Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 45 62 25 78 10 56 64 16 Tlugħ Nru. 736 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech (previously "St Helen Pharmacy"), Birkirkara Brown's Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Pietà Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Attard St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is- Santwarju, Żabbar Green Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir- Repubblika, Żurrieq Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Lbiċ forza 2 għal 3 BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 gal 3 BAĦAR Ħafif It-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa Junction waslet fi tmiemha ILMINISTRU Ian Borg żar is-sit tal-proġett tal-Marsa Junction għal dak li huwa ddeskriva bħala l-ewwel tragward importanti ta' dan il-proġett; it-tlestija tal- bini tat-tliet korsiji ġodda fi Triq Aldo Moro, li jfisser li t-tieni fażi waslet viċin it-tmiem. Mill-ġimgħa d-dieħla stess, dawn it-tliet korsiji se jinfetħu għat- traffiku u se jkunu qegħdin temporanjament jieħdu post il-karreġġjata 'l fuq eżistenti sabiex din tinbena mill-ġdid. Borg qal li dan il-proġett mill-ewwel wera biċ-ċar il-bidla fil-mod kif saru jiġu ppjanati il-proġetti, bl-iskop li x-xogħlijiet jitwasslu fi żmien iqsar minn dak stabbilit. Huwa rrefera għall-fatt li f 'dan il-każ, tender wieħed inqasam fi tlieta sabiex setgħu jibdew il-preparamenti neċessarji għall-akbar fażi tal-proġett, u saħaq li kieku dan ma sarx, illum dan il-proġett għadu lanqas beda. Huwa spjega li waqt it- tieni fażi, jiġifieri fl-aħħar xhur, ix-xogħlijiet inkludew l-iżvilupp tal-korsiji ġodda kif ukoll tal-bankini u l-korsiji għaċ-ċiklisti fi Triq Aldo Moro, il-bini mill-ġdid tas-service road fid-direzzjoni 'l isfel u r-realignment u l-bini mill- ġdid ta' Triq il-Gvern Lokali. Il-Ministru żied jgħid li bħalma sar fil-proġett tal- Marsa-Ħamrun Bypass u fi proġetti oħrajn, taħt dawn it-toroq ġodda ġew mibnija mill-ġdid u żviluppati diversi servizzi importanti. F'dan il- każ, sar xogħol fuq networks estensivi għad-distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, drenaġġ u telekomunikazzjoni. Kien jeħtieġ aktar minn 7 kilometri ta' trinek u walk-through service culverts sabiex jitmexxew in-networks li jgħaddu mill- ħolqa u sabiex tiġi żviluppata aktar infrastruttura għal ħtiġijiet futuri. Taħt l-art inbniet ukoll sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita b'tul ta' 1.7 kilometri. Borg spjega wkoll aspett ieħor importanti f 'dan il- proġett, fejn it-toroq ġodda li qegħdin jinbnew f 'din il-junction qegħdin jiġu msaħħa b'saffi ta' geotextile u geogrid, li jnaqqsu l-impatt ta' subsurface water filtration u jżidu fid-durabbiltà tal-istrutturi billi jsaħħu l-pedamenti tat-triq, sabiex dan l-investiment iservi għal żmien itwal. Il-Ministru qal li dan huwa proġett li qiegħed isir b'metodu professjonali u li jikkunsidra d-dinamiċità tal- infrastruttura u t-trasport tal-pajjiż. Huwa rrefera għall-fatt li minbarra li l-pjanijiet dejjem jibqgħu segwiti għal titjib kontinwu, diġà saru investimenti oħra bħal dak ta' €20 miljun għall-mini ta' Santa Luċija u dak aktar riċenti ta' €2.5 miljun li se jkompli jtejjeb il-konnessjonijiet bejn Triq Aldo Moro, Triq Diċembru 13 u l-Marsa-Ħamrun Bypass, investmenti li jkomplu jestendu aktar il- benefiċċji tal-proġett Marsa Junction. Borg qal li dawn l-interventi juru biċ-ċar li l-ħidma qiegħda ssir bi ħsieb ta' network u mhux bi proġetti iżolati, u l-Gvern qiegħed jaħdem bi ħsieb li jgħaqqad it-Tramuntana maċ-ċentru u ċ-ċentru man-Nofsinhar. Huwa qal li dan l-istess ħsieb se jwassal sabiex Triq il-Kosta, il- Kappara Junction, il-Marsa- Ħamrun Bypass u l-Marsa Junction, kif ukoll is-Central Link Project, il-Marsa- Ħamrun Bypass u l-Marsa Junction ikunu żewġ rotot prinċipali li jwasslu lin-nies minn kull kantuniera tal- pajjiż għal kwalunkwe post ieħor mingħajr dewmien eċċessiv u b'inqas riskju ta' inċidenti. "Il-pjan tagħna mhuwiex biss għal-lum u għal għada, għalkemm qegħdin naħsbu f 'dawn ukoll. Il-pjan tagħna huwa għall-futur; għat- tgawdija tal-ġenerazzjonijiet li għad irid jiġu, sabiex huma jgawdu minn infrastruttura li qabel stajna biss noħolmu biha. Ninsabu impenjati li nkomplu nippjanaw u nimplimentaw proġetti favur kwalità tal- ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, " għalaq il-Ministru.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018