Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum 'Ibqgħu ukati fuq l-ambizzjonijiet u dejjem żommu saqajkom mal-art' NEIL Micallef - plejer tat-tim ta' Santa Luċija FC bl-ambizzjonijiet tiegħu jkunu dawk li jilgħab fl- ogħla livelli ta' Malta kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti u jekk ikollu ċans imur jilgħab ukoll barra minn xtutna. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Nista' ngħid li l-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn mindu kelli erba' snin fejn il-familja tiegħi ddeċidiet li ddaħħalni mal- akkademja ta' Birkirkara u minn hemm bqajt nitħarreġ u l-imħabba għall-futbol baqgħet dejjem tikber. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Naħseb li wrejna li iktar ma tim ikun magħqud iktar kapaċi jimxi 'l quddiem u għalkemm ma kinitx faċli għalina qatt ma qtajna qalbna u dejjem bqajna nemmnu. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naqbel magħha għax dejjem tiftaħ l-opportunità lil timijiet żgħar biex jippromettu fil- Kampjonat Malti. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, naqbel li hemm differenza. Nemmen li hija l-esperjenza li tagħmel dik id-differenza bejn it- timijiet ta' fuq u t-timijiet ta' taħt. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le, ma naqbilx li għandu jkun hemm 11-il barrani fil-grawnd minħabba li b'hekk il-livell tat-tim nazzjonali ma jkunx jista' jitjieb. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hemm minnhom li jkunu ta' livell u hemm oħrajn li ma jkunux daqshekk ta' livell għoli, għalkemm il-livell ta' ċerti plejers Maltin huwa għoli ħafna iktar minn ta' ċerti plejers barranin li jiġu jilagħbu f 'pajjiżna. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Bħala grawnds m'għandi l-ebda oġġezzjoni fil-fehma tiegħi. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Ovvjament ċerti żbalji ħa jsiru min-naħa tar-referis f '90 minuta. Ma tippretendix li jagħmlu kollox perfett, però xi kultant ikun hemm żbalji naqra banali min-naħa tagħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji li jrid jagħmel plejer tal-futbol huma ħafna, fejn apparti t-taħriġ li tagħmel mal-klabb, trid tagħmel taħriġ apparti u jrid ikollok impenn kbir għall-istess taħriġ mat-tim, li trid tmur kuljum għalih u tagħti l-100% tiegħek. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli dejjem tlaħħaq max- xogħol u l-futbol però trid tagħmel minn kollox biex wara x-xogħol tibqa' sejjer dritt għat-taħriġ u tagħti l-100% tiegħek. Fil-fehma tiegħi, dak huwa wieħed mill-akbar sagrifiċċji li trid tagħmel. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? L-ambizzjonijiet tiegħi huma li nilgħab fl-ogħla livelli ta' Malta kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti u jekk ikolli ċans li mmur nilgħab barra minn xtutna, immur ukoll. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi lil dawn iż- żgħażagħ huwa: "Ibqgħu ffukati fuq l-ambizzjonijiet li jkollkom f 'moħħkom, dejjem żommu saqajkom mal-art, dejjem agħtu l-100% tagħkom f 'kull ħaġa li tagħmlu u minn żball li tkun wettaqt, dejjem għandek titgħallem minnu u tieħu l-pożittiv minnu. minn Cristian Antony Muscat Neil Micallef, plejer ta' Santa Luċija FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019