Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 Christian Formosa u Marie Claire Aquilina Champions Nazzjonali taċ-Ċikliżmu DAN l-aħħar għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn Christian Formosa ta' The Cyclist iddefenda b'suċċess it-titlu ta' Champion Nazzjonali li huwa kien akkwista għall-ewwel darba s-sena l-oħra. Huwa tella' total ta' 510 punti, miksuba minn rebħa f 'San Pawl u meta spiċċa fit-tielet post f 'San Martin u Tal- Maqluba. Fit-tieni post, b'total ta' 495 punt, ikklassifika għal darb'oħra ħuh, Maurice Formosa, membru tal- istess klabb ta' The Cyclist CC b'495 punt. Fit-tielet post spiċċa Alexander Pettett ta' Pro Action - Volata CT b'total ta' 470 punt. Bħala Champion Femminili ttrijonfat Marie Claire Aquilina tat-Team Greens li kkonfermat l-istaġun ferm tajjeb tagħha. Hija spiċċat l-ewwel b'total massimu ta' 600 punt. Dawn il- punti kienu akkwistati minn rebħiet f 'San Pawl il-Baħar, San Martin u f 'Tal-Maqluba. Fit-tieni post, b'485 punt, spiċċat seħbitha Michelle Vella Wood, waqt li Marion Pullicino ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċat it-tielet b'total ta' 315-il punt. Is-suċċessi għal The Cyclist komplew meta huma rebħu anke l-Kampjonat tal-Juniors fejn hawn ħareġ rebbieħ Isaac Spiteri li kiseb punti massimi ta' 600 punt bi tliet rebħiet. Fit-tieni post spiċċa Gianluca Camilleri ta' B'Kara St.Joseph SC b'490 punt, filwaqt li fit- tielet post spiċċa Nicholas Vella ta' Agones SFC b'155 punt. Fil-Kategorija tal- Master 40+ ħareġ rebbieħ Malcolm Cachia ta' The Cyclist b'555 punt miksuba minn żewġ rebħiet f 'San Pawl il- Baħar u San Martin u fit-tielet post f 'Tal- Maqluba. Ħames punti warajh spiċċa l-eks champion Ivan Zammit ta' Birkirkara St Joseph SC, filwaqt li fit-tielet pożizzjoni spiċċa Mario Attard tat-Team Greens b'450 punt. Il-Kampjonat tal- Masters 50+ ra suċċess għal Mark Schembri, ċiklista ta' Mosta AF Sign Studio CC, li spiċċa f 'ras il-klassifika b'massimu ta' 600 punt. Warajh spiċċaw Steve Mifsud, ukoll ta' Mosta AF Sign Studio CC, b'505 punt u Joseph Micallef ta' The Cyclist bi 330 punt. Il-Kampjonat tat-tfal ta' taħt is-16-il sena, intrebaħ minn Sean Enriquez ta' Mosta AF Sign Studio CC b'550 punt miksuba minn rebħa f 'Tal Maqluba u t-tieni post F'San Pawl u f 'San Martin. Mika Zammit ta' Agones SFDC spiċċa t-tieni bi 330 punt, filwaqt li fit- tielet pożizzjoni spiċċaw flimkien żewġ ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC b'200 punt kull wieħed. Christina Spiteri ta' The Cyclist kisbet tliet rebħiet biex spiċċat champion taż-żgħar tal-Bniet ta' taħt l-14-il sena b'total massimu ta' 600 punt. Fiż-żewġ pożizzjonijiet ta' wara spiċċaw Justine De Giorgio u Bettina Falzon, it-tnejn ta' Mosta AF Sign Studio CC b'525 u 310 punti rispettivament. Matthew Galea Pirotta ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil- kategorija tas-Subien ta' taħt l-14-il sena b'total massimu ta' 600 punt, segwit minn żewġ ċiklisti oħra tal-istess klabb Mosti, Luke Joseph Camilleri u Nathan Zammit rispettivament b'470 u b'435 punt. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tgħid grazzi liċ-ċiklisti kollha għall- parteċipazzjoni tagħhom kif ukoll lill-uffiċjali tal-klabbs kollha, kif ukoll lit-tim tal-ARRTS Timing System għax- xogħol kbir tagħhom. Radd ta' ħajr ukoll lill- Kunsilli Lokali rispettivi, Transport Malta, Pulizija u Emergency First Response għas-servizzi u l-koperazzjoni tagħhom. Christian Formosa u Marie Claire Aquilina imkien ma' ċiklisti oħra u esponenti tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Riżultati kollha Elite Maskili 1. Christian Formosa - The Cyclist 510 punti 2. Maurice Formosa - The Cyclist 495 punt 3. Alexander Pettett - Pro Action - Volata CT 470 punt Elite Feminili 1. Marie Claire Aquilina - Team Greens 600 punt 2. Michelle Vella Wood - Team Greens 485 punt 3. Marion Pullicino - Mosta AF Sign Studio CC 315-il punt Juniors 1. Isaac Spiteri - The Cyclist 600 punt 2. Gianluca Camilleri - B'Kara St.Joseph SC 490 punt 3. Nicholas Vella - Agones SFC 155 punt Masters 40+ 1. Malcolm Cachia - The Cyclist 555 punt 2. Ivan Zammit - B'Kara St.Joseph SC 550 punt 3. Mario Attard - Team Greens 450 punt Masters 50+ 1. Mark Schembri - Mosta AF Sign Studio CC 600 punt 2. Steve Mifsud - Mosta AF Sign Studio CC 505 punti 3. Joseph Micallef - The Cyclist 330 punt Taħt is-16-il sena Maskili 1. Sean Enriquez - Mosta AF Sign Studio CC 550 punt 2. Mika Zammit - Agones SFC 330 punt 3. Nikol Micallef - Mosta AF Sign Studio CC 200 punt 3. Malcolm Vassallo - Mosta AF Sign Studio CC 200 punt Taħt l-14-il sena Femminili 1. Christina Spiteri - The Cyclist 600 punt 2. Justine Degiorgio - Mosta AF Sign Studio CC 525 punt 2. Bettina Falzon - Mosta AF Sign Studio CC 310 punti Taħt l-14-il sena Maskili 1. Matthew Galea Pirotta - Mosta AF Sign Studio CC 600 punt 2. Luke Joseph Camilleri - Mosta AF Sign Studio CC 470 punt 3. Nathan Zammit - Mosta AF Sign Studio CC 435 punt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018