Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 'Nemmen li għadni ma lħaqtx il-potenzjal massimu tiegħi -atletika' - Rebecca Sare' Minn Cristian Antony Muscat F'DAN l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn l-aħħar staġuni ta' Rebecca Sare' u kif qiegħda tħares lejn l-istaġun li jmiss. Sare' nnifisha tatna d-dettalji kollha: "Meta nħares lura lejn l-aħħar staġuni fl-atletika u nipprova nagħżel l-aqwa mument tal-karriera sportiva tiegħi fl-atletika, inħossni li għadni ma lħaqtx il-potenzjal massimu tiegħi f 'dan l-isport, u għalhekk għadni qed naħdem biex nilħaq il-quċċata tal-karriera sportiva tiegħi. Fl-istaġun tal-2016 kont qed ngħix dak li s'issakien l-aqwa staġun tiegħi bħala distanzi u prestazzjonijiet fejn ksibt podiums f 'kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom rebħa f 'Amsterdam, kif ukoll ksirt ir-rekord nazzjonali tal-'indoor' għal darbtejn u r-rekord nazzjonali tal-'outdoor'għal tliet darbiet, biex s'issa l-aqwa distanza tiegħi fid- dixxiplina tat-triple jump hi 12.42m. Sfortunatament, ġimgħa biss wara dik l-aqwa wirja personali fil-Kampjonati Nazzjonali tal-2016 fejn irbaħt it-triple jump u l-long jump bl-aqwa qabża personali ta' 5.82m, kelli nsofri minn injury kerha ħafna fl-għaksa – grade 3. L-aqwa staġun tiegħi kellu jieqaf hekk bħal sajjetta fil-bnazzi ukont naf li kelli triq twila quddiemi biex nirritorna għall-qbiż kompetittiv tal-istess livell. Minn dak iż-żmien 'l hawn, apparti l-battalja fiżika biex nerġa' nkun nista' nagħmel l-qbiż mis-sieq stess li weġġajt, ikolli ngħid li l-battalja mentali kienet ferm ikbar. L-istaġun tal-2017 kien staġun fejn komplejt nagħmel it- taħriġ anke b'injury oħra li ħarġitli – sforz l-ewwel injury fl-għaksa. Kien staġun fejn f 'kull sessjoni kont inkun muġugħa – u minħabba r-ras iebsa li għandi komplejt bit- taħriġ normali. It-taħriġ kien kollu possibli grazzi għas-servizz mill-aqwa mill-fiżjo-terapisti ta' Planet Physio li għamlu li setgħu biex jgħinuni nkompli nitħarreġ. Minkejja d-determinazzjoni li kelli f 'dak l-istaġun, ma kontx irreġistrajt l-aqwa distanzi tal-karriera tiegħi. Bl-intoppi kollha li kelli naffaċja, xorta nħossni onorata li rnexxieli nirbaħ żewġ midalji tal-bronż fil- Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' dik is-sena. Però, jkolli nammetti li l-edizzjoni tal-2017 tibqa'weġgħa f 'qalbi. Dan għaliex kienet is-sena fejn stajt nilħaq il-ħolma tiegħi, għax il-midalja tad-deheb tat-triple jump intrebħet b'qabża ta' 12.12m, li huwa ferm inqas mir-rekord personali tiegħi. Però, sfortunatament, dan kellu jiġri meta jien kont qiegħda naffaċja l-iktar staġun diffiċli u d-distanzi tiegħi ma setgħux ikunu l-aqwa distanzi tal-karriera tiegħi. Lura għall-istaġun tal- 2018, nista' ngħid li kien ferm aħjar minn ta' qablu. Kull sessjoni li kont inlesti mingħajr uġiegħ, kont inħossha bħala rigal u dan l-istaġun għeni biex napprezza iktar kull sessjoni li jirnexxieli nagħmel kompluta. Tgħallimt ħafna mil-iżbalji tal-passat, u sirt nieħu kull prekawzjoni possibli biex ma nweġġax. Fosthom, warm up u cool down komplut qabel u wara s-sessjoni. Dawn huma affarijiet li xi kultant ma ntuwhomx l-importanza meħtieġa, però huma affarijiet importanti ferm u kull atleta għandu jiddedika ħin sew għalihom. Fl-istagun tal-2018, kellna l-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, u kwalifikajt għal