Illum previous editions

illum 12 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Leo għal Aquarius se jwassallek suġġeriment li se jġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istil ta' madwarek. Ipprova twebbisx rasek, għax din il-bidla hija bżonjuża, kemm għal dak li ġej għalik fil-ġimgħat li ġejjin kif ukoll sabiex inti tagħraf lilek innifsek iktar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: isfar u oranġjo. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar stilla ideali għalik għal din il gimgħa hi dik ta' Aries. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 15, 17 u 18. Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Leo għal Pisces se jġiegħlek tħossok persuna aktar matura u ddixxiplinata. Din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tiltaqa' ma' persuni ġodda bil-probabbiltà wkoll ta' pjanijiet ġodda. Biss, għandek tagħraf li tkun imħejji sew għal dan, minbarra li għandek turi li int kapaċi għal dak li tidħol għalih. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu u isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18. L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hija Taurus. Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Leo għal Aries bħalissa qed iqanqallek ħsibijiet forma ta' tpattija, iżda l-parir hu sabiex kemm tista' qis li żżomm il-kalma. Tagħmel l-ebda azzjoni, anzi, ipprova itgħallem minn din l-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti ruħha. Żewġ azzjonijiet ħżiena ma jagħmlux waħda tajba. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: abjad u kannella. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 16 u 17. L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hija Pisces. Aries huma magħrufin għall-ebusija ta' rashom. Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Leo għal Taurus iġib miegħu mument li jġiegħlek tħoss il-pożizzjoni finanzjarja ta' madwarek sejra ħażin. Dan joħloq ċerta pressjoni. Biss, jekk int tagħraf tagħmel xi forma ta' pjan sabiex tibda timmaniġġja l-infiq tiegħek, dan ikun ta' gwadann għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Namaste. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: oranġjo u isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 18. L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hija Virgo. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Leo għal Gemini juri mument stressanti li madanakollu jipprova jibbilanċja kollox. Huwa importanti li toħroġ bil-qawwa tiegħek kollha possibbli, anki jekk uħud minn dawk ta' madwarek jaħsbu li m'intx se tirnexxi f'dan il-pass kbir li se tagħmel. Ibqa' żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 18. L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hija dik ta' Cancer. Gemini huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Leo għal Cancer se jġiegħlek iddur madwarek sabiex tara jekk ħajtek hijiex waħda ideali. Dan tkun tafu fil-ġimgħat li ġejjin. Int kun dejjem kawt, biss osserva dejjem ħalli tkun tista' tanalizza dak kollu li jkun għaddej, u minn hemmhekk taqbad id-direzzjoni tajba għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: blu u isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17. L-istilla ideali għalik hija dik ta' Aquarius. Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo għall-istess Leo se jwasslek sabiex tagħraf li kollox għandu ż-żmien tiegħu. Biss, din se tkun fażi li int se toħroġ minnha, basta tagħraf timxi b'moħħok. Għalkemm int tħobb timxi waħdek, jista' jkun li wasal iż-żmien li tieħu xi tip ta' parir bħala gwida matul din il-fażi. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar u oranġjo. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 18. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Capricorn. Leo huma magħrufin bħala nies ta' fehma soda. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Leo għal Virgo se jfisser iżjed impenn u responsabbiltà għal ta' madwarek. Hekk se tagħraf turi kemm int responsabbli, filwaqt li ttejjeb il-madwar tiegħek b'tali mod li hemm bżonn toħroġ daqsxejn minn qoxortok u tagħraf dejjem iżjed lilek innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo u isfar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 17 u 18. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Scorpio. Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument. Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Leo għal Libra se jfisser iktar impenn fil-karriera. Hekk se tagħti spinta sabiex tkun tista' ttejjeb il-madwar tiegħek u dak li għandek. Dan għandek tagħraf tagħmlu b'mod mill-iktar għaqli. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: aħdar u abjad. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 16 u 17. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Leo. Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Leo għal Scorpio se jfisser impenn u preparazzjoni f 'dak li hemm riesaq lejk. B'hekk tkun tista' ttejjeb dejjem iżjed lilek innifsek. Dak li fil-passat seta' kien ta' komfort issa jista' jkun żmien ta' għaqda. Dejjem żomm pass lura. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar u vjola. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Libra. Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Leo għal Sagittarius se jfisser impenn fl-imħabba. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, dan se jġiegħlek tagħraf iżjed int fejn trid tmur. Hekk ovvjament iġiegħlek tħares iżjed 'il quddiem. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu u roża. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 17 u 18. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Gemini. Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Leo għal Capricorn se jfisser iżjed impenn dwarek innifsek. Dan se jagħtik ċans akbar sabiex tiddedika ħin għalik innifsek, kemm mil-lat ta' kif tippreżenta ruħek kif ukoll mil- lat ta' dieta. Dawn huma fost l-affarijiet li int jeħtieġlek tagħraf f 'dan il-mument. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: vjola u aħmar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 16. L-istilla li l-aktar taffettwak b'mod pożittiv ġejja minn Sagittarius. Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru. Bidu tal-Oroskopju ta' Leo mit-12 ta' Awwissu sat-18 ta' Awwissu PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-09.00 u d-21.00 fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon. www.pauljon13.com Il-ktieb li dan is-sajf għandek taqra. Garanzija li malli tibda taqrah ma tkunx trid tieqaf TAQRAH. Ktieb li jiġbor 7 rakkonti VERA ta' nies bħalek li esperjenzaw kuntatt mal-ispirti. 7 rakkonti li jħalluk imwaħħal taqra. Segwi x'se ssib l-paġna ta' wara. GĦALHEKK, DAN IS-SAJF IXTRI 7 RAKKONTI MISTERJUŻI, għax f 'Novembru joħroġ IT-TIENI volum. Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 99013600. Għalikom, qarrejja ta' din il-paġna, għandna SKONT! Namaste.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 August 2018