Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum Graham Borg jistabbilixxi Rekord ġdid Malti -Ironman 70.3 Minn Cristian Antony Muscat IĊCHAMPION Nazzjonali tal-Triathlon attwali u l-atleta tat- Mosta Tri Team Graham Borg għadu kemm kiser ir-rekord nazzjonali Malti, li kien stabbilixxa hu stess is-sena l-oħra, fid-distanza tal-Ironman 70.3 (1.9km għawm, 90km rota, 21km ġirja) ġewwa Gdynia, il-Polonja. Il-Belt tal-Port Baltiku ta'Gdynia ospitat kważi elfejn atleta. L-għawma, li kważi ġiet kanċellata ftit jiem qabel it-tellieqa minħabba kundizzjonijiet ħżiena tal-baħar, saret fil-baħar Baltiku, fil-waqt li ir-rotta ta'90km bir- rota saret fir-reġjun ta' Kasubia qabel ma l-atleti bdew il-ġirja fiċ-ċentru ta' Gdynia. Borg spiċċa t-tellieqa ta'113km f 'ħin ta' 4 sigħat, 17minuti u 27sekonda b'hekk waqqaf rekord nazzjonali ġdid għal- Malta. Borg kien stabilixx ħin ta' erba' sigħat, 21 minuta u 22 sekonda ġewwa t-Turkija s-sena li għaddiet. Għalkemm Borg ma rnexxielux jikseb it-tielet post fuq il-podju għal biss 30 sekonda, Borg spiċċa fir-raba' post minn fost 398 atleta fil-kategorija tal-grupp ta' Età tiegħu u d-39 minn total ta' 1927 atleta. Il-prestazzjoni ta' Borg ratu jikkwalifika għall- Kampjonati tad-dinja tal-2019 li ser isiru ġewwa Nizza fi Franza. "It-tellieqa ta' Gdynia kienet parti mit-tħejjijiet għall-Kampjonati tad- Dinja li ser jsiru ġewwa l-Afrika t'Isfel. Sa' issa kien staġun kompetittiv u twil, iżda minkejja it- tlielaq kollha, Ħassejtni b'saħħti fit-tliet dixxiplini. Il-kundizzjonijiet kienu pjuttost favorevoli ħlief għal xi xita matul il- ġirja "spjega Borg wara it-tellieqa. "Il-kisba ta' rekord nazzjonali ġdid żgur huwa ta'motivazzjoni biex nkompli ngħati prestazzjonijiet tajba fit- tlielaq li jmiss. Yazmin Zammit Stevens fl-ewwel post f'tournament internazzjonali tal-Weightlifting SEBA' mija u tliet atleti minn madwar id-dinja nklużi ġganti fil-weightlifting bħall-Awstralja, New Zealand, Nauru, Kiribati, il-Finlandja, Kanada, l-Afrika ta' Isfel kif ukoll Malta fost l-oħrajn ħadu sehem fit- Tournament Internazzjonali tal-Weightlifting, ELEIKO Email International. Il-weightlifter ewlenija Maltija Yazmin Zammit Stevens spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija tad-69 kilo minn total ta' 51 atleta fil- grupp tagħha. Wara li spiċċat fir-raba' post f 'dan l-istess kampjonat is-sena li għaddiet, Zammit Stevens irnexxielha terġa' tistabilixxi riżultat mill-aqwa din is-sena billi spiċċat fil-quċċata b'total ta' 185 kilogramma. Yazmin kienet segwita minn Lovett ta' New Zealand, b'seba' kilogrammi anqas u fit-tielet post spiċċat Abouke minn Nauru b'10 kilogrammi anqas. Flimkien mal-Logħob tal- Commonwealth tagħha u s-suċċess tal-Logħob tal- Mediterran, jidher li ma kien hemm l-ebda waqfien għal din l-atleta fit-triq tagħha biex jintlaħaq suċċess internazzjonali. Riżultati rispettabbli oħra minn dan it-tournament ġew minn Elisia Scicluna li kkompetiet fil-kategorija tad-90 kilo, fejn spiċċat fir-raba' post ġenerali minn total ta' 30 atleta. Tenishia Thorton ta' 12-il sena, li tiżen biss 41.7 kilo spiċċat fit-tmien post fil- kategorija tat-48 kilo wara atleti mill-Awstralja, Nauru, Solomon, New Zealand u Guam. Atleta ġdida fid-dinja tal-weightlifting, iżda definittivament atleta ta' suċċess hija Roberta Tabone li akkwistat l-10 post fil- kategorija tad-69kilo b'total ta' 164 kilo. Tabone, li normalment hija aktar magħrufa għall-prestazzjoni tagħha f 'kompetizzjonijiet crossfit, dan l-aħħar ingħaqdet ukoll fid-dinja tal-weightlifting u uriet li hija atleta promettenti bil-prestazzjonijiet tagħha. Il-Club Cougars minll- Awtsralja rebaħ il- kompetizzjoni ġenerali tal-Clubs, segwit mill-club Taborio minn Kiribati u l-club Rocks minn Nauru. L-aqwa riżultat mill-club ta' Malta ġie mill-Alpha Weightlifting Club fis-sezzjoni tan-nisa fejn spiċċa fil-11-il post fost 43 club b'total ta' 67 punt. Yazmin Zammit Stevens -azzjoni Graham Borg Gdynia, il-Polonja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018