din il- kompetizzjoni b'qabża ta' 5.61m fil-Long Jump. F'dawn il-Kampjonati ma kienx hemm l-event favorita tiegħi, it-'triple jump', u għalhekk għall- maġġoranza tal-istaġun it-taħriġ tiegħi kien iffukat iktar fuq il-'long jump'. Fil-kompetizzjoni, l-aqwa qabża tiegħi tal- ġurnata ħallietni b' żewġ ċentimhhhetri 'l bogħod mid-distanza li kelli bżonn biex ngħaddi għall-finali (5.50m) u ddispjaċieni li ma rnexxilix nilħaq l-għanijiet tiegħi f 'din il-kompetizzjoni internazzjonali. Però, ġimgħa wara, waqt il- Kampjonati Nazzjonali, il-folja nqalbet għax irnexxieli nilħaq l-għanijiet tiegħi. Irbaħt il-Long Jump (kategorija senior) u t-Triple Jump bl-aqwa distanzi tal-istaġun, 5.62m u 12.08m rispettivament. Id- distanza rreġistratafit-'triple jump' fissret ukoll li lħaqt il-kwalifikazzjoni għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2019, bi 'Standard A'. Hemm diversi nies li nixtieq nirringrazzja, li kienu parti kbira mis- suċċessi tiegħi f 'dawn l-aħħar staġuni. Grazzi kbira tmur lill-fiżjo-terapisti ta' Planet Physio, Milos Stanisavljevic u Julian Rizzo Naudi, li ħadmu miegħi bis-sħiħ biex inkun nista' nitħarreġ bl-aqwa mod possibli. Il-management team tal-kumpanija li timpjegani, Entropay Ltd – li flimkien ma' SportMalta jappoġjawni bis-sistema tal-Flexi Training Scheme. L-MOC u l-MAAA talli jappoġjawni bil-benefiċċji tal-iskema ta' MOC Elite Athletes. L-isponsors personali għall- aqwa servizzi tagħhom - Crossfit356 għat-taħriġ ta' strength and conditioning u Eurosport Malta li jipprovduni bl-iktar żraben u ħwejjeġ riċenti fis-suq sportiv. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas grazzi lill-kowċ tiegħi Jivko Jetchev, lill- familjari, kollegi, u l-ħbieb tal-qalb għall-aqwa sapport li nista' nirċievi. Dawn huma n-nies li jgħinuni ferm speċjalment meta t-triq tkun tidher diffiċli. Issa li l-istaġun tal-2018 intemm bl-ewwel pass ġewwa għal-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar tal-2019, qiegħda nistenna l-istaġun li jmiss iktar minn qatt qabel! Din il-kwalifikazzjoni ma tfissirx ħafna sa dan il-punt. Dan għaliex ovvjament waqt l-istaġun li jmiss irrid nilħaq l-istess distanza ta' kwalifikazzjoni u ferm aħjar minnhekk, biex inkun f 'pożizzjoni tajba biex nerġa' niġġieled għall-midalja. Fl-edizzjonijiet tal- 2013,2015 u 2017 irbaħt erba' midalji, però għadu ma rnexxilix inwassal lil Malta fuq l-ogħla podju - dak tal-midalja tad-deheb. Għalhekk, wara l-weġgħa tal-2017, qed inħares lejn l-edizzjoni tal-2019 bħala opportunità oħra biex jirnexxieli nilħaq din il- ħolma ta' ħajti. Jien nemmen li dejjem irid ikollok skop u għanijiet fil- ħajja. Apparti prestazzjonji tajba fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, l-għan tiegħi hu li nkompli naħdem biex inkompli ntejjeb ir-rekord nazzjonali tat-'triple jump'. Mhux biss biex ngħolli l-livell għall-ġenerazzjoni talentuża li għandna tiela' fix-xena lokali, iżda għaliex inħoss li huwa d-dmir tiegħi li nagħti xi ħaġa lura lill-isport li tant offrieli mumenti u valuri sbieħ li se nibqa' nġorr miegħi tul ħajti kollha. Għalhekk, inħossni lesta biex inkompli naħdem bis- sħiħ, biex kif għidt qabel, nilħaq il-potenzjal massimu tiegħi f 'din il-karriera - li nemmen li dan iż-żmien m'huwiex 'il bogħod ħafna!" Ritratti: Wally Galea Rebecca Sare' -azzjoni Angie Conti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018