Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet 11 Aħbarijiet ewro, li jkunu irriaffermati l-valuri tal-familja, li terġa' tkun introdotta l-lieva, aktar kontroll tal-fruntiera u li tkun irriġettata l-idea tal- multikulturaliżmu. Allura x'fiha speċjali din l-elezzjoni? Din l-elezzjoni hija aktar speċjali għaliex minkejja li diġà għandu siġġijiet fil- Bundestag, sa issa l-AfD mhu qed imexxi l-ebda stat fil-Ġermanja. Dan jista' jinbidel fil-Lvant tal-Ġermanja, żona aktar fqira minn dik tal-Punent, illum stess fis-Sassonja u fi Bradenburg. Bradenburg: in-numri x'qed juru? F'Brandenburg, mill-aħħar sondaġġ jidher li kollox qed jilgħab bejn l-SPD u l-AfD bis-CDU mhux 'il bogħod warajhom. Hanwhekk, is-sondaġġi juru kif l-AfD kien minn fuq kważi dejjem ħlief għal darbtejn mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, meta dan il-partit kien kiseb 19.9%. F'sondaġġ minn Infratest Dimap il-partit tela' għal 21% biex imbagħad laħaq 21.3%, l-ogħla persentaġġ, f 'sondaġġ li sar minn Civey f 'nofs Ġunju. Sadanittant l-SPD laħaq l-ogħla persentaġġ li laħaq partit hawnhekk fis-sondaġġ li sar bejn id-19 u l-21 t'Awwissu minn Infratest Dimap, meta kiseb l-appoġġ ta' 22%. Fl-aħħar sondaġġ li sar bejn id-19 u t-22 t'Awwissu li għaddew, mill-kumpanija Forschungsgruppe Wahlen juri lill-SPD jikseb 21%, l-AfD kiseb 20% u is-CDU 18%, li allura jpoġġi r-rebħa tal-AfD f 'dubji imma li xorta jagħtih ċerta saħħa. Is-Sassonja: in-numri x'qed juru? Fis-Sassonja jidher li l-CDU baqa' dejjem fuq qudiem għalkemm kien l-aħħar sondaġġ li wera qabża konsiderevoli favur is-CDU, fuq l-AfD li qiegħed fit-tieni post biex jirbaħ dan l-istat. Fl-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew l-AfD rebaħ hekk kif kiseb 25%, 2% aktar mis-CDU. Minkejja dan, din ma kinitx elezzjoni dwar min se jikkontrolla u jmexxi l-istat tas-Sassonja. Prattikament f 'kull sondaġġ li sar minn dakinhar is- CDU dejjem kien il-favorit ħlief għal dak ta' bejn l-24 ta' Mejju u l-4 ta' Ġunju, li juri persentaġġ ugwali. Dan is-sondaġġ sar minn FS Czaplicki. Fl-aħħar sondaġġ li sar, 31% qalu li se jivvutaw lis- CDU, 9% biss lill-SPD u 25% lill-Afd, apparti persentaġġi iżgħar lil partiti oħrajn. Anke l-Italja. L-immigrazzjoni twassal għall-kriżi... Fl-Italja wkoll l-immigrazzjoni hija waħda mir-raġunijiet għall- popolarità tal-Ministru tal-Intern Matteo Salvini li jmexxi l-Partit tal-Lega, simili għal dak tal-AfD, u li qed toħloq tant tensjoni bejn il- pajjiżi tal-Mediterran. Salvini ħalef li jagħlaq il-portijiet u ma jħalli lil ħadd jidħol l-Italja, xi ħaġa li ftaħar biha sal-ġimgħa l-oħra, meta qal li l-politika tiegħu għamlet suċċess u jekk irridu neħduhom aħna l-immigranti. Imma dan l-orgolju mhux neċessarjament niżel tajjeb mal-Gvern li kien parti minnu. Il-PM Giuseppe Conte, li rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu ġimgħa u nofs ilu, akkuża lil Salvini illi qed ikun iebes fuq l-immigrazzjoni għall- gwadann politiku tiegħu u akkużah bi żlealtà lejn