Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 GĦAL darb'oħra, forsi mingħajr wisq sorpriżi, l-immigrazzjoni reġgħet tinsab fuq nett tal-aġenda Ewropea u nixtiequ jew le, qed jidher dejjem iktar b'saħħtu s-sentiment antimmigrazzjoni mhux biss f 'pajjiżna iżda madwar l-UE kollha. Meta qed ngħidu antimmigrazzjoni qed nirreferu għar-reżistenza ta' ħafna popli Ewropej għad- dħul ta' iktar immigrazzjoni, speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi fl-Afrika, kemm ta' fuq u anke ta' taħt is- Saħara. L-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn kif l-immigrazzjoni qed tħalli impatt fuq ix-xenarju politiku fil-Ġermanja fejn se jsiru elezzjonijiet fi stati differenti, l-Italja fejn l-immigrazzjoni kkawżat kriżi politika, fil-Greċja fejn partit tal-lemin estrem ħa daqqa u ieħor għola, kif ukoll fir-Renju Unit u s-suċċessi tal-partiti kontra l-immigrazzjoni hawnhekk. Il-Ġermanja: illum ġurnata deċiżiva... Ħa nibdew bil-Ġermanja għax fil-Ġermanja, illum stess se ssir għażla partikolari li issa ilha tkun diskussa u li jaf tara lill-Partit Alternative for Deutschland (AfD) jirbaħ Brandenburg u s-Sassonja, fil- Ġemanja tal-Lvant. L-AfD kien imwaqqaf fl-2013 u għal naqra ma laħaqx il-kwota fl-elezzjoni federali tal-2013 li kienet titfgħu fil-Bundestag, jiġifieri l-Parlament Ġermaniż. Fl-2017 sar it-tielet l-akbar partit wara l-Unjoni Kristjana Demokratika (CDU) ta' Merkel li bħalissa jinsab fil-Gvern u l-Partit Soċjal Demokratiku (SPD). F'din l-elezzjoni rebaħ 94 siġġu, biex kien irrappreżentat għall- ewwel darba fil- parlament. Dan il-partit għamel is-suċċessi tiegħu bis-saħħa tal-politika tiegħu antimmigrazzjoni f 'pajjiż li fetaħ il-bibien għall- immigranti, bil-magħrufa stqarrija ta' merħba lill- immigranti mill-Kanċillier Angela Merkel. Pass politku kuraġġuż u ta' wens imma li sewa lil Merkel ħafna appoġġ u li poġġieha taħt ħafna kritika. Imma x'jemmen l-AfD eżattament? Dan il-partit jemmen illi l-ażil mhux dritt fih innifisu, imma dritt ta' ospitalità fuq bażi temporanja. Jemmen li hemm dritt uman li tkun salvat, imma mhix dritt uman li tiddaħħal fl-Ewropa u allura jipproponi li tkun il-Ġermanja li tiddeċiedi min jidħol u min le. Dan il-partit meqjus bħala tal-lemin estrem li iżda huwa l-parit tal-Oppożiżżjoni, jemmen li l-immigrazzjoni tal-massa għandha titwaqqaf. "Irridu li l-Ġermanja titlaq mill-Patt dwar il-Migrazzjoni u r-Refuġajti u nappoġġjaw ir-ripatrijazzjoni tal-migranti. L-AfD tesiġi sovranità u fruntieri siguri." Huwa partit li wkoll qed jisħaq li l-Ewropa m'għandhiex issir kontinent Għarbi (Eurabia). Fil-fatt il- partit kien adotta l-manifest anti-Iżlamista u qed jappoġġja l-projbizzjoni tal-burka u n-niqab, minaretti u sejħiet għat-talb. F'dokument ta' 1,700 paġna, il-partit qed isejjaħ għall- ħruġ tal-Ġermanja mill- agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Wasal l-immigrant u qam l-estrem. L-immigrazzjoni tibqa' l-aktar kwistjoni li qed tħasseb, tirrabja u tbiddel l-alleanza politika tal-Ewropej. Illum stess issir elezzjoni kruċjali l-Lvant tal-Ġermanja. Imma x'inhu jiġri? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn ir- realtajiet tal-populiżmu l-Ġermanja, l-Italja, il-Greċja u r-Renju Unit... le, qed jidher dejjem iktar b'saħħtu s-sentiment antimmigrazzjoni mhux biss f 'pajjiżna iżda madwar l-UE Meta qed ngħidu antimmigrazzjoni qed nirreferu għar-reżistenza ta' ħafna popli Ewropej għad- dħul ta' iktar immigrazzjoni, speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi fl-Afrika, kemm ta' fuq u anke ta' taħt is- L-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn kif l-immigrazzjoni qed tħalli impatt fuq ix-xenarju politiku fil-Ġermanja fejn se jsiru elezzjonijiet fi stati differenti, l-Italja fejn l-immigrazzjoni kkawżat kriżi ieħor għola, kif ukoll fir-Renju Unit u s-suċċessi tal-partiti kontra l-immigrazzjoni hawnhekk. Il-Ġermanja: illum ġurnata deċiżiva... Ħa nibdew bil-Ġermanja għax fil-Ġermanja, illum stess se ssir għażla partikolari li issa ilha tkun diskussa u li jaf tara lill-Partit Alternative for fil-Gvern u l-Partit Soċjal Demokratiku (SPD). F'din l-elezzjoni rebaħ 94 siġġu, biex kien irrappreżentat għall- ewwel darba fil- parlament. Dan il-partit għamel is-suċċessi tiegħu bis-saħħa tal-politika tiegħu antimmigrazzjoni f 'pajjiż li fetaħ il-bibien għall- immigranti, bil-magħrufa stqarrija ta' merħba lill- immigranti mill-Kanċillier Angela Merkel. Pass politku kuraġġuż u ta' wens imma li sewa lil Merkel ħafna appoġġ u li poġġieha taħt ħafna kritika.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019