Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 ILFKIEREN tal-baħar huma fost speċi oħra li jinsabu fil-periklu li jispiċċaw darba għal dejjem minn wiċċ id-dinja. Fil-fatt, fuq is-sit ta' WWF (World Wildlife Fund), f 'lista ta' bosta speċi li huma kważi estinti, il- fekruna tal-baħar qiegħda mniżżla bħala vulnerabbli. Dan ifisser li fil-futur jaf ma nibqgħux naraw iktar minn din l-ispeċi meraviljuża tal- baħar li ilha tgħix fuq din id- dinja għal iktar minn mitejn miljun sena. It-tibdil fil-klima hu wieħed mill-fatturi li qegħdin jeqirdu lill-fkieren tal-baħar. Fattur ieħor li qed iwassal għall- qerda ta' dawn il-kreaturi hu l-plastik. Minħabba li l-għamla tal-plastik tixbah lil dik ta' brama, il-fkieren jispiċċaw jikkonsmaw minn dan il-materjal li joħloq problemi lis-saħħa tal- fekruna, u bosta speċi oħra tal-baħar li jispiċċaw vittmi. Skont il-United Nations Environment, plastik fil-baħar jintrema mat-8 miljun tomna kull sena. Fatt xokkanti tassew, tant li sal-2015 b'din ir- rata fl-oċeani jkun hawn iktar piż fi plastik milli dak f 'ħut! Mhux l-ewwel darba li smajna li ġew salvati xi fkieren fl-ibħra Maltin. Iżda fil- verità, kemm nafu eżatt xi jsir meta fekruna tiġi salvata? Fil-fatt, il-proċess mhux sempliċi daqskemm jinstema', għaliex jirrikjedi ħafna xogħol u dedikazzjoni minn persuni mħarrġa, li l-għan prinċipali tagħhom ikun li l-fekruna terġa' tikseb is-saħħa tagħha lura, sabiex għal darb'oħra tinħeles fl-abitat naturali tagħha. L-ILLUM tkellmet ma' Vincent Attard, president ta' Nature Trust Malta li ilu attiv sa mill-1982. Il- Fkieren ilhom jaffaxxinaw lil Attard sa mill-1986, tant li saħansitra studja fuq il- fkieren u anke l-Bijoloġija. Attard jikkummenta mal- ILLUM li x-xogħol tiegħu ma' Nature Trust jagħtih ċertu sodisfazzjon għall-fatt li bl-għajnuna tal-volontiera qegħdin isalvaw annimali protetti. It-Tibdil fil-klima u l-plastik fost il-fatturi li qegħdin iwasslu għall-qerda ta' dawn il-kreaturi Il-loggerhead, l-iktar fekruna komuni fil-Mediterran, il-green turtle, li tinsab kemm fil-Mediterran u anke fl-oċean Paċifiku, u anke l-leatherback, li hija waħda mill-akbar fkieren, ilkoll ġieli nstabu f 'Malta u kollha jinsabu fir-riskju li jiġu estinti. Vincent jirrakkonta magħna dwar kif madwar tliet snin ilu nstabet fekruna tat-tip leatherback. Din il-fekruna ta' 8 snin, b'piż ta' 500 kilò, laħqet mietet minħabba plastik fl- istonku. It-tniġġis, it-traffiku tal-baħar, is-sajd żejjed u qbid inċidentali, kollha qegħdin ifixklu l-eżistenza ta' dawn il-kreaturi. Fattur ieħor li jkompli jinterrompi l-għajxien tal-fkieren huwa l-fatt li bosta fkieren jispiċċaw mittiekla minn ħut ta' għamla ikbar. Dan hekk kif Attard jgħidilna li fekruna waħda biss minn elf tilħaq il-livell ta' maturità. Vincent Attard jgħaddi messaġġ lill-pubbliku sabiex dejjem jiddisponi mill-plastik f 'bins apposta sabiex jitnaqqas il-periklu. It-tibdil fil-klima qed iħalli impatt ħażin ukoll fuq il-bajd tal-fkieren. Dan minħabba li iktar kemm it-temperatura tar-ramel tkun sħuna, tkun ikbar il-probabbiltà li l-fkieren ikunu nisa. B'hekk, dan il-fattur iħarbat is-sistema tar- riproduzzjoni. Jiddaħħlu aktar fkieren għall- kura f 'dawn l-aħħar snin Attard ikompli jgħidilna kif l-ammont ta' fkieren fiċ- ċentru tal-akkwakultura fil-forti ta' San Luċjan qed ikompli jiżdied, b'madwar 60 fekruna tiddaħħal għall-kura fis-sena. Il-fatt li hawn iktar edukazzjoni u tqajmet iktar kuxjenza dwar dak li jikkonċerna fkieren tal-baħar, iżid il- kuraġġ sabiex dak li jkun iċempel għall-għajnuna meta jħabbat wiċċu ma' fekruna f 'diffikultà. Il-maġġoranza tal-fkieren li jiġu salvati jkunu f 'diffikultà minħabba konsum