il-pajjiż. Dan minħabba illi Conte minn naħa kien qed jiftiehem ma' pajjiżi Ewropej, qal hu stess, biex jieħdu l-immigranti filwaqt li Salvini baqa' jirrifjuta li jdaħħal l-immigrant. Wara t-taħdidiet ta' din il-ġimgħa Salvini ngħata l-ġenb u allura l-effett tiegħu fuq dan is-suġġett huwa limitat sakemm issir elezzjoni ġenerali. Kieku kellha ssir elezzjoni bħalissa, iċ-ċans huwa li l-Lega tmur tajjeb biżżejjed biex tmexxi Gvern ta' koalizzjoni u Salvini jkun Prim Ministru. Għal din ir- raġuni Salvini mistenni jibda sensiela ta' protesti li qed isejħilhomm kontra s-serq tad-demokrazija. Ta' min jinnota illi r-rata ta' rifjut ta' rikjesti tal-ażil żdiedet bil-qawwi; minn 60% għal 80%. Din hija x-xejra fl-Ewropa kollha fejn ir-rata żdiedet minn 37% għal 64%. Fil-Greċja kellna sbieħ il-jum dehbi u soluzzjonijiet Elleniċi Fil-Greċja wkoll kellna dan il-Golden Dawn, partit li bena l-politika tiegħu kontra l-immigrazzjoni u kontra l-UE. Dan il-partit, meqjus bħala Neo Nażista kiber l-aktar meta l-Greċja kienet fl-eqqel tal-kriżi wara diversi bailouts, problemi kbar ta' qgħad u ekonomija li kienet riesqa lejn kollass. Dan, flimkien mal-immigrazzjoni, ħoloq rabja fost il-Griegi. Fl-2015, dan il-partit rebaħ 7% tal-voti u tella' 18-il leġiżlatur fil-Parlament Grieg, magħruf bħala Vouli. L-aħbar it-tajba hija illi fl- aħħar elezzjoni dan il-partit sofra minn telfa enormi li rah jitlef il-membri kollha tiegħu fil-Parlament. L-aħbar il-ħażina hija li minflok dan il-partit inħoloq ieħor tal-lemin estrem li daħal fil-Vouli u li jismu 'Hellenic Solution'. Dan il-partit kien imwaqqaf fl-2016 minn Kyriakos Velopoulos, eks Deputat tal-partit populista u nazzjonalista 'Orthodox Rally'. Il-partit qed jipproponi relazzjoni aktar b'saħħitha mar-Russja u temmen li l-edukazzjoni għandha tkun riorjentata b'enfasi fuq in- nazzjonaliżmu u r-reliġjon Ortodossa. Il-partit irid jibni ħajt ta' 200 kilometru mal-fruntiera tal-Greċja mat-Turkija biex ma jidħlux immigranti, irid jibgħat lill- għaqdiet non governattivi 'l barra mill-pajjiż u jrid illi jiddepporta lill-immigranti mill-ewwel. Velopoulos, magħruf ħafna għall-famużi ittri li jbigħ u li huma "miktubin minn Ġesù" kiseb 4.2% tal-voti fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tella' lill-istess politiku fil-Parlament Ewropew. Ir-Renju Unit: l-akbar prova tal-effett tal- populiżmu u l-effett tal-immigrazzjoni U finalment se nagħtu ħarsa lejn ir-Renju Unit, l-aktar pajjiż fejn l-effett tal-populiżmu dwar l-immigrazzjoni qed ikun esebit. Huwa fatt magħruf li waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn ir-referendum dwar post ir-Renju Unit fl-UE ntrebaħ mil-'Leave' , kienet propju l-immigrazzjoni, hekk kif kibret tant ir-reżistenza għall-popolazzjoni barranija (u speċjalment Musulmana) fil-pajjiż. Il-United Kingdom Independence Party (UKIP) immexxi minn Nigel Farage jemmen illi għandha tiġi fi tmiemha dik li jsejħu l-era tal- 'immigrazzjoni tal-massa bla kontroll'. Il-partit jipproponi friża