Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Valletta Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum l-palazzi u l-ġonna li jżejnuha binja unika u li toffri mudell tajjeb tat-tqassim u d-dekor tal-palazzi Beltin. Il-post huwa proprjetà privata, u għalkemm miftuħ għaż- żjajjar mill-pubbliku f 'ħinijiet speċifiċi matul il-ġurnata, fih għadhom jgħixu n-nies. Iż-żjara mad-dar tinkludi aktar minn tnax-il kamra mżejna b'mod lussuż, ġonna mdawrin bil-ħitan, u nisġa ta' passaġġi u xelters taħt l-art li kienu jintużaw fi żmien il-gwerra. Palazzi oħrajn li huma ġawhar fil-kuruna tal-Belt Valletta huma l-Berġa ta' Aragona, il-Berġa tal-Baviera, Palazzo Ferreria u Palazzo Castellania. Kull belt grandjuża għandu jkollha ġonna grandjużi. Il-Belt Valletta mhijiex eċċezzjoni. Dak li jiddistingwi dawn il-ġonna minn ġonna oħrajn huwa l-fatt li kull wieħed mill- ġonna prinċipali għandu veduti spettakolari. Kemm jekk il-veduti spettakolari tal-Port il-Kbir mill-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq, u kemm jekk il-veduti tal-baħar miftuħ mill-Ġonna tal-Barrakka ta' Isfel, dawn il-postijiet trankwilli jagħtu ċ-ċans kemm lill-Beltin, lill-Maltin u lill-barranin li jżuruna, sabiex jaħarbu mill- istorbju u l-ħajja mgħaġġla fil-qalba tal-Belt. Il-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq huma l-aktar ġonna famużi tal-Belt Valletta, u bir- raġun. Il-ġonna għandhom fost l-aktar veduti panoramiċi tal-Port il-Kbir. Dawk li jżuru dan il-ġnien sabiħ, li jinsab fuq il-quċċata tas-sur ta' San Pietru u San Pawl, jistgħu jirrilassaw fuq il-bankijiet għad-dell tas-siġar twal jew fil-partijiet aktar esposti għaż-żiffa tal-baħar bejn il- loġoġ u l-ħnejjiet. Dawn tal- aħħar joffru l-aqwa veduti tal-Port u t-tlett ibliet tal- Kottonera. Il-ġonna jilqgħu fihom ukoll xogħlijiet artistiċi notevoli, inkluża skultura partikolarment magħrufa bl-isem ta' Les Gavroches, li nħadmet mill- iskultur Malti ta' fama dinjija Antonio Sciortino. Il-Ġonna tal-Barrakka ta' Isfel huma kemxejn inqas popolari minn dawk tal- Barrakka ta' Fuq, għalkemm dawn joffru mistrieħ aktar trankwill lil min iżurhom. Dawn il-ġonna, li jinsabu fuq in-naħa tal-Lvant tal-Belt, għandhom fihom monument partikolari neoklassiku ddedikat lil Sir Alexander Ball, l-ewwel u l-aktar maħbub minn fost il- gvernaturi Ingliżi ta' Malta. Il-Ġnien ta' Hastings huwa ġnien trankwill li nbena ad unur Lord Hastings, li kien it-tieni gvernatur Ingliż ta' Malta. Huwa ddisinjat fuq stil Neoklassiku u jinkludi monument imponenti ddedikat lil Lord Hastings innifsu. Il-ġonna huma magħrufa għall-veduti mill- isbaħ tal-port ta' Marsamxett. Minn dan il-ġnien jidhru wkoll il-marina tal-jottijiet fl-Imsida u l-Gżira tal- Isqof (magħrufa iktar bħala Manoel Island). Kull belt grandjuża artistiċi notevoli, inkluża Dawn il-ġonna, li jinsabu Malta. Huwa ddisinjat fuq Il-Ġonna tal- Barrakka ta' Isfel huma kemxejn inqas popolari minn dawk tal-Barrakka ta' Fuq, għalkemm dawn joffru mistrieħ aktar trankwill lil min iżurhom. Il-Barrakka ta' Fuq Il-Barrakka ta' Isfel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018