ta' plastik, xlief jew saħansitra jkunu milquta minn dgħajjes. Bħalissa, fiċ-ċentru tal-akkwakultura hemm miżmuma tmien fkieren li qed jirċievu t-trattament u l-kura neċessarja. F'dan iċ-ċentru hemm biss 8 tankijiet fejn jinżammu l-fkieren, li ifisser li jekk fil-futur qarib jiddaħħlu iktar fkieren għall-kura, ikollhom jiġu rilaxxati oħrajn bi sforz minħabba n-nuqqas ta' spazju. Vincent stqarr magħna li bħalissa għaddejjin b'xogħlijiet sabiex jiżdiedu aktar tankijiet għall-fkieren ġewwa Xrobb l-Għaġin. Il-Kura tal-fkieren Kull fekruna tiġi trattata b'mod individwali u t-trattament idum skont l-istat tas-saħħa tal- fekruna. Attard qalilna li fil-każ ta' fekruna li tinstab b'sunnara u li ma jkollha l-ebda kumplikazzjonijiet, it-trattament tagħha jieħu madwar xahar. Każijiet oħra jdumu sitt xhur u saħansitra snin. Attard irrakkonta mal-ILLUM dwar kif fekruna partikolari damet tliet snin għall-kura minħabba infezzjoni fil-pulmun wara konsum ta' plastik. Din l-istess fekruna ġiet rilaxxata fil-baħar wara tliet snin u nofs ta' trattamenti u moniteraġġ. Vincent jikkummenta li "aħna qatt ma naqtgħu qalbna u nibqgħu nipprovaw sal-aħħar". Il-Kura tal-fkieren tiswa ħafna lil Nature Trust. Fil-fatt, kull fekruna tirrikjedi bejn €400 u €1,000 għal trattamenti, ikel u mediċini. Dawn il-fondi jinġiebu minn donazzjonijiet u mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi. Attard kompla jżid jgħid li kellhom żieda ta' volontiera li jgħinu fis- salvataġġ kif ukoll turisti li joffru li jagħmlu l-għassa mal- Waħda minn kull 1,000 issalva Dan is-sajf reġa' kellna żjara speċjali minn fekruna, u reġgħet qamet diskussjoni dwarhom. Imma kemm minnhom jgħixu? U għalfejn il-plastik li jintrema huwa l-agħar għadu tal-fekruna? L-ILLUM titkellem ma' Nature Trust Sarah Debattista 'Il-qtil taċ-ċikonji huwa skandlu li jġiegħlek tistħi' ILKUNSILL tal-Birdlife se jitlaqqa' b'mod urġenti biex jara x'azzjoni se jieħu ... BirdLife Malta qalet li l-qtil taċ-Ċikonji Bojod ma kienx inċident iżolat imma xhieda ċara ta' kemm hi mifruxa l-kaċċa illegali. Dan qalitu hekk kif in-numru ta' ċikonji li nqatlu issa tela' għal erbgħa. BirdLife Malta fi stqarrija fakkret li ilha s-snin tappella lill-Prim Ministru biex iwaqqaf crime unit u stqarret li ma tistax tifhem dan in-nuqqas ta' inizjattiva biex dan jitwaqqaf. "Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, hija ironika li d-WBRU u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qegħdin jipproponu bidla fil-liġi tal-kaċċa għall- fenek. Fil-proposti qed jitolbu biex kaċċatur jitħalla jikkaċċja l-fenek fejn irid, flok f 'art privata stabbilita, kif titlob il-liġi bħalissa. Din il-proposta ħa ddgħajjef il-liġi u ħa tagħti lok għal aktar abbuż milli diġà jsir. Jekk din il-proposta tgħaddi l-kaċċaturi jkunu jistgħu jduru bis-senter fejn iridu u jisparaw bil-libertà fuq għasafar flok fuq fniek."BirdLife Malta tappella lill-Kumitat Ornis biex ma jħallix il-liċenzja għall-kaċċa tal-fenek tinbidel. BirdLife Malta qalet li fil-ġimgħat li ġejjin mijiet ta' tajr tal-priża ħa jkunu qed ipassu minn Malta u għal darb'oħra l-awtoritajiet ħa jintalbu jirranġaw is-sitwazzjoni. Sultana qal li l-idea ta' self-regulation falliet u l-Prim Ministru fi dmiru li jaġixxi malajr. Sultana żied jgħid li l-BirdLife ħa tkun qed tirrapporta dawn l-inċidenti lill-Imseħbin tagħha internazzjonali. "Il-Kunsill ta' BirdLife Malta ħa jitlaqqa' b'urġenza biex jara x'azzjoni għandha tittieħed, imma l-qtil taċ-Ċikonja Bajda – tajra li tant għandha rabta' tradizzjonali mat-twelid tat-trabi u max-xorti tajba – huwa skandlu li jġiegħlek tistħi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018