Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 F'KUMMENTI li ta lil din il-gazzetta b'reazzjoni għall- istejjer li żvelat l-ILLUM dwar il-produzzjoni illegali ta' steroids f 'Malta, is- Segretarju Parlemantari Clifton Grima saħaq li fil-futur qrib se titwaqqaf entità ġdida bl-għan li tikkumbatti d-doping u l-korruzzjoni fl-isport. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima spjega fid- dettall il-ħsieb tal-Gvern sabiex jgħasses id-dinja sportiva lokali. "F'pajjiżna l-isport dejjem tqies bħala passatemp u wasal iż-żmien li nimxu fit-triq li mxew pajjiżi oħra. M'hemmx bżonn li nivvintaw ir-rota mill-ġdid, iżda jeħtieġ li nkunu aktar professjonali. Hemm bżonn li jkollna regolament li jkunu aktar ċari u aktar magħrufa mal- isportivi tagħna," beda biex jgħid Grima. Mal-ILLUM huwa jiżvela li fix-xhur li ġejjin se tiġi mwaqqfa entità li tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport u doping. "Il- korruzjoni sportiva mhix il-manipulazzjoni tal-logħob iżda anke d-doping. Jekk atleta jieħu sustanzi illeċiti li jgħinuh għall- prestazzjoni aħjar u li finalment tbiddel ir- riżultat dik ukoll hi forma ta' korruzzjoni," sostna s-Segretarju Parlamentari. Grima kompla jispjega li fil-liġi tal-korruzzjoni, li l-Gvern fassal fl-2017, hemm proviżjoni ċara li tagħti setgħa li tiġi mwaqqfa pjattaforma li tħares lejn l-integrità tal-isport. "Irridu nimxu 'l quddiem sabiex ikollna qafas leġislattiv li jagħtina l-għodda kollha neċessarja sabiex bħala pajjiż inħarsu l-isport kemm mill- att ta' integrità marbuta mal- korruzzjoni u anke mill-att ta' integrità marbuta mad- doping tal-isport." Żied jgħid li biex dawn il-bidliet jiġu attwati jeħtieġ iż-żmien, iżda li x-xogħol riċenti tas-Segretarjat fit- tfassil ta' liġijiet oħra huwa xhieda li dan jista' jsir. "Il- liġi tal-korruzzjoni kienet ilha hemmhekk mill-1976 biddilnieha u ftit żmien ieħor se jkollna entità li tkun tista' tikkumbatti dan." Fuq il-problema wiesgħa tal-użu ta' steroids, Grima qal li tinkwetah fuq livell nazzjonali iżda l-aktar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' sport fuq livell ta' amatuer. "L-atleti professjonali jew semi-professjonali huma regolati u jridu jsegwu ċertu standards, u allura għandhom tfakkira kontinwa biex iżommu 'l bogħod minn dawn l-affarijiet," beda biex jispjega Grima. "Min-naħa l-oħra iżda," kompla jgħid is- Segretarju Parlamentari, m'hemmx regolamenti għall-atleti amateurs u allura dilettant jaf iħares biss lejn il-kisbiet estetiċi jew ta' prestazzjoni f 'qasir żmien." Fuq din, huwa sostna li hemm bżonn kampanja edukattiva għaliex skontu ħafna drabi l-utenti ma jkunux jafu x'qed jibilgħu u ma jkollhom l-ebda idea dwar l-effetti negattivi li jġorru magħhom dawn id- drogi. Fl-aħħar nett huwa ħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jkunu aktar kawti f 'liema postijiet jibagħtu t-tfal tagħhom jitħarrġu. "Huwa importanti li l-ġenituri jaraw li l-instructor ikun veru kkwalifikat u mhux wieħed li jikkwalifika lili nnifsu, it-tfal huma l-aktar vulnerabbli," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Xi żvelat l-ILLUM? Bħal-lum ġimgħa, din il-gazzetta kompliet tiżvela dettalji dwar il-produzzjoni illegali ta' steroids anaboliċi f 'Malta. Sorsi viċin din l-industrija illegali żvelaw mal-ILLUM dettalji ġodda u esklussivi dwar il- produzzjoni metikoluża tal- isteroids illegali li jinbiegħu forma ta' pilloli. Jidher li dawn il-pilloli li qed jiġu mmanifatturati b'mod illegali huma: Dina- balls, Stanazolol u Anavar. Il- proċess jibda billi l-isteroids jaslu f 'Malta forma ta' trab. Dawk l-isteroids li jkunu se jiġu injettati jitħalltu maż-żejt u jissaħħnu f 'temperatura partikolari. It-taħlita tiġi mxarrba b'binder li jgħaqqadha flimkien. Wara dan il-pass, it-taħlita tidħol ġo magna li fiha tifforma l-pirmla. L-ILLUM żvelat wkoll li l-produzzjoni ta' kull pillola finalment, tiġi tiswa bejn 2ċ jew 3ċ. Dawn finalment jinbiegħu għal 40ċ jew 50ċ u jinbiegħu f 'pakketti ta' 100 pillola għal €40 jew €50. Ta' min jinnota li din il-magna hi l-istess waħda li biha jiġu mmanifatturati l-pilloli tal-ecstasy. Il-magna qed tinxtara minn ċertu siti fuq l-internet u tintbagħat f 'Malta f 'erba' partijiet separati. Dan kien it-tieni rapport fis-sensiela investigattiva hekk kif tliet ġimgħat ilu din il-gazzetta bdiet tiżvela l-operazzjoni ta' diversi laboratorji illegali li qed jimmanifatturaw is-Sustanon, Nandrolone Decatonate, Trenbolone Acetate u Testosterona Cyponate. Dawn qed jiġu mmanifatturati f 'laboratorji illegali u mibjugħa f 'dożi ta' 10ml għall-prezz ta' €35. Dawn tal-aħħar huma differenti għaliex minflok jinbelgħu jiġu injettati direttament ġol-muskoli. Pjanijiet sabiex tintensifika l-ġlieda kontra d-doping fl-isport Fid-dawl ta' diversi stejjer li żvelat l-ILLUM dwar il- produzzjoni illegali ta' steroids f'Malta, is-Segretarju Parlamentari inkarigat mill- Isport, Clifton Grima, jiżvela l-pjanijiet ta' entità ġdida li tgħasses l-integrità sportiva Clifton Grima lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019