Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum bajd tal-fkieren ġewwa l-bajja tal-Ġnejna waqt il-vaganza tagħhom f 'pajjiżna. Il-Moniteraġġ wara r-rilaxxament tal-fkieren L-ILLUM staqsiet lil Vincent Attard jekk il-fkieren jiġux immoniterjati wara li jiġu rilaxxati lura fil-baħar. Attard wieġeb li x-xewqa tagħhom hi li jkunu jistgħu jimmoniterjaw kull fekruna, imma dan mhux possibbli minħabba l-ispejjeż. Satellite trackers jiswew madwar €8,000, u xogħolhom huwa li jagħtu indikazzjoni ta' fejn tkun marret il- fekruna. Madanakollu, dawn it-trackers idumu biss bejn tnax u sittax-il ġimgħa qabel jaqgħu, minħabba li l-fekruna tkun qed tibdel il-qoxra tagħha. Bħalissa qed jintużaw microchips sabiex jekk fekruna li tkun telqet minn Malta tinstab f 'pajjiż ieħor ikunu jistgħu jinqraw id-dettalji. Sejħa għal aktar donazzjonijiet permezz tal-kampanja 'Adopt- a-Turtle' Nature Trust, flimkien ma' WWF (Word Wildlife Fund), għaddejja b'kampanja sabiex jinġabru iktar fondi ħalli l-fkieren ikunu jistgħu jingħataw il-kura u t-trattamenti meħtieġa. Persuna tista' tisponsorja fekruna għal €25 fis-sena billi tidħol fis-sit ta' Nature Trust (naturetrustmalta. org) u timla formola. Il-ħlas jista' wkoll isir onlajn. Meta tkun qed taddotta l-fekruna tingħata materjal edukattiv, l-aħħar dettalji fuq il-fekruna li tkun addottajt, kif ukoll pupu f 'għamla ta' fekruna minn WWF. Persuni li jixtiequ jagħtu donazzjoni ikbar jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu d-donazzjoni tagħhom fuq il-kont bankarju li huwa disponibbli fuq is-sit ta' Nature Trust Malta. L-aħħar dettalji fuq il-bajd tal- fkieren ġewwa l-Ġnejna Hekk kif issa fadal biss ftit jiem sabiex ifaqqsu l-fkieren, Attard qal lill-ILLUM li mill-ewwel ġurnata kienu ħadu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipproteġu l-bajd tal-fkieren. Fil-fatt, ġew impoġġija xkejjer tar-ramel madwar il-bejta tal-fkieren biex l-ilma ma jinterrompix. Minħabba l-maltempata iktar kmieni din il-ġimgħa, ir-rata ta' suċċess naqset peress li xi ilma seta' għadda minn taħt ir-ramel. Attard kompla jispjega li l-bajja tal-Ġnejna tkompli tagħmel is-sitwazzjoni iktar diffiċli minħabba t-tafal li jinsab metru 'l isfel mil-livell tar-ramel u li jkompli jżomm ir-ramel umduż. Madanakollu, f 'dan l-istadju wieħed jista' biss jispera li l-fkieren jirnexxilom iwasslu sal-aħħar. bajd tal-fkieren ġewwa l-bajja Nature Trust (naturetrustmalta. issalva ... bil-plastik l-akbar għadu Jitressqu proposti biex il-White Paper ma tikkawżax splużjoni fil-kirjiet Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-White Paper kellha tkun ippubblikata fil- bidu tas-sajf, din il-gazzetta tinsab infurmata illi biża' li l-pubblikazzjoni tal- White Paper se twassal għal splużjoni fil-kirjiet żammet kollox lura. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu illi l-biża' kienet li malli joħroġ dan it-tant mistenni dokument is-sidien jgħollu l-kirjiet, li preżentement diġà huma għoljin ħafna, speċjalment (imma mhux biss) fiż-żoni ta' Tas Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi u Pembroke. Ninsabu infurmati illi jidher li biex dan ma jseħħx il-Gvern kellu jaħseb f 'xi inċentivi li kemm jista' jkun iżommu 'l bogħod milli jogħlew il- prezzijiet. L-ILLUM tista' tiżvela li waħda mill-inċentivi hija li iktar kemm itawwal kirja s-sid, inqas iħallas taxxa. Din l-inċentiva timxi f 'paralleliżmu ma' diversi inizjattivi oħrajn li ħa l-Gvern fl-aħħar snin biex id- dħul mill-kirjiet ikun iddikjarat u s-sidien li jagħmlu dan iħallsu inqas taxxa. L-ILLUM tista' tiżvela wkoll li hekk kif tinsab fl-istadji finali, il-White Paper mistennija titressaq f 'Settembru, qabel il-baġit, u minn hemmhekk tibda konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti, illi fosthom mistenni jkun hemm durata minima li kuntratt jista' jdum. Din il-White Paper hija mmirata biex tnaqqas it- tbatijiet li qed jgħaddu minnhom numru ta' persuni li qed jintalbu jħallsu kera li tkun ħafna ogħla meta jagħlaq il-kuntratt, bil-konsegwenza li jkollhom isibu post ieħor fejn jgħixu. Din il-gazzetta taf ukoll b'każijiet ta' persuni li kienu kostretti jmorru jgħixu f 'Għawdex, fejn id-domanda għadha baxxa u allura l-kirjiet irħas. Dan apparti mill-fatt li teżisti sezzjoni tal- popolazzjoni, anke jekk żgħira, li la tiflaħ tħallas il-kirjiet kif inhuma bħalissa u lanqas tikkwalifika għal biżżejjed self biex issir sid ta' darha. Minkejja dan, mhux kulħadd jixtieq li din il-White Paper tara d-dawl, u din il-gazzetta tinsab infurmata illi fil-proċess, li issa ilu għaddej, saret pressjoni biex il-White Paper tingħata l-ġenb, bħalma ġara bil-pjanijiet biex ikunu regolati l-aġenziji tal-proprjetà. Is-sorsi differenti li kellmu din il-gazzetta qalu wkoll li apparti l-biża' li jogħlew il-prezzijiet, kien hemm biża' li regolazzjoni tista' tieħu parti mis-settur fl-industrija s-sewda. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat illi l-White paper, jew għall-inqas l-abbozz tagħha, kienet approvata mill-Kabinett u li kienet se tkun ippubblikata fil-bidu tas-sajf. Ftit jiem wara, nhar l-1 ta' Mejju, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma illi d-dokument se jkun ippubblikat u se ssir diskussjoni dwaru. "Dan se jkun l-ewwel gvern li qed jaħdem biex is-suq tal-kera ma jibqax ġungla. Mhux se nagħmlu affarijiet li ma jsirux, wasal iż-żmien biex nagħtu ċertezza u stabbiltà, drittijiet u dmirijiet," kien qal Muscat dakinhar. Id-diskussjoni dwar il-kirjiet kienet qamet l-ewwel fuq din il-gazzetta bi proposta għal forma ta' capping fuq il-kirjiet, proposta li la l-Gvern u lanqas l-Oppożizzjoni ma qablu magħha. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdiet tiżdied id-domanda u aktar bdew jogħlew il-kirjiet. Kien il-PM Muscat illi fuq programm fuq l-istazzjon ONE ħabbar illi jekk żieda fis- sussidji mħabbra fil-baġit ma tikkalmax il-prezzijiet li dejjem jogħlew, il-Gvern kien lest li jirregola s-suq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018