Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 Minn Albert Gauci Cunningham F'JANNAR li ġej waqt il-Kunsill tal-Malta Developers' Association se ssir elezzjoni għal President tal-istess assoċjazzjoni. L-ILLUM tinsab infurmata li Sandro Chetcuti, President għal 10 snin, mhux se jerġa' jikkontesta għal din il-kariga jew kwalunkwe kariga fl- MDA. Mal-ILLUM Chetcuti jikkonferma u jgħid li hu jħoss li ta kontribut biżżejjed f 'dan il-qasam. Mistoqsi jekk hux qed jikkunsidra l-politika, Chetcuti qal f 'dan il-mument ma jħossx li għandu jidħol fil-politika. "Għalkemm lest inżommha l-kelma tiegħi meta għidt li mhux se nerġa' nikkontesta, ma rridx nara din it-tarbija li ħloqna u li għamlet tant ġid tisfaxxa," qal Chetcuti. Din il-gazzetta kellmet ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-MDA Michael Stivala, li filwaqt li kkonferma li Chetcuti mhux beħsiebu jikkontesta mill-ġdid, qal ukoll illi l-membri qed jagħmlu ħafna pressjoni biex fil-fatt jibqa'. "Sandro huwa wara ħafna mill-ideat tal-MDA. Il- membri kollha lilu jridu li jibqa' għax kulħadd jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb li għamel u li wassal biex tant membri jiġu fuq saqajhom." "Jekk jitlaq nitilfu mutur kbir," qal Stivala lil din il- gazzetta. 'Il-membri kollha lilu jridu li jibqa'' – Segretarju Ġenerali 106 tabib u tabiba kif ukoll ħames kirurgi dentali ngħataw il- liċenzja mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Id-Deputat Prim Ministru qal li l-qasam mediku huwa qasam li kontinwament jevolvi, u għalhekk il- professjonsti f 'dan il-qasam jibqgħu jitgħallmu u jiġu aġġornati mal-iżviluppi kollha fix-xjenza. "Il-kirurġija robotika, mediċina ppersonalizzata, AI – dan huwa l-futur tal- qasam mediku f 'pajjiżna, dan huwa intom", qal il- Ministru Fearne. Huwa tkellem ukoll dwar il-post uniku li għandhom it-tobba u d-dentisti fis- soċjetà tagħna. "Il-pazjent, il-poplu għandu fiduċja fikom. F'idejkom iħallu lill- għeżież tagħhom. Għożżuha din il-fiduċja", qal lit-tobba u d-dentisti li kienu għadhom kemm ingħataw il-liċenzja, filwaqt li aw-guralhom kull suċċess fil-karriera tagħhom. 'Il-pazjent u l-poplu għandhom fiduċja fikom'- Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019