Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 GĦAL ħafna hija ħarġa sabiħa. Għal oħrajn hija sempliċiment krudeltà u din il-gazzetta stess kemm-il darba ħadet pożizzjoni kontra l-azzjoni li annimali li jinżammu msakkra f 'gaġeġ u bjut. Matul din il-ġimgħa, il- gazzetta ILLUM żaret il-Wildlife Park tal-Imtaħleb. Għamilna aktar minn sagħtejn imdawra b'orsijiet, tigri, iljuni u xadini. Imma sew li dawn l-annimali jinżammu f 'post bħal dan? L-ILLUM għamlet dawn il-mistoqsijiet lil Christopher Borg; sid il-Wildlife Park. Bdejna billi staqsejnieh kif ġietu l-idea li joħloq dan il-park u jimporta f 'Malta annimali selvaġġi. Jekk iħobb l-annimali ma setax rabba klieb, qtates jew għasafar? "Nemmen li jiena twelidt b'din in- namra," wieġeb Borg waqt li spjega kif minn meta kien żgħir kien irabbi l-għasafar. Fi kliemu, qatt ma kien qed ikun kuntent b'dak li kellu. "In-namra tal- annimali tkun ġo fik," insista magħna anke jekk saħaq li jħoss li llum esaġeraw. "Wasal iż-żmien li flok inżidu nibdew innaqqsu. Hija xi ħaġa sabiħa iżda issa kbirna żżejjed. Jekk mhux se nikkontrollawha, se tiġi kontrina." Staqsejnieh kemm għandu annimali llum f 'dan il-park, bi Christopher jisħaq li lanqas hu stess ma jaf għax dejjem jitwieldu u jmutu. Jekk nieħdu t-tigri biss, għandu xejn inqas minn 20. "Trid tieħu ħsiebhom wieħed wieħed kuljum. Trid tosservahom kuljum. Bħal meta għandek tarbija, trid toqgħod magħha," spjegalna. Iżda meta qed trabbi tigra jew iljun mhux bħal meta qed trabbi kelb, ħriġtu dawra, tajtu jiekol u daqshekk. Kif ikun ċert li qed jagħtihom il-kura t-tajba u biżżejjed ikel? "Ħadd ma jitwieled professur. Titgħallem bl-esperjenza. Ilna għaddejjin snin twal. Naqsmu l-esperjenzi ma' sħabna minn barra minn Malta kuljum," qalilna Borg. Madanakollu insista li "qatt ma tkun taf kollox." Fi kliemu ġieli jesperjenzaw affarijiet li qatt ma jkunu esperjenzaw u jkunu jridu jifhmu għaliex annimal ikun aġixxa b'ċertu mod. "Titgħallem mill-esperjenza," reġa' tenna. "Ġieli qabel jimrad annimal inkun naf. Kif iħares, kif iteptep għajnejh, f 'liema pożizzjoni joqgħod. Kull dettall." Imma l-annimali kuntenti? Fis- selvaġġ ma jkunux aħjar? Ma għamilniex din l-intervista biex nagħmlu riklam lil Christopher. Ridna nistaqsuh il-mistoqsijiet li jistaqsu ħafna u nisfidawh ukoll. Għamilna intervista sħiħa b'iljun warajna. Kemm hu kunfidenti li dan l-iljun u l-annimali l-oħra huma kuntenti? Christopher insista li kieku l-annimali mhumiex kuntenti ma kinux jikbru b'tali mod li llum il-ġurnata, fi kliemu, lanqas jistgħu jikkontrollaw it-tgħammir. "La l-annimal qed jgħammar, huwa sintomu li qiegħed tajjeb," weġibna Borg. "Imma fis-selvaġġ ma jkunux aktar kuntenti?" staqsejnieh. "Jiena naqbel li ċertu annimali posthom fis-selvaġġ. Iljun postu fis-selvaġġ. Imma ma jfissirx lanqas li kull iljun postu fis-selvaġġ. Hemm nies jgħixu fis-selvaġġ. Imma ma jfissirx li jiena u inti postna fis-selvaġġ," weġibna Christopher. Tlabnieh jiċċara ftit aktar dan il-punt, li għalina deher xi ftit kontradittorju. Spjegalna li jekk annimal minn dejjem trabba f 'zoo, jew inkella f 'park, ma jkunx kapaċi jgħix fis-selvaġġ. Mhux se jkun kapaċi jikkaċja għall-ikel. "Dawn li joqogħdu jgħidu li l-annimali kollha posthom huwa fis-selvaġġ, ma jkunux jafu x'jiġifieri. Ma jkollhomx esperjenza," insista magħna Borg. Fi kliemu, mhux l-ewwel darba li ppruvaw jitfgħu tigri fis-selvaġġ, iżda fi kliemu "ma jirnexxilekx." Mistoqsi għaliex, Borg saħaq li ma tistax taqbad iljun, tigra jew kwalunkwe annimal selvaġġ ieħor u titfgħu f 'xi ġungla. Spjega kif il-proċess jinvolvi riċerka biex tasal tifhem minn fejn oriġina l-annimal li tkun trid tirritorna, dak li jissejjaħ "lineage." "Diffiċli biex issib minn fejn oriġina annimal. Għidtha darba u nerġa' ngħidha. Jekk hawn xi ħadd li huwa kapaċi jitfa' lura l-annimali fis-selvaġġ, jiena lest li nikkopera miegħu biex nibdew proċess biex neħduhom fis- selvaġġ. Jiena naqbel magħha," saħaq, kważi b'ton ta' sfida, għal aktar minn darba. 