Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1013921
10 illum | Il-Ħadd 12 ta' Awwissu 2018 Aħbarijiet KIENU mumenti ta' tensjoni politika, fejn kulħadd beda jitkellem, jargumenta u jisma' lill- Perit Mintoff jgħajjat u jċanfar lill-Prim Ministru u mexxej Laburista ta' dak iż-żmien Alfred Sant fuq il- proġett tal-Kottonera. Waqt li bdew telgħin il-billboards u bdew jitlestew proġetti infrastrutturali f 'postijiet bħal Birżebbuġa u Buġibba, il-Gvern ta' Alfred Sant kien qed jaffaċċja l-ikbar battalja tiegħu fil-Parlament; battalja li għerrqitu! Kien il-baġit li ressaq Gvern Laburista mill-Ministru Leo Brincat. U fid-diskors tiegħu, l-eks PM Nazzjonalista u President Emeritus Eddie Fenech Adami kien waqaf nofs siegħa qabel sabiex Mintoff jitkellem, naturalment mossa politika magħmula sabiex tkompli tagħmel ħsara lill-Gvern Laburista, diġà taħt pressjoni mill-pubbliku minħabba ċerti miżuri, speċjalment minħabba ż-żieda fil- kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Dan kien il-bidu tal- agħar perjodu għall- Partit Laburista, perjodu illi fih ġarrab diversi telfiet u li matulu spiċċa tilef elezzjonijiet u anke referendum. Kien żmien meta l-Partit Laburista kien ferm differenti minn dak li nafu llum. Is-sajf tal-1998: sajf jaħraq Kienet is-sħana u Sant kien niżel il-Birgu għal konferenza tal-aħbarijiet, u minflok sab folla tistennieh. Kienet folla kkargata u rrabjata hekk kif Mintoff kien reġa' vvota kontra l-Gvern Laburista. Dakinhar Sant kien tilef il-kalma u beda jisfida lil Mintoff, ikona Laburista u missier il-Partit Laburista kif nafuh illum, biex jirreżenja filwaqt li akkużah bi tradiment. Din it-tgħajjira tiġi fid-dawl tal-konfoffa, immaġinata jew reali, illi fiha Mintoff kien qed jaħdem viċin in-Nazzjonalisti li riedu jwaqqgħu lill-Gvern akkost ta' kollox. In-Nazzjonalisti, mmexxijin minn Fenech Adami, użaw l-antipatija li kellu Mintoff għal Sant sabiex ikabbru u jimmassimizzaw il-ħsara li setgħet issir lill- Gvern. U fil-fatt hekk ġara. Il- Gvern ta' Sant waqa', segwit bil-famużi xeni quddiem il-Parlament bid-Deputat Joe Debono Grech idur għall- crew tat-televixin, ġlied fil-Parlament, l-eks PM Sant jitlob lill-ġurnalisti, (fosthom Pierre Portelli) sabiex joqogħdu attenti mill-wires u attivisti Laburisti jgħajru lil Mintoff "Ġuda" u "traditur". Kienet elezzjoni taħraq li fiha n-narrattiva kienet ċara. Il-PN favur sħubija mal-UE u bil-wegħda ta' tnaqqis tal-kontijiet tad- dawl u tal-ilma, u l-Labour bl-għajta tal-"Valuri Sodi, Viżjoni Moderna", b'Sant jgħid illi l-Gvern tiegħu kien "hijacked" min-Nazzjonalisti. Sussegwentement il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni, bin-Nazzjonalisti jiġru b'wiċċ Mintoff, l-akbar avversarju tal-PN għal snin sħaħ, fil- carcades, b'turija ta' ferħ għax waqqa' l-Gvern. Kienet l-akbar ironija politika fl- aħħar snin. Għal min kien Laburist dak iż-żmien din probabbilment kienet waħda mill-aktar telfiet koroh. Wara disa' snin u nofs fl-oppożizzjoni, u wara li kienu ilhom ma jiksbu l-maġġoranza tal- voti mill-1976, din kienet pillola qarsa għal-Laburisti, li kellhom jitilfu gvern li ntrebaħ b'distakk ta' madwar 7,000 vot u swing favur il- Partit Laburista ta' 20,000. Sant kien ikkonfermat mexxej f 'dik il-konferenza famuża illi fiha, irrabjat għall-aħħar, kien qal li l-Labour kien tilef il-battalja imma mhux il-gwerra, u wera li l-Partit Laburista mhux se jkun ħanin, anzi se jaddotta l-attitudni politika tal-għajn għal għajn u sinna b'sinna. Dan kien l-agħar mument tal-Labour f 'dawn l-20 sena. Partnership; daqqa oħra għal-Labour L-1998 kienet waħda mill- agħar snin tal-Labour, jekk mhux l-agħar. Kienet sena illi fiha nħass li nsteraq gvern mill-Partit u li baqgħet tkun iddominata minn inkwiet intern fil-partit. Iżda maż-żmien l-affarijiet bdew jikkalmaw, sakemm bdiet il-battalja politika dwar jekk Malta għandhiex issir membru tal-UE jew le. Il-Partit Laburista kien ħa pożizzjoni kontra, u kien ippreveda li bl-UE ħafna fabbriki se jagħlqu u li id- daqs ta' Malta se jkun ifisser li mhux se jkollha saħħa. Il-kampanja tar-referendum mill-ġdid kienet qalila. Żewġ poli jiġġieldu l-pożizzjoni tagħhom, b'mass meetings u attivitajiet kuljum. B'żewġ diski: 'Ngħidu Iva' għall- Partit Nazzjonalista u dawk Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 20 sena tal-Labour: Mill-agħar Bħalissa, il-Partit Laburista u Muscat jinsabu f 'quċċata li qatt ma kienu fi ha, tant li probab- bilment l-ebda partit politiku fi l-Gvern ma kien b'saħħtu daqs il-Labour bħalissa. Imma t-triq tal-glorja kienet mimlija ħofor, xewk, diżappunti u telf. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-agħar mumenti u l-aqwa mumenti tal-Labour mill-1998 Mill-glorja tas-70ijiet għal 'Ġuda' u 'Traditur' fl-1998 Joseph Muscat ħdejn Alfred Sant fl-elezzjoni tal-1998: 'Valuri Sodi, Viżjoni Moderna' Fl-2008 kien hemm sensazzjoni ta' Bidu Ġdid... li ma seħħx għal ftit voti