Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

UGLY Dolls hu film animat, avventura mużikali b'karattri mhux kif is-soltu l-udjenzi jistennew. Dan hu ispirat mill- fenominu tal-2001 dwar ġugarelli lussużi maħbuba minn madwar il-globu. Mill- ewwel, din il-marka akkwistat il-fama ta' kult u ġiet onorata bħala l-Ġugarell tas-Sena mill-Assoċjazzjoni Industrijali tal-Ġugarelli fl-2006. Dawn il-karattri diversi saru wisq maħbubin mit- tfal, żgħażagħ u anki adulti, propjament għax huma koroh imma b'mod li jmissu l-emozzjonijiet. Dawk il-pupi li joħorġu difettużi mill-fabbrika jintremew fil-belt speċjali u differenti ta' Uglyville, fejn kull ħaġa stramba jew skerz tan-natura tkun iċċelebrata bħala għażiża u maħbuba mill-oħrajn difettużi bħalha. Moxy (vuċi ta' Clarkson) u ħbiebha l-oħrajn jgħixu ħajja ta' ferħ u divertiment kuljum, kburin li huma uniċi. Sikwit mis-sema jistennew xi ġugarell ikrah jinżel fosthom biex iħaddnuh magħhom. Moxy, kurjuża għall-aħħar, tixtieq tkun taf x'hemm fuq in-naħa l-oħra tal-muntanja wara Uglyville. Ma' sħabha tal-qalb jiskopru belt jisimha Perfection fejn pupi sbieħ u attraenti jkunu mħarrġin kif għandhom jaġixxu qabel isibulhom dar ma' xi tifel jew tifla fid-dinja reali. Hemmhekk, jiġu taħt il- kmand ta' Lou (Jonas), l-isbaħ wieħed fost kulħadd. Il-pupi difettużi wkoll ikunu jixtiequ l-imħabba tal-umani u b'hekk se jeħduha kontra Lou. Ugly Dolls juri li d-difetti jistgħu wkoll iservu ta' ispirazzjoni ma' tfal mhux daqshekk ixxurtjati. illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 22 Films ċ-ċinema TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 Aladdin (U) 11:15, 13:00, 15:45, 18:35, 21:20 Angry Birds 2 (U) 11:15, 13:50, 16:10. 18:30, 20:50 Annabelle Comes Home (15) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:40 Fast & Furious: Hobbs & Shaw 11:35, 14:30, 18:00, 21:15 Horrible Histories 14:00, 18:45 Midsommar (18) 18:00, 23:05 Pavarotti (12A) 20:50 Spider-Man: Far From Home 2D (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21:15 Stuber (15) (Subtitles) 15:50 Stuber (15) 13:30, 21:10 The Hustle (12A) 14:15, 16:25, 18:35, 20:50 The Lion King 2D (Autism Friendly)(PG) 11:00 The Lion King 3D (PG) 12:15, 14:50, 17:25, 21:10 The Lion King 2D (PG) 11:00, 13:00, 13:50, 15:40, 16:35, 18:25, 19:20, 20:00, 22:00, 22:45 Toy Story 4 2D (U) 10:55, 14:05, 16:20, 18:30 Vita and Virginia 16:20, 21:00 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Aladdin (U) 10:30, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 The Lion King 2D (PG) 13:20, 18:35 The Lion King 3D (PG) 10:30, 16:00, 21:05 Fast & Furious Presents: Hobbs & Shaw (12A) 11:00, 14:00, 18:15, 21:05 Spider-Man: Far From Home 2D (12A) 10:30, 13:25, 18:20 Pavarotti (12A) 16:05, 21:00 Annabelle Comes Home (15) 11:05, 13:30, 16:00, 18:30, 20:55 Stuber (15) 10:55, 13:15, 15:55, 18:25, 20:50 Ugly Dolls Vuċijiet Ewlenin: Kelly Clarkson; Janelle Monae; Nick Jonas; Wanda Sykes; Emma Roberts; Gabriel Iglesias. Direttur: Kelly Ashbury. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 87 min. Ċert. U

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019