Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

D in il-ġimgħa flimkien mal- kollegi tiegħi Silvio Parnis u Deo Debattista tajt rendikont tax-xogħol siewi li qed isir madwar il-pajjiż kollu minn żewġ entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, il-LESA u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni. F'dawn l-aħħar sena u ftit xhur saru bidliet drastiċi fl-Aġenzija LESA bl-għan li jwasslu għal aktar serjetà fl- infurzar. Issa l-infurzar lokali m'għadux biss limitat għall- kontravenzjonijiet tat-traffiku imma qed jnfirex ukoll f 'oqsma importanti oħra bħal dawk ambjentali. Dan qed iwassal għal impenn tal-uffiċjali tal- komunità li qegħdin jaħdmu id f 'id mad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni kif ukoll mal-kunsilli lokali. Qed isiru l-isforzi kollha biex pajjiżna jkun iktar nadif u isbaħ anki permezz ta' servizzi estensivi ta' tindif, manutenzjoni, infurzar u sorveljanza. Biex isir dan, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni investiet f 'makkinarju u f 'riżorsi umani li jaħdmu filgħodu u filgħaxija sebat ijiem fil- ġimgħa, biex is-servizz ikun jista' jlaħħaq mad-domanda. Din il-ħidma flimkien wasslet biex minn Jannar sal- lum, l-uffiċjali tal-komunità taw 1,872 taħrika ambjentali filwaqt li d-Diviżjoni tat- Tindif u l-Manutenzjoni ġabret mad-9,000 tunnellata ta' skart mormi b'mod illegali. Fil-perjodu tas-sajf, mill-1 ta' Lulju sal-lum, ingħataw 918 taħrika ambjentali li jvarjaw minn rimi ta' skart b'mod illegali, rimi ta' sigaretti f 'postijiet pubbliċi, ħruġ ta' boroż ta' skart domestiku fi ġranet mhux proprji u wkoll taħrikiet għal kontravenzjonijiet oħra. L-iktar lokalitajiet li fihom ingħataw taħrikiet f 'dan il- perjodu huma l-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija li fihom ingħataw 482 taħrika ambjentali, Tas-Sliema li fiha ngħataw 112-il taħrika ambjentali u l-Belt Valletta li fiha ngħataw 88 taħrika ambjentali. Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni f 'dawn il-ġranet irnexxielha tiġbor iktar minn 3,000 tunellata ta' skart mormi b'mod illegali. Anke fin-Nofsinhar tal- pajjiż rajna li jiżdied l-inforzar kontra r-reati ambjentali. Fil-fatt hawnhekk ukoll fil-perjodu msemmi nħarġu total ta' 188 ċitazzjoni għal min ħammeġ illegalment. Fl-istess waqt żidna t-tindif u l-manutenzjoni ta' diversi postijiet anke fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Nirringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti f 'dan ix-xogħol biex jinkiseb dan ir-riżultat. Huwa grazzi għal din il-kollaborazzjoni bejn il- LESA u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, li mhux biss qegħdin insaħħu aktar l-infurzar fuq l-iskart mormi b'mod illegali, imma qegħdin ukoll noħolqu aktar għarfien fil-komunità biex nindirizzaw dawn l-isfidi, għall-benefiċċju tas-soċjetà tagħna. Dawn l-entitajiet qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex l-ambjent ikun sostnut. Huwa għalhekk li nixtieq nara aktar impenn mill-komunitajiet. Impenn biex jitnaqqas l-iskart mormi b'mod illegali, impenn li jitħarsu l-liġijiet fejn tidħol indafa pubblika, il-ġbir tal- iskart domestiku. *** Nieħu gost nara proġetti li nkunu għamilna jimxu 'l quddiem u jkollhom is- suċċessi tagħhom. Dan huwa l-każ ukoll tal-Castrum Maris – il-Forti Sant'Anġlu. Minn meta wettaqna proġett ta' restawr fuq il-parti li hija responsabbiltà tal-Gvern ta' madwar €15-il miljun – il-parti l-kbira tagħhom fondi tal-Unjoni Ewropea, dan kellu storja ta' suċċess. Mhux biss meta tiftakar li ftit wara r-restawr laqa' fi ħdanu lill-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth għaċ- CHOGM, u tant laqgħat u konferenzi ta' importanza oħrajn, imma wkoll dak li qed