Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Intervista 13 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum L-ILLUM tgħix il-gwerra ma' Doris Cannataci orizzont Malti. Tirrakkonta kif l-aħbar inxterdet malajr u s-swar ta' madwar il-Port il-Kbir imtlew b'eluf ta' persuni, jsaffru, jgħajtu, ikantaw, ixejru l-imkatar u magħhom il-banda li d-daqq tagħha nħonoq bl-għajjat tan-nies. "Xtaqna naqbżu l-baħar sabiex imorru nilqgħuhom... verament xena li ma ninsew qatt," kompliet Doris. "In-nies bdew ikantaw, jiżfnu fit-toroq u jibku bil-ferħ." Ma għandniex xi ngħidu, l-istess festa u entużjażmu, jekk mhux aktar, dehru fuq is-swar tal-Belt meta daħlu l-bastimenti kollha, b'mod partikolari nhar il-15 ta' Awwissu, meta daħal l-Ohio. "Kien verament imbiċċer. Kien impossibbli li jasal. Intlaqat sitt darbiet u kellu toqba enormi fuq quddiem, lanqas il-magni ma kienu qed jaħdmu. Donnu ma seta' jegħreq b'xejn. Għamlu minn kollox biex idaħħluh," kompliet Doris. "Kienu verament nies eroj. Raw bastimenti jinbelgħu mill- baħar, ajruplani neżlin, l-ilħna ta' sħabhom qed jegħrqu u l-moral tagħhom jibqa' b'saħħtu." "Jien għalhekk vera kburija li jien Maltija. Aħna pajjiż żgħir u r-riżorsi tagħna fil-bniedem biss qegħdin." kompliet tgħid Doris Cannataci, hija u titkellem fuq l-għaqda li dehret fost il-Maltin, mhux biss f 'dawk il-jiem ta' ferħ, iżda fil-mumenti l-aktar diffiċli tal-gwerra. Fi kliemha, kienet din l-istess imħabba u fraternità li żammet lill-poplu għaddej fi żminijiet meta Malta kienet għarkopptejha; "Kulħadd jaqsam ma' xulxin, għax ħadd ma kellu xejn." Proprju għalhekk saħqet magħna li waħda mill- affarijiet li l-aktar idejquha llum huwa meta tara nies, ħbieb u familji jiġġieldu sempliċiment minħabba opinjonijiet differenti. "Aħna konna tant magħqudin dejjem, u issa tant mifrudin. Kienet din l-għaqda li żammet lill-poplu għaddej." Ġrajja li mmarkat lil kull min esperjenzaha Dawn il-ġrajjiet, anke dik tal-konvoj, lil Doris Cannataci mmarkawha kif immarkaw lin-nies kollha ta' żmienha, iżda anke lilna li ġejna warajhom, għax irridu u ma rridux, dawn il-ġrajjiet huma parti importanti mill-istorja ta' pajjiżna u mill-identità li tagħmilna Maltin. Madanakollu, l-effett li ħallew fuq dawk li esperjenzawhom direttament hu kbir, tant li mingħajr ma jridu jħarsu lejn il-ħajja b'mod differenti. Tkellimna ma' Doris fuq ħafna affarijiet, fosthom il-ħela. Saħqet kif illum ħafna ma japprezzawx dak li għandhom għax ma jafux x'jiġifieri ma jkollok xejn. "Aħna ma stajniex naħlu, għax ma kellna xejn. Lanqas kont issib x'taħli" kompliet Doris. "Meta toħroġ u ma ssibx id-dar trid tibda kollox mill-bidu." L-għaqda, anke dik fil- familja, fejn l-omm u l-missier ikunu preżenti, tibqa' għażiża wisq għal Doris. "Aħna saħansitra kellna ndaħħlu lin-nies magħna fid-dar." Il-fsied ftit li xejn kien jeżisti u ma tantx kien hemm post għalih. Forsi għalhekk ukoll li nies bħal Doris telgħu indipendenti u maturi sa minn meta kienu żgħar. "Trid tarani ta' għaxar snin immur l-iskola jew naqdi 'l ommi minn San Pawl il-Baħar għall-Belt. Biċċa mit-triq fuq xi karettun, biċċa oħra nimxuha, u l-hena tagħna meta tgħaddi xi Jeep Amerikan u jrikkbuna fuqu. Bilfors trid tikber. illum kollox komdu u kollox ta' dak il-ħin. Aħna mdorrijin nagħmlu sagrifiċċju minn meta konna żgħar." Illum Doris kibret, dawn l-esperjenzi għadhom parti importanti ħafna mill-ħajja tagħha u tixtieq taqsamhom ma' kemm jista' jkun nies. Tant hu hekk li s-sena li għaddiet ippubblikat l-awtobijografija tagħha, kollha mill-memorja, għax id-djarji li kellha taru kollha mal-bombi. La għexet il-gwerra, drat ukoll tegħleb l-intoppi kollha. Meta ġiet biex tidħol l-Università ommha mardet, u peress li kienet tifla waħedha baqgħet iddur b'ommha, anke għax hi għamlet ħafna sagrifiċċji għaliha u għal ħutha. Iżda għaddew is-snin, iżżewġet, studjat Malta u barra, ħadmet, u wara li rtirat reġgħet marret l-Università, u sentejn ilu, ta' 84 sena, ġabet ukoll id- Dottorat. żgħar." Illum Doris kibret, dawn kollha. Meta ġiet biex żgħar." L-inkwatru li omm Doris ġarret magħha kuljum fil-gwerra Doris Cannataci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018