Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Valletta illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 ILBELT innifisha hija kapulavur arkitettoniku. Imdawra bis-swar maestużi mibnija mill-Ordni ta' San Ġwann, hija teżor ta' ġmiel arkitettoniku b'binjiet sbieħ Barokki, palazzi spettakolari, knejjes impressjonanti, teatri tal-għaġeb u ġonna pittoreski. Il-Kavallieri, magħrufa għad-devozzjoni tagħhom lejn il-fidi Kattolika u l-imħabba għall-palazzi, raw li jkun hemm mit-tnejn f 'kull belt li bnew. Fil-fatt, waħda mill-ewwel binjiet li nbnew fil-Belt Valletta kienet il-Knisja tal-Vitorja, xhieda tal-fidi tagħhom u r-rebħa kontra t-Torok fl- Assedju l-Kbir. Illum insibu aktar minn ħamsa u għoxrin knisja fil-Belt Valletta. Żgur li waħda mill-aktar binjiet impressjonanti tal-Kavallieri, mhux f 'pajjiżna biss imma anke bħala patrimonju dinji, huwa l-Konkatidral ta' San Ġwann, katidral maestuż u Barokk li fih hemm miżmuma l-aqwa għotjiet tal-Kavallieri. Il-Kavallieri bnew ukoll numru ta' palazzi, jew bereġ, madwar il-Belt Valleta, waħda għal kull lingwa differenti tal-ordni tagħhom. Il-Palazz tal-Gran Mastru huwa ġojjell arkitettoniku, fost l-aktar strutturi tal-għaġeb fiċ-ċentru tal-Belt. Oriġinarjament il- Berġa tal-Italja, u ddisinjata minn Ġlormu Cassar, fiha diversi xogħlijiet artistiċi sbieħ bħal arazzi u affreski, kif ukoll armerija impressjonanti. Ġewwa l-ħitan tal-Belt wieħed jista' wkoll jirrilassa bilqiegħda f 'xi wieħed mill- ġonna, filwaqt li jgawdi veduti tal-portijiet tal-Belt u ż-żoni tal-madwar. Mill-ġonna ta' Hastings fuq in-naħa tal- Punent tal-għolja Sciberras wieħed jista' jara l-Port ta' Marsamxett u l-istrutturi spettakolari li hemm fix-xatt. Fuq in-naħa tal-Lvant wieħed jista' jara l-fortifikazzjonijiet sbieħ tat-tlett ibliet tal- Kottonera, kif ukoll il-Port il-Kbir. Fl-aħħar għoxrin sena l-Belt Valletta għaddiet minn proċess ta' riġenerazzjoni u qawmien, fejn żoni qodma li qabel kienu mitluqa reġgħu ngħataw il-ħajja. Strada Stretta hija eżempju ċar ta' dan il-proċess ta' tiġdid fil-Belt. Mitluqa sa ftit snin ilu, illum saret waħda mill- iktar toroq mimlija attività, bil-bars, ristoranti u wine bars miftuħa sa tard billejl. Il-biċċerija l-antika wkoll qed tiġi rranġata bi proġett tal- Valletta 2018, sabiex b'hekk issir ċentru għall-kultura u l-arti. Madankollu, il-Belt Valletta żviluppat ukoll maż-żminijiet, u llum tiftaħar ukoll b'arkitettura moderna bħal- lift tal-Barrakka, li għandu wkoll stil kontemporanju u esperimentali, kif ukoll il-bini tal-parlament il-ġdid, iddisinjat mill-perit ta' fama mondjali Renzo Piano. Piano ħadem ukoll fuq it-teatru l-antik, li kien iġġarraf mill- bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija, billi niseġ dak li kien fadal mill-istruttura oriġinali mal-viżjoni moderna tiegħu. Il-Belt Valletta hija verament belt ħajja li kapaċi tħaddan il- bidla, iżżomm il-wirt storiku tagħha, filwaqt li timxi 'l quddiem, u ssir nisġa waħda ta' binjiet, kemm qodma kif ukoll ġodda. Il-Belt Valletta hija belt glorjuża u impressjonanti, partikolarment ukoll minħabba l-arkitettura rikka tagħha. F'kull rokna, dawk kollha li jżuruha jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ ma' kapolavuri u ġojjelli tal-arkitettura, speċjalment permezz tal- palazzi li jgawdu pożizzjoni prominenti f 'din il-belt maestuża. L-aktar magħruf fost dawn huwa l-Palazz tal-Gran Mastru, li ġie ddisinjat mill- arkitett rinomat Malti Ġlormu Cassar. Dan il-palazz lussuż kien jintuża bħala r-residenza uffiċjali tal-Gran Mastri tal- Ordni ta' San Ġwann. Illum il- ġurnata huwa l-palazz uffiċjali u l-uffiċċju tal-President ta' Malta. Fih ukoll l-Armerija tal-Palazz, li tikkonsisti f 'kollezzjoni unika ta' armi Medjevali u lbies ornamentali tal-gwerra. Il-Berġa ta' Kastilja, li tinsab fuq l-ogħla ponta tal-Belt Valletta qrib id-daħla tagħha, hija binja impressjonanti tal-era Barokka. Dan il-bini, li oriġinarjament kien il-berġa għal-Lingwi ta' Kastilja, León u l-Portugall, issa jservi bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Kuntrarju għal palazzi oħrajn li nsibu fil-Belt, il-Berġa ta' Kastilja għandha turġien kbar u wesgħin fid-daħla tagħha, li jkomplu jagħtuha dehra imponenti. Il-faċċata sabiħa ta' dan il-bini, li ġiet irrestawrata fl-aħħar snin, tikkumplimenta d-dekor Barokk, daqstant ieħor impressjonanti, li għandha fuq ġewwa. Il-Berġa ta' Provenza, li tinsab fi Triq ir-Repubblika u li llum tospita l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, ukoll ġiet iddisinjata minn Ġlormu Cassar, għandha struttura mill-isbaħ u tinkludi sala kbira u lussuża magħrufa bħala il-"Grand Salon". Il-Berġa tal-Italja hija eżempju eċċellenti ieħor ta' berġa li ġiet iddisinjata minn Ġlormu Cassar. Sa ftit ilu kienet tospita l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu iżda bħalissa fiha għaddejjin xogħlijiet avvanzati ta' ristrutturar biex minn hawn u ftit xhur oħra tiftaħ il-bibien tagħha bħala l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-ġdid f 'Malta bl-isem ta' MUŻA. Dan il-bini għandu stemma araldika tal-ġebel impressjonanti fuq il-faċċata tiegħu fi Triq il-Merkanti. Casa Rocca Piccola hija Il-Belt Valletta u l-palazzi CLIFFORD GALEA Ġwann, katidral maestuż u Barokk li fih hemm miżmuma ngħataw il-ħajja. Strada Stretta hija eżempju partikolarment ukoll kbar u wesgħin fid-daħla Il-ġnien ta' Hastings Il-Berġa ta' Kastilja, li tinsab fuq l-ogħla ponta tal-Belt Valletta qrib id-daħla tagħha, hija binja impressjonanti tal-era Barokka. Dan il-bini, li oriġinarjament kien il-berġa għal-Lingwi ta' Kastilja, León u l-Portugall issa jservi bħala l-uffiċċju tal- Prim Ministru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018