Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Aquarius ser ikun ifisser bidu ta' proġetti ġodda li jafu jkunu fundamentali f'dak li hemm ippreparat għalik sabiex int tkompli fi tkabbir. Tibżax sabiex int tkompli fit-tkabbir. Tibżax tiżviluppa, anzi agħraf sabiex tara li twettaq b'mod għaqli ħalli tagħraf aktar. Irrifletti. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Pisces ser ikun ifisser tisħiħ profond f'dak li għandek madwarek. It-tkabbir li hemm riesaq lejk ser ikun dovut għal dak li ġewwa fik qiegħed tant taspira. Għalhekk dan jista' jkun żmien ta' riflessjoni biss. Agħraf li ħsibijietek iżżommhom ġewwa fik. Agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 5 u 6 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Aries ser ikun ifisser aktar enerġija favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma' kollox dan ifisser li għandek perjodu ferm interessanti iżda agħraf biss lilek innifsek. Tħallix lil min jipprova jiżvijak. Dan huwa biss mument. Irrifletti sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: kannella u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 5 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Taurus ser ifisser tibdil mill-iskeda tiegħek. Dan ser ikun sabiex tagħraf aktar kif tista' tibda minn issa ttejjeb aktar l-iskeda kollha, mhux biss dik tal-karriera imma anke madwarek bħala familja u ħbieb. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Taurus huma magħrufin għall-imaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Gemini huwa perjodu bażiku għax dan ser ikun ifisser li se tibda tara iżjed il-bżonnijiet personali tiegħek li bħalissa huma ferm importanti. Trid tibda tagħraf x'hemm bżonn, kemm sabiex tirrilassa u anke għal saħħtek. Mument ta' riflessjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: oranġjo u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik 3,4, 5 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Cancer ser ikun ifisser bidu ta' pjan li ilek tant tistenna biex twettaq. Dak li dejjem xtaqt fl-aħħar mill-aħħar se tarah isir realtà. Fl-aħħar wasal dak il-mument fejn tibda taħsad minn dak li żrajt. Minn issa 'l quddiem it-tkabbir madwarek jibda jseħħ. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 6 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Leo ser ikun ifisser bidu ta' attività miftuħa differenti minn dak li kont qed twettaq. Issa, din l-attività trid tipprepara għaliha b'aktar dedikazzjoni u responsabbilità, b'hekk ittejjeb u ssaħħaħ dak li ġej. Agħraf sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 6 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces Leo huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Virgo se joffri impatt ta' kif int se tikkonfronta lil min jipprova jgħaddik minn għajn il-labra. Issa dak li int se tibda tħoss ġewwa fik mhux ħa jkun dak li int normalment tħoss. Taf tkun aggressiv meta tiġi kontra l-kurrent. Agħraf żomm il-kalma u l-kawtela. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Libra ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta; kif int se tibda tħejji għal ċerti deċiżjonijiet li resqin lejk. Barra li trid tkun lest għal dak li ġej, trid terfa' r-responsabbiltà. Għalhekk, qabel kull deċiżjoni li se tieħu, irrifletti sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 6 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Scorpio ser jurik kif għandek tħejji aktar għal dak li ma kontx qed tistenna li jista' jseħħ. Minħabba dan l-impatt differenti fil-format ta' ħajtek, int għandek tkun aktar soda. Ftakar biss li f'dan il-mument kulma twettaq trid tagħraf aktar. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 4 u 6 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun bidu sabiex tħejji aktar lilek innifsek u tkun flessibbli. Issa trid iżżomm il-pass u żgur li mhux il-waqt li toħloq xi inċertezza. Int trid iżżomm mal-ħsieb li kellek. Ftakar biss li t-twettiq li riesaq lejk ser jagħmlek persuna stabbilita aktar. Irrifletti Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 4, 5 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu ta' Settembru għaż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun mument li int trid iżżomm dak li rnexxielek tkattar. Għalkemm ser ikun hemm xi ftit mumenti ta' tfixkil, però trid tagħraf turi ħiltek u żżomm sod. Taqtax qalbek. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 6 u 7 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru L-oroskopju mill-Ħadd 1 ta' Settembru sas-Sibt 7 ta' Settembru PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Il-benefi ċċju ta' din il-kristalla Minħabba talba kbira tal-qarrejja, kif għarraftkom il-ġimgħa l-oħra, se nibda nagħtikom informazzjoni dwar il-benefi ċċju tal-kristalli. Din il-kristalla partikolari, forma ta' siġra, tiġi fi tliet qisien. Dan isir minħabba l-kobor tal-post fejn tkun ser titpoġġa. Din il-kristalla maqsuma f'żewġ partijiet. Għandek il-bażi t'isfel, magħmula minn ħaġar solidu ta' kristall sabiex issaħħaħ il-kontenut, u l-parti ta' fuq, magħmula minn 300 kristalla, li xogħolha huwa li titfa' enerġija pożittiva. Din il-kristalla tneħħi l-enerġija negattiva, l-għajn jew xi seħta minn dak il-post. Bħal kull kristalla, din tkun trid cleansing u dan isir fi New Moon bħala simbolu ta' bidu ġdid. Dawn il-kristalli, mhux biss jintużaw kontra – negattiv, iżda biex iżidu l-enerġija pożittiva. Allura kull kristalla, tkompli ssaħħaħ il-pożittività tal-madwar u tilqa' għal xi negattiv li sfortunatament dejjem jista' jersaq lejna. Għal aktar informazzjoni dwar dan, tista' ċċempel fuq 99013600 / 79495804 Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019