Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 TV/Ċinema GĦALKEMM m'iniex ċert mija fil-mija, għandi ħjiel qawwi li meta l-awtur Steve Alten kiteb il-bestseller tiegħu 'The Meg', b'xi mod kien ispirat minn 3 kotba: 'Jaws' [1975] ta' Peter Benchley: 'Moby Dick' [1956] ta' Herman Melville, u dak ta' Michael Crichton tal-1993, 'Jurassic Park'. Sekwenzi żgħar fil- verżjoni ċinematografika ta' 'The Meg' jimitaw lil 'Jaws', xatt fi gżira Ċiniża fejn kelb il-baħar preistoriku ['Jurassic Park'] jattakka lill- għawwiema, u l-protagonist, bħall- Kaptan Ahab ['Moby Dick'] jiffissa li joqtlu. It-titlu 'The Meg' huwa fil-qosor għal Megalodon, kelb il-baħar ta' madwar 75 pied li kien jgħix fl-ibħra tad-dinja xi żewġ miljun sena ilu. Jonas Taylor [Statham], li jsalva persuni li jkunu fil-periklu f 'qiegħ il-baħar, ħalla dan ix-xogħol warajh u sar akoliku, wara li ġie ffaċċjat minn bhima enormi taħt l-ilma. Waqt li ħadd ma emmnu, issa sar jibża'. Meta sottomarin attrezzat bl-aqwa teknoloġija moderna sabiex josserva l-ħajja fil-fond tal-oċean jispiċċa attakkat minn kreatura ġganteska, u minħabba f 'hekk ma jkunx jista' jitla' f 'wiċċ l-ilma, bl-ekwipaġġ maqbud ġo fih, dawk konnessi jmorru jfittxuh. Suyin [Bingbing], it-tifla attraenti ta' Dr Zhang [Chao], espert Ċiniż fl-oċeani, issostni li waħedha kapaċi teħles lil dawk itturufnati fil-qiegħ tal-Oċean Paċifiku. Madanakollu, il-kelb il-baħar ta' kobor enormi u suppost estint, irid ikun l-isforz ta' dawn it-tnejn sabiex din il-missjoni forsi tirnexxi. Il-megalodon jinsab għatxan għall-ikel, u se jattakka mhux biss għawwiema, iżda wkoll opri tal-baħar ta' daqs moderat. 'The Meg' hu thriller eżileranti tax-xjenza fittizja mimli eċċitament, azzjoni, divertiment u xi ftit umoriżmu wkoll. Addattat ħafna għal dan l-istaġun! The Meg Atturi ewlenin: Jason Statham, Li Bingbing, Rainn Wilson, Ruby Rose, Winston Chao, Olafur Darri Olafsson. Direttur: Jon Turtletaub. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 113 min. Ċert. 12A Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa ISSA ilna żmien mhux ħażin naraw produzzjonijiet dwar dinja distopika, b'atmosfera kerha ta' ġlied u qerda ma' kullimkien. Minkejja li fih dawn l-elementi, 'Hotel Artemis' jaqbad vija oħra li għal ħafna ħin teħodna 'l bogħod minn dawn is-sitwazzjonijiet ta' għajb. L-irvelli f 'lejl tas-sena futura tal-2028 fin-naħa t'isfel ta' Los Angeles tassew irrankaw b'qawwa, tant li t-triqat maġġuri huma kważi imbarrati. Il-protesti qegħdin isiru minħabba li ċ-ċittadini jridu ilma tax-xorb nadif. Il-pulizija, armati sa snienhom u lebsin għall-okkażjoni, qegħdin isawtu bl-aħrax lil dawk miżbugħin għall-ġlied b'żebgħa blu. F'dan il-kaos kollu, erba' individwi lebsin maskra, u li ppruvaw jisirqu bank mingħajr suċċess, jinqabdu f 'nofs il-folla sa ma jindarbu mill-pulizija. It-tama li jeħilsuha hija li jmorru fil-lukanda Artemis, fejn waħda mara, magħrufa bħala The Nurse [Foster], ilha tmexxi dan il-post għal 22 sena. Flimkien mal-assistent tagħha, Everest [Bautista], jieħdu ħsieb jikkuraw membri li huma kriminali b'teknoloġija avvanzata. Fil- lukanda hemm Nice [Boutella], assassina Franċiża u negozjanta tal-armi. The Nurse tkun avżata li s-sid kriminali tal-post [Goldblum] ġej hemm sabiex jiddewwa flimkien mat-tifel żbukkat tiegħu, Crosby [Zachary Quinto]. Barra minn hekk, pulizija midrub jiddaħħal hemm kontra r-regoli tal-post. Dan kollu se joħloq sitwazzjoni li jkun fadlilha ftit sabiex tisplodi. 'Hotel Artemis' hu kkargat b'atmosfera tetra ta' eċċitament kontinwu, b'kuluri skuri, azzjoni spinta kumbattiva u tmiem li aktarx inissel sequel. Hotel Artemis Atturi ewlenin: Jodie Foster, Sterling K. Brown, Sofia Boutella, Jeff Goldblum, Charlie Day, Dave Bautista. Direttur: Aron Pearce. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 94 min. Ċert. 15 Expedition Unknown: Viking Special | 22:00 on Travel Channel ITTFAL ċkejknin ukoll għandhom l-idoli supereroj tagħhom - dawn huma Teen Titans, ħames żgħażagħ egoċentriċi, mimlijin bihom infushom u li qed jilagħbuha ta' supereroj filwaqt li jidhru fl-ewwel film tagħhom; 'Teen Titans Go! To The Movies', u li diġà għamlu suċċess fuq it-televiżjoni fil- programm ta' Cartoon Network. Tant il-fama qed titla' għal rashom li, bħas-supereroj l-oħra magħrufin ta' DC Comics: Superman, Batman u Wonder Woman, iridu jsibu direttur rinomat ta' Hollywood li jinnutahom. B'xi ideat eċċentriċi u anki xi kanzunetti, imorru lejn il-Belt tal-Films fejn il-mexxej tagħhom, Robin, jixtieq isir stilla ta' Hollywood, u mhux jibqa' biss wieħed minn tal-grupp. Ingannati minn Super Viljakk li għandu pjan biex jakkwista d-dinja taħt idejh, dan it-tim, kompost minn Beast Boy, Cyborg, Raven, Starfire u Robin, jirrealizza li l-ħbiberija ta' bejniethom, flimkien mal-ispirtu ta' kumbattiment, qed jonqsu. Robin u l-kumpanija tiegħu se jissagrifikaw l-ambizzjoni li għandhom fuqhom sabiex isalvaw 'l-umanità! Għandhom jiftakru wkoll li ż-żgħar tad-dinja kollha diġà daħħluhom f 'qalbhom. 'Teen Titans Go! To The Movies' hu xogħol animat dwar ħames individwi ċkejknin pjuttost stupidi u moħħ ir-riħ li jridu jilagħbuha ta' qalbenin sabiex ikollhom il-film tagħhom waqt li okkażjoni propizja taqa' fuqhom sabiex tassew jaġixxu ta' supereroj u jagħtu gost lill-familji kollha. Teen Titans Go! To The Movies Vuċijiet ewlenin: Greg Cipes, Scott Menville, Khary Payton, Tara Strong, Hynden Walch. Diretturi: Peter Rida Michail u Aaron Horvarth. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 84 min. Ċert. PG.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018