Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

LINTERNET huwa fenomenu tal-ġurnata tal-lum. Kollox qed imur online, jekk huwiex aħbar, grazzi għall-immedjatezza, jekk hux xiri ta' ħwejjeġ jew biljetti, grazzi għall- kovenjenza jew anke qari ta' kotba u komunikazzjoni jew inkella biex nilagħbu xi logħba. L-internet sar fattur illi xi ftit jew wisq qed jiddetereminalna ħajjitna u kif ngħixu, imma mhux biss! L-użu kontinwu tal-internet, speċjalment tas-siti soċjali fejn persuna tiddiskuti, tippromovi u turi, qed ifisser li aktar nies isiru vvizzjati. Ifisser li l-użu tal-internet sar vizzju għal numru ta' nies, li saru jiddependu minnu u li saru jiddeterminaw l-emozzjonijiet tagħhom, skontu. Iż-żewġ studji li qed inħarsu lejhom jagħmlu analiżi tal-vizzju tal-Internet. L-ewwel jistudja d-differenza bejn il-ġeneri u jasal għall- konklużjoni li l-irġiel għandhom tendenza ftit ogħla minn nisa li jesperjenzaw ir-realtà tal-vizzju relatat mal- internet. It-tieni jħares lejn l-effett tal-vizzju. Il-persuni vvizzjati bl-użu tal-internet mhumiex ftit Nibdew bl-istudju dwar l-ewwel u allura dak dwar il-vizzju relatat mal-internet u li jismu; 'Are males more likely to be addicted to the internet than females? A meta analysis.' Dan ikkonsista minn 115-il kampjun indipendenti li involva 204,352 parteċipant u sar minn ħames studjużi differenti f 'April tal-2019. Dawn huma; Xiaoli Han, Cheng Jin u Yan Yan mid- Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università Fuzhou, fiċ- Ċina, Wenliang Su mill-istess università u Marc N Potenza, mill-Connecticut Mental Health Center. Skont dan ir-rapport, id- differenza fl-użu tal-internet hija ikbar fost l-irġiel milli fost in-nisa. Fil-fatt din id- differenza kibret minn 11% fl-2013 għal 12% fl-2016. L-istess rapport jispjega illi l-vizzju tal-internet (IA), li huwa kkaratterizzat minn kontrolli eċċessivi jew preokupazzjonijiet rigward l-użu tal-internet li jwassal għal stress, huwa fenomenu klinku rilevanti. L-istess rapport qal illi madwar 6% tal-popolazzjoni globali għandha problemi ta' vizzji relatati mal-użu tal-internet. Għad hemm id- differenzi bejn il-ġeneru fejn jidħol il-vizzju tal- internet Ir-rapport isib li hemm differenzi fil-ġeneru wkoll fejn jirrigwarda din il- problema u oħrajn marbutin ma' vizzji b'mod ġenerali. Fil-fatt dan l-istudju jikkwota oħrajn dwar l-użu ta' sustanzi bir-riżultat ikun wieħed ċar illi juri illi huwa aktar probabbli li raġel jagħmel użu mid-droga milli mara. "Studju dwar l-użu ta' sustanzi juri differenzi relatati mal-ġeneru f 'dak li għandu x'jaqsam fatturi soċjali, karatteristiċi bijoloġiċi, diżordnijiet psikjatriċi u aktar." L-istudju jkompli jispjega kif l-IA hija aktar popolari fost l-irġiel kważi f 'kull grupp kulturali, bl-istess ġeneru jkollu inqas fatturi protettivi illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 8 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Aħbarijiet Open Day – Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri, Marsa It-Taqsima għall-Komunikazzjoni Strateġika f'isem il-Ministeru għall-Ambejnt, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qegħdha tistieden lill-bejjiegħa ta' ikel traddizzjonali Malti li jixtiequ jipparteċipaw f'din l-attivita' li ser tiġi organizzata ġewwa ċ-Ċentru ta'Riċerka u Żvilupp fl-Għammieri, l-Marsa nhar il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 bejn id-09:00 ta' filgħodu u l-15:30 ta' wara nofs in-nhar. Dawk kollha interessati jistgħu jikkuntatjaw lit-Taqsima għall-Komunikazzjoni Strateġika fuq 22926202 jew b'imejl fuq infoscu.mesdc@gov.mt sa mhux iktar tard mill-11 ta' Settembru 2019, f'nofs in-nhar. Meta l-internet isir vizzju... Id-differenza Vizzji. Ħafna drabi naħsbu f'xorb u droga. Imma l-internet jista' jkun vizzju wkoll. Kont taf li l-irġiel huma iktar suxxettibbli min-nisa f'dan ir-rigward? U x'inhuma l-e etti ta' dan il-vizzju? L-ILLUM tevalwa żewġ riċerki akkademiċi Kulħadd għaddej fuq l-internet ... imma x'inhu l-effett? Fl-Eġittu u l-Indja, mara minn kull ħamsa temmen li mhux xieraq illi mara tuża l-internet jew inkella jgħidu li l-familja tagħhom ma japprovawx l-użu tal-internet minn mara

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019