ta' ħames snin ta' immigranti li jidħlu r-Renju Unit b'mod permanenti. Il- partit jinsisti li kwalunkwe migrazzjoni trid tkun strettament limitata għal dawk li bl-aktar mod ċar jistgħu jkunu ta' benefiċċju għar- Renju Unit u l-ekonomija kollha kemm hi. Immigranti ma jkunux jistgħu japplikaw għall- akkomodazzjoni soċjali u benefiċċji sakemm jibdew iħallsu t-taxxa. Fl-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew (PE), tliet xhur ilu biss, bħal donnu biex il-poplu tar- Renju Unit jerġa' jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu favur BREXIT, il-UKIP ġab l-akbar numru ta' voti. Il-UKIP eleġġa 29 siġġu fil-PE u kiseb 32% tal-voti, bil-Konservattivi (bħalissa fil- Gvern) jiġu fil-ħames post. l-estrem. X'qed jiġri fl-UE? Imma dan l-orgolju mhux neċessarjament niżel tajjeb mal-Gvern li kien parti minnu. Il-PM Giuseppe Conte, li rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu ġimgħa u nofs ilu, akkuża lil Salvini illi qed ikun iebes fuq l-immigrazzjoni għall- gwadann politiku tiegħu u akkużah bi żlealtà lejn il-pajjiż. Dan minħabba illi Conte minn naħa kien qed jiftiehem ma' pajjiżi Ewropej, qal hu stess, biex jieħdu l-immigranti filwaqt li Salvini baqa' jirrifjuta li jdaħħal l-immigrant. Wara t-taħdidiet ta' din il-ġimgħa Salvini ngħata l-ġenb u allura l-effett tiegħu fuq dan is-suġġett huwa limitat sakemm issir elezzjoni Kieku kellha ssir elezzjoni bħalissa, iċ-ċans huwa li l-Lega tmur tajjeb biżżejjed biex tmexxi Gvern ta' koalizzjoni u Salvini jkun Prim Ministru. Għal din ir- raġuni Salvini mistenni jibda sensiela ta' protesti li qed isejħilhomm kontra s-serq tad-demokrazija. Ta' min jinnota illi r-rata ta' rifjut ta' rikjesti tal-ażil żdiedet bil-qawwi; minn 60% għal 80%. Din hija x-xejra fl-Ewropa kollha fejn ir-rata żdiedet minn 37% għal 64%. l-estrem. X'qed jiġri fl-UE? Imma dan l-orgolju mhux neċessarjament niżel tajjeb mal-Gvern li kien parti minnu. Il-PM Giuseppe Conte, li rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu ġimgħa u nofs ilu, akkuża lil Salvini illi qed ikun iebes fuq l-immigrazzjoni għall- gwadann politiku tiegħu u akkużah bi żlealtà lejn il-pajjiż. Dan minħabba illi Conte minn naħa kien qed jiftiehem ma' pajjiżi Ewropej, qal hu stess, biex jieħdu l-immigranti filwaqt li Salvini baqa' jirrifjuta li jdaħħal l-immigrant. Wara t-taħdidiet ta' din il-ġimgħa Salvini ngħata l-ġenb u allura l-effett tiegħu fuq dan is-suġġett huwa limitat sakemm issir elezzjoni ġenerali. Kieku kellha ssir elezzjoni bħalissa, iċ-ċans huwa li l-Lega tmur tajjeb biżżejjed biex tmexxi Gvern ta' koalizzjoni u Salvini jkun Prim Ministru. Għal din ir- raġuni Salvini mistenni jibda sensiela ta' protesti li qed isejħilhomm kontra s-serq tad-demokrazija. Ta' min jinnota illi r-rata ta' rifjut ta' rikjesti tal-ażil żdiedet bil-qawwi; minn 60% għal 80%. Din hija x-xejra fl-Ewropa kollha fejn ir-rata żdiedet minn 37% għal 64%. l-estrem. X'qed jiġri fl-UE?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019