Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

għal rasu u jagħmel biha li jrid, min xi qmis, minn xi sidrija, minn xi qalziet, minn dublett, minn shorts u anke bands tax-xagħar. Min jattendi l-Marċ ta' Balzunetta żgur se jinnota din it-tradizzjoni ħelwa, għax kulħadd ikun liebes l-istess, iżda differenti fl-istess ħin. L-ajruplani jaqsmu l-pjazza L-istatwa taqsam il-pjazza u l-famuża pezza drapp, mhumiex l-uniċi żewġ karatteristiċi marbuta mal- Marċ ta' Balzunetta. L-Għanjselmiżi huma magħrufa wkoll għall- ajruplani tan-nar. Waqt li l-istatwa tal- Madonna ta' Loreto tkun qed taqsam il-pjazza sa fuq il-pedistall tagħha, jiġu sparati dawn l-ajruplani tan-nar, marbuta ma' vent li jaqsam il- pjazza min-naħa għall-oħra. Il-miċċa fuq in-naħa ta' wara tagħti biżżejjed saħħa biex l-ajruplani, f 'temp qasir, jaqsmu l-pjazza minn naħa għall-oħra. Hija tradizzjoni sinifikanti wkoll, għax għal min ma jafx, il-Madonna ta' Loreto hija l-patruna ta' dawk li jivvjaġġaw. Minn Nazaret għal Loreto. Imma kif? Id-devozzjoni lejn id-dar ta' Nazaret, id-dar fejn skont it-tradizzjoni seħħet it- tħabbira tal-Anġlu Gabriel lill-Madonna tmur lura għall- ewwel sekli tal-Kristjaneżmu, Fis-sena 313, l-Imperatur Kostantinu l-Kbir kien bena knisja madwar din id-dar li kienet saret imkien għall- pellegrinaġġi tal-ewwel Insara. Id-dar kienet saret parti mill- kripta ta' din il-knisja. Meta fl-1090 l-Art Imqaddsa kienet intrebħet mis-Seraċeni dawn kissru ħafna mis- santwarji u l-imkejjen għeżież għall-Insara, fosthom il- Bażililka ta' Nazaret, anke jekk id-dar ta' Nazaret baqgħet sħiħa. Bażilika oħra nbniet fis-seklu tnax iżda reġgħet twaqqgħet madwar l-1263 meta l-Imperu Musulman rebaħ lill-kruċjati. Id-dar reġgħet baqgħet intatta, mirduma taħt it- terrapien. L-istorja tal-tranżlazzjoni tad-Dar ta' Nazaret tibda fl- 1291, meta l-kruċjati tkeċċew mill-Art Imqaddsa. It-tradizzjoni tgħid li d-dar sparixxiet mill-Palestina u dehret f 'villaġġ ċkejken f 'dik li llum hija l-Kroazja. Saċerdot kien baqa' skantat meta nnota din id-dar li ġiet mix-xejn u wara li talab kellu dehra tal-Madonna li qaltlu kif id-dar kienet dik fejn seħħet it-tħabbira tal-Anġlu. It-tradizzjoni tkompli li meta l-Musulmani kienu viċin li jerġgħu jaħbtu għal fejn kienet din id-dar, fl-10 ta' Diċembru tal-1294, xi raħħala raw id-dar ta' Nazaret tiġi ttrasportata mill-anġli, sakemm fl-aħħar waslet fil-post fejn għadha sal-lum, f 'Loreto, wieħed mill-akbar Santwarji Marjani li kull sena jiġbed lejh eluf ta' pellegrini. Iżda vera kienu l-anġli li ġarrew din id-dar? Minkejja din it-tradizzjoni popolari, xi fatti juru mod ieħor. X'aktarx li din id-dar kienet ittrasportata, fis-seklu tlettax, minn familja Biżantina, bl- għan li jsalvawha mill-qerda tal-Imperu Musulman. L-isem ta' din il-familja nobbli kien 'Angeli' jew 'de Angelis,' li jfisser "anġli" kemm bil-Grieg u anke bil-Latin. L-Għaqda tal-Armar tħejji ħafna armar ġdid Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Rudolph Cauchi, Direttur tal-Għaqda Armar Għajnsielem li spjega kif min illejla se jżur il-festa se jinduna li ġie mżanżan ħafna armar ġdid. Fil-fatt, spjega Cauchi, ġew imżanżna tliet statwi ġodda, waħda ta' San Luqa għall- pjazza ta' quddiem il-Knisja l-Antika u anke l-ewwel żewġ appostli għal Triq il-Fawwara. Saru wkoll żewġ pavaljuni ġodda għal Triq Anġlu Grech u l-ewwel bandalora minn sett ta' 22 għall-pjazza. Apparti minn hekk, tlesta x-xogħol fuq il-pedistalli tal- profeti li jintramaw fil-pjazza ewlenija ta' Għajnsielem. Dan apparti xogħol ieħor ta' restawr, frott il-ħidma ta' ħafna voluntiera. Il-Banda San Ġużepp tgħallem 10 studenti Ma tistax titkellem dwar Għajnsielem jew il-festa tal-Madonna ta' Loreto u ma titkellimx dwar l-Għaqda Mużikali San Ġużepp. Tkellimna mal-President Ġino Cauchi li spjega kif il- banda tieħu sehem attiv kważi fil-ġranet kollha tal-festa. Iżda apparti minn hekk, kompla jispjega l-President, il-Banda San Ġużepp tieħu sehem f 'ħafna mill- festi ta' Għawdex tant li tiftaħ l-istaġun bil-festa ta' Sant'Antnin f 'Għajnsielem stess u tagħlaq bil-festa tal- Bambina fix-Xagħra. Dan apparti li l-banda tieħu sehem f 'għadd ta' attivitajiet oħra li jsiru f 'Għajnsielem, fosthom fil- Milied meta jittella' Betlehem f 'Għajnsielem. Iżda x-xogħol ma jiqafx hemm. Ġino Cauchi spjega magħna kif il-banda għandha rwol importanti fit-tagħlim tal-mużika f 'Għawdex. Fil-fatt għandha tliet surmastijiet li jagħmlu l-banda u bħalissa għandha 10 studenti. Dwar ix-xogħol li sar fil- każin, il-President saħaq li fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol fuq il-kamra tal-kumitat tal- Għaqda Mużikali, fejn wieħed isib ukoll l-arkivji tal-banda. 15 Festi Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum jiċċelebra l-festa X'se jsir illum f 'Għajnsielem? 9:00am: Pontifikal Solenni 7:30pm: Ħruġ tal- purċissjoni bil-vara tal- Madonna ta' Loreto 10:00pm: Il-vara tasal taħt l-art f 'Misraħ il-Knisja u titwassal saz-zuntier bil-kant tal- Litanija Lawretana 10:25pm: Dħul tal-vara lura fil-Knisja X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? • Santa Katarina - Żurrieq • San Girgor - Tas-Sliema Pavaljun mill-ġodda Il-Madonna ta' Loreto taqsam il-pjazza waqt il-Marċ ta' Bazlunet- taYeomans) 15 add 1 ta' Settembru 2019 | illum Il-pjazza armata għall-festa. Jidhru l-pedistalli l-ġodda tal-profeti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019