ikompli għaddej f 'dan il-forti. U nieħu gost ukoll nara l-interess li jkun hemm. Dan l-aħħar pereżempju, żewġ aħwa, Graham u Gary Morris, ippreżentaw lill-Forti tliet settijiet ta' medalji tan-Navy Ingliża li kienu ta' missierhom Oscar li serva fl-HMS St Angelo fl-1946. Din l-għotja tkompli żżid mar-rikkezza tal-istorja li nsibu fil-forti. Għotjiet bħal dawn huma apprezzati ferm! Nhar it-8 ta' Settembru, bħal-lum ġimgħa, niċċelebraw il-Vitorja, li tfakkar il-ġrajja ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin u wkoll il-Bambina - festa li tiġi ċċelebrata fil-belt tal-Isla, u l-irħula tan-Naxxar u l-Mellieħa f 'Malta, u x-Xagħra f 'Għawdex. F'din il-ġurnata l-Forti Sant'Anġlu se jkun miftuħ bejn id-9 ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija bi prezz imnaqqas ta' €2. Dakinhar wieħed jista' jżur il-forti, ikollu l-aħħar opportunità li jżur l-esebizzjoni 'Behind Closed Doors Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979' u jiltaqa' ma' veterani tar- Royal Naval Association u jisma' r-rakkonti tagħhom u wkoll, dawk dilettanti jistgħu jsegwu r-regatta tradizzjonali li ssir fil-Port il-Kbir minn fuq is-swar tal-Forti. Ta' min jgħid li Forti Sant'Anġlu din is-sena ntgħażel minn numru kbir ta' Forti madwar l-Ewropa għal dik li hija msejħa European Fortress Day. Fit-8 ta' Settembru se jkun hemm programm varjat għall-aħħar, b'parati, wirjiet animati b'diversi tipi ta' armi u falkunerija fost oħrajn. Din is-sena wkoll il-Forti Sant'Anġlu ngħata dak li jissejjaħ the Tripexpert's Expert's Choice Award and Best of Malta Award. Din hija l-viżjoni tagħna fejn tidħol il-kultura. Minbarra li b'ħeġġa nirrestawraw il- Patrimonju Kulturali Malti, naraw li nagħmlu l-aħjar użu minnhom biex jitgawdew mill-poplu Malti kollu. *** Illejla hija l-aħħar opportunità għal dawk li jridu jiddevertu b'mod differenti u jingħaqdu mal- brijju tal-karnival tas-sajf. L-attivitajiet bdew il-Ġimgħa f 'San Pawl il-Baħar, komplew ilbieraħ għall-ewwel darba f 'Birżebbuġa u llum jintemmu dawn it-tlitt ijiem ta' Karnival Sajfi f 'Marsaskala. Organizzat b'kollaborazzjoni ma' diversi kunsilli lokali, il-karnival tas-sajf huwa kkaratterizzat minn parata mat-toroq fi rħula ħdejn il- baħar. Il-karrijiet huma ġeneralment iżgħar minn dawk tal-karnival tax-xitwa, u total ta' 12-il karru, wieħed minnhom minn Għawdex (li pparteċipa biss f 'San Pawl il- Baħar), kif ukoll 5 skejjel taż- żfin janimaw l-avvenimenti. Illejla l-isfilata titlaq minn Triq is-Salini u timxi għaċ- ċentru ta' Marsaskala fis- 7.30pm, bil-parteċipazzjoni tal-Banda Sant'Anna. Inizjattiva oħra ta' Festivals Malta għall-karnival tas-sajf kienet il-kollaborazzjoni tal-Università mal-istudenti tal-MCAST li permezz tagħha l-istudenti ġew mistiedna li jressqu illustrazzjonijiet artistiċi li jirrappreżentaw il-karnival tas-sajf li se jintuża għal skop promozzjonali. Din l-inizjattiva hija waħda minn bosta li qed isiru minn Festivals Malta biex tintlaħaq udjenza usa' u biex jiġu maħluqa punti ta' kuntatt fejn il-membri żgħażagħ tal-komunità jistgħu jipparteċipaw. Din hija wkoll prijorità tagħna. Li f 'dik li hija kultura noħolqu spazji u wkoll opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna. Irridu nqarrbu l-kultura u t-tradizzjonijiet lejn il- ġenerazzjoni żagħżugħa biex inrawmu fihom l-imħabba għal dak li huwa tagħna – dak li jsawwarna bħala nazzjon. Fuq kollox il-ġenerazzjoni żagħżugħa hija dik li għada pitgħada trid tkompli għaddejja tindokra fejn inħallu l-ġenerazzjoni tal-lum f 'dawk li huma kultura, folklor u tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 18 Opinjoni Tkompli l-ħidma fis-sajf Il-Forti Sant'Anġlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019