'Jien ma ngħixx mill-park' L-ILLUM tirrimarka li hija stramba li qed jgħid hekk hu li ħoloq negozju minn dan. Ħatafna fil-kelma għax fi kliemu dan mhuwiex negozju. "Jekk hawn xi ħadd jaħseb li dak li qed nagħmlu huwa negozju, jiena lest li nwarrab u nagħtih ċans imexxi hu." "Allura jekk mhux negozju x'inhu?" kompliet tistaqsi l-ILLUM. "Passjoni," insista Borg. "Jien ma ngħixx mill-park." Kompla jisħaq li l-flus kollha li jdaħħlu qed jiġu investiti lura fl-annimali waqt li spjega l-ispejjeż kbar marbuta mhux biss mal-ikel, iżda anke mal-mediċina, il-manutenzjoni u s-sigurtà. Għal ħafna attivisti favur l-annimali u kontra li dawn jinżammu maqfula, iħarsu lejn nies bħal Christopher bħala krudili, iżda hu qed jagħti stampa oħra tas-sitwazzjoni. "Min irid jgħid li jiena krudili jgħid li jrid. Kieku qed inkun krudili ma nidħolx mal-annimali. Annimal mhux bħal bniedem. Annimal ma jaħfirhilekx," saħaq Borg. Allura hu minn fejn akkwista l-annimali? Morna pass lura. Jekk qed jgħid li diffiċli jsib minn fejn oriġinaw l-annimali, allura hu minn fejn jakkwistahom? "L-annimali kollha, mhux tiegħi biss, imma anke dawk f 'zoos u parks, ma hemm l-ebda wieħed minnhom maqbud mis-selvaġġ," insista Christopher. "Tassigurana li hawn ġew ma hawn l-ebda annimal maqbud direttament mis-selvaġġ?" staqsejnieh. "La hawn u lanqas imkien f 'Malta," weġibna. Kompla jisħaq li meta ġabu l-annimali, dawn ġabuhom minn zoos jew inkella minn postijiet oħra fejn jgħammru l-annimali. "It-tigri li għandna aħna, skont ir-riċerka li għamilna, ilhom ġenerazzjonijiet jinżammu f 'zoos jew parks. Għalhekk diffiċli ssib minn fejn oriġinaw," kompla Borg. Kien għalhekk li reġa' tenna kif ma tistax taqbad tigra li ma tafx minn fejn oriġinat u taqbad u titfagħha fis-selvaġġ. "Kif se tkun taf minn fejn oriġinat? Allura kif tgħidli postu fis-selvaġġ?" kompla jistaqsi. Ta l-eżempju tat-tigra bajda li tinsab fil-park tiegħu u f 'oħrajn. Insista li dik ma ssibhiex fis-selvaġġ iżda hija riżultat ta' tgħammir bejn żewġ tigri li jiġu minn xulxin. "It is a man-made tiger," saħaq Borg. "Mhijiex tigra li tgħix fis-selvaġġ. Fis- selvaġġ ma teżistix." Tul l-intervista, Christopher Borg għamel ħafna referenza għar-riċerka li fi kliemu hija essenzjali u parti integrali mil-liċenzja mogħtija lil dan il-park, li fi kliemu l-għan tiegħu huwa li jkun wieħed edukattiv u mhux sempliċiment ħarġa ta' divertiment. Fil-fatt, tenna li r-riċerka li jagħmlu hija intiża biex tagħti aktar informazzjoni dwar kif annimal jista' jkun irritornat lura fis-selvaġġ. Intervista illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 Ritratt: James Bianchi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Wildlife Park tal-Imtaħleb. Mhux moħqrija li annimali jinżammu maqfula? U l-klima f'Malta tgħodd għat-tigri, l-iljuni u l-orsijiet? Għandhom biżżejjed spazju? L-ILLUM tistaqsi lill-proprjetarju Christopher Borg 'Jekk hawn xi ħadd kapaċi jitfa' annimal lura Dawn li joqogħdu jgħidu li l-annimali kollha posthom huwa s-selvaġġ, ma jkunux jafu x'jiġieri. Ma jkollhomx esperjenza

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019