab il-logħob finali. X'tikkummenta fuq il-fatt li ma kienx hemm ambulanza fil-court f 'Ta' Qali, u li l-partita kienet kompliet b'mod normali? Naħseb li s-sitwazzjoni ma nbidlitx u li dawn l-affarijiet ma neħduhomx bis-serjetà kif suppost. Hawn Malta sfortunatament naġixxu wara l-inċident, imma fil-basketball xorta għadna mingħajr ambulanza u mhux kull tim ikollu tabib jew xi ħadd kwalifikat fl-Ewwel Għajnuna fuq il- bank. Naf, forsi tgħidli għaliex tilgħab? Imma nħobb il-logħba. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ ferm bravu u ħabrieki ta' Hibernians? Issa ili mal-kowċ Mario minn mad- Depiro u għandna relazzjoni tajba fejn tista' tkellmu u jisimgħek. U dik mal-kumitat ta' Hibernians? It-taħlita ta' plejers żgħażagħ, is-suċċess ta' Hibernians BC Cristian Antony Muscat Anton Axiaq - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f 'dawn l-aħħar snin u li imkien ma' oħrajn kien strumentali sabiex matul l-istaġun li għadda Hibernians BC rebħu titli maġġuri fosthom il- Kampjonat u n-Knock-Out. "Naħseb li s-sitwazzjoni ma nbidlitx u li dawn l-affarijiet ma neħduhomx bis-serjetà kif suppost. Hawn Malta sfortunatament naġixxu wara l-inċident imma xorta fil-basketball għadna mingħajr ambulanza u mhux kull tim ikollu tabib jew xi ħadd kwalifikat fl-Ewwel Għajnuna fuq il-bank. Naf, forsi tgħidli għaliex tilgħab? Imma nħobb il-logħba." "Il-basketball huwa logħba sabiħa u tintlagħab bħala tim, jiġifieri tirbaħ u titlef bħala tim. Dan ifisser li minbarra li qiegħed iżżomm ruħek b'saħħtek, qiegħed ukoll tagħmilha ma' ħafna individwi oħra, allura qiegħed tissoċjalizza ruħek u lil ħaddieħor. U dan kollu f 'ambjent nadif, sportiv u iġeniku. U x'hemm isbaħ minn